Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Skip to:Skip tonavigationSkip tocontentSkip tofooter
European Central Bank - eurosystem
European Central Bank - eurosystem
MT
БългарскиČeštinaDanskDeutschEλληνικάEnglishEspañolEesti keelSuomiFrançaisGaeilgeHrvatskiMagyarItalianoLietuviųLatviešuMaltiNederlandsPolskiPortuguêsRomânăSlovenčinaSlovenščinaSvenska
our logo, a yellow Euro sign surrounded by yellow stars centered in a dark blue circle resting on a dark blue base
Search
Għażliet tat-Tfixxija
Ħarsa minn qabel
Paġna ewlenijaMidjaSpjegazzjonijietRiċerka u PubblikazzjonijietStatistikaPolitika MonetarjaL-€uroĦlasijiet u SwieqKarrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Is-sensiela tal-muniti tal-euro fiha tmien denominazzjonijiet differenti: 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu, 50 ċenteżmu, €1 u €2. Il-muniti tal-euro għandhom naħa komuni u naħa nazzjonali. In-naħa nazzjonali tindika l-pajjiż li jkun ħareġ il-munita. In-naħat komuni tal-muniti ġew iddisinjati minn Luc Luycx taz-Zekka Rjali Belġjana.

Juru xbihat tal-Unjoni Ewropea jew tal-Ewropa u huma simbolu tal-għaqda tal-UE. Il-muniti ta’ 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u ta’ 5 ċenteżmi juru xbieha tal-Ewropa fuq globu, flimkien ma’ parti mill-Afrika u l-Asja.

Tista’ tuża l-muniti tal-euro fejn trid fiż-żona tal-euro.

Muniti kommemorattivi ta’ €2

Kull pajjiż jista’ joħroġ żewġ muniti kommemorattivi fis-sena. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi u kwalitajiet u l-istess naħa komuni bħall-muniti normali ta’ €2. Id-differenza tinsab fid-disinn kommemorattiv fuq in-naħa nazzjonali. Id-denominazzjoni ta’ €2 biss tista’ tintuża għall-muniti kommemorattivi.

Il-muniti huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Dan ifisser li jistgħu jintużaw, u għandhom jiġu aċċettati, bħal kull munita oħra tal-euro.

Muniti kommemorattivi ta’ €2

Responsabbiltà għall-muniti

Filwaqt li l-BĊE huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li l-pajjiż taż-żona tal-euro jistgħu joħorġu, il-muniti jibqgħu ta’ kompetenza nazzjonali. Jekk pajjiż taż-żona tal-euro jkun biħsiebu joħroġ munita b’disinn ġdid, pereżempjumunita kommemorattiva, irid jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni mbagħad tippubblika t-tagħrif rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (sensiela C) b’diversi lingwi. Dan huwa s-sors awtorevoli li minnu l-BĊE jieħu l-aġġornamenti dwar il-muniti tal-euro għall-websajt tiegħu.

Mistoqsijiet dwar il-muniti tal-euro għandhom jintbagħtu lil:Il-Kummissjoni Ewropea.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Kuntent/a b’din il-paġna?
IvaLe
X’ma għoġbokx?
Paġna ma taħdimxInformazzjoni mhux utliDisinn mhux attraentiXi ħaġa oħra
Grazzi talli għedtilna!

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħnaIssir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies

Grazzi!

Grazzi!

Aħna aġġornajna l-politika tal-privatezza tagħna

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-data anonima pprovduta mill-cookies.
Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna

Il-preferenza tiegħek dwar il-cookies skadiet

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw data anonima pprovduta mill-cookies.
Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies

Din il-karatteristika teħtieġ il-cookies.
Immodifika

[8]ページ先頭

©2009-2026 Movatter.jp