Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Skip to:Skip tonavigationSkip tocontentSkip tofooter
European Central Bank - eurosystem
European Central Bank - eurosystem
MT
БългарскиČeštinaDanskDeutschEλληνικάEnglishEspañolEesti keelSuomiFrançaisGaeilgeHrvatskiMagyarItalianoLietuviųLatviešuMaltiNederlandsPolskiPortuguêsRomânăSlovenčinaSlovenščinaSvenska
our logo, a yellow Euro sign surrounded by yellow stars centered in a dark blue circle resting on a dark blue base
Search
Għażliet tat-Tfixxija
Ħarsa minn qabel
Paġna ewlenijaMidjaSpjegazzjonijietRiċerka u PubblikazzjonijietStatistikaPolitika MonetarjaL-€uroĦlasijiet u SwieqKarrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Akkreditazzjoni ta’ manifattur tal-karti tal-flus

Niżguraw li l-karti tal-flus tal-euro jikkonformaw mal-ogħla standards

Il-BĊE għandu d-dmir li jiżgura l-integrità tal-euro bħala mezz ta' ħlas billi japplika l-ogħla standards etiċi, ambjentali, tas-saħħa u sikurezza, tas-sigurtà u l-kwalità tul il-fażijiet tar-riċerka u l-iżvilupp, id-disinn, il-produzzjoni u l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro.

Il-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro għandha, għalhekk, tikkonforma ma’ standards industrijali speċifiċi, inklużi ISO 9001, ISO 14001 u ISO 45001, u tissodisfa rekwiżiti stretti etiċi u ta’ sigurtà.

Il-manifatturi ta' oġġetti tal-euro għandhom ikunu akkreditati

Il-manifattura ta’ oġġetti tal-euro u ta’ oġġetti siguri tal-euro hija wkoll suġġetta għal proċedura ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE. Il-manifatturi akkreditati biss jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist u jiffirmaw kuntratti għal attivitajiet relatati ma' elementi tal-euro u elementi ta’ sigurtà tal-euro.

Il-kundizzjonijiet tal-proċeduri ta’ akkreditazzjoni huma stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2020/24, li tapplika mit-18 ta’ Mejju 2021 u li hija emendata bid-Deċiżjoni BŻE/2022/35, li tapplika mis-16 ta’ Novembru 2022.

Oqsma ta' manifatturi akkreditati

Il-BĊE jista' jagħti akkreditazzjoni lil manifatturi fl-oqsma li ġejjin:

  • Stampar ta' karti tal-flus
  • Manifattura ta’ karta għall-karti tal-flus
  • Produzzjoni ta’ linka tal-istampar
  • Manifattura ta' fojls olografiċi
  • Manifattura ta' ħjut tas-sigurtà għall-karti tal-flus
  • Manifattura ta’ elementi ta’ sigurtà oħrajn

Tagħrif ieħor dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni tal-BĊE

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tagħna ddedikata għall-Mistoqsijiet Frekwenti.

Jekk qiegħed tikkunsidra li titlob l-akkreditazzjoni

Ibgħat email lilQEHS.accreditation@ecb.europa.eu, bl-Ingliż, b’deskrizzjoni qasira tal-prodotti li timmanifattura (massimu ta’ żewġ paġni A4). Nagħmlu mill-aħjar biex inwieġbu fi żmien xahar.

Aħna nużaw il-kriptaġġ PGP għal komunikazzjoni sigura. Jekk jogħġbok niżżel il-kjavi tal-PGP tal-akkreditazzjoni tal-QEHS għall-użu meta tittrasmetti informazzjoni sensittiva.

Opportunitjiet oħra għal kooperazzjoni mal-BĊE

Jekk tixtieq tipproponi elementi ta’ sigurtà jew teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni tal-karti tal-flus u l-ipproċessar, jekk jogħġbok ara l-paġna tagħna dwarRiċerka u żvilupp tal-karti tal-flus.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Kuntent/a b’din il-paġna?
IvaLe
X’ma għoġbokx?
Paġna ma taħdimxInformazzjoni mhux utliDisinn mhux attraentiXi ħaġa oħra
Grazzi talli għedtilna!

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħnaIssir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies

Grazzi!

Grazzi!

Aħna aġġornajna l-politika tal-privatezza tagħna

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-data anonima pprovduta mill-cookies.
Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna

Il-preferenza tiegħek dwar il-cookies skadiet

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw data anonima pprovduta mill-cookies.
Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies

Din il-karatteristika teħtieġ il-cookies.
Immodifika

[8]ページ先頭

©2009-2026 Movatter.jp