Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Skip to:Skip tonavigationSkip tocontentSkip tofooter
European Central Bank - eurosystem
European Central Bank - eurosystem
MT
БългарскиČeštinaDanskDeutschEλληνικάEnglishEspañolEesti keelSuomiFrançaisGaeilgeHrvatskiMagyarItalianoLietuviųLatviešuMaltiNederlandsPolskiPortuguêsRomânăSlovenčinaSlovenščinaSvenska
our logo, a yellow Euro sign surrounded by yellow stars centered in a dark blue circle resting on a dark blue base
Search
Għażliet tat-Tfixxija
Ħarsa minn qabel
Paġna ewlenijaMidjaSpjegazzjonijietRiċerka u PubblikazzjonijietStatistikaPolitika MonetarjaL-€uroĦlasijiet u SwieqKarrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-istrateġija tal-Eurosistema dwar il-flus kontanti

Aħna impenjati favur il-flus kontanti u biex niżguraw li dejjem ikun hemm il-possibbiltà li jsir ħlas bi flus tal-bank ċentrali.

Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro huma valuta legali fiż-żona tal-euro. Il-flus kontanti huma parti importanti mil-libertà tiegħek li tagħżel kif tħallas u huma essenzjali għall-inklużjoni finanzjarja tal-gruppi kollha fis-soċjetà. 

L-istrateġija tagħna dwar il-flus kontanti għandha l-għan li tiżgura li l-flus kontanti jibqgħu disponibbli b’mod wiesa’, aċċessibbli u aċċettati kemm bħala mezz ta’ ħlas kif ukoll bħala ħażna ta’ valur. Il-flus kontanti se jibqgħu wkoll innovattivi, sikuri u ekoloġiċi.

Qed nissalvagwardjaw il-futur tal-flus kontanti b’diversi modi.


Aħna niżguraw id-disponibbiltà tal-flus kontanti tal-euro

Niżguraw li l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jkunu disponibbli f’kull ħin. Il-banek ċentrali nazzjonali joffru servizzi ta’ flus kontanti bla ħlas u jaħdmu biex jagħmlu l-mod kif il-flus jgħaddu mill-ekonomija kemm jista’ jkun kosteffiċjenti. Inqisu wkoll il-bżonn ta’ flus kontanti tal-euro barra miż-żona tal-euro.

Sir af aktar dwar il-loġistika tal-flus kontanti 

Aħna nappoġġaw l-aċċess għal servizzi bi flus kontanti għal kulħadd

In-nies u n-negozji jridu jkunu kapaċi jaċċessaw flushom. Fil-fatt, aħna ngħinu lill-banek biex jipprovdu servizzi adegwati ta’ flus kontanti, bħal ġbid ta’ flus kontanti bla ħlas jew mingħajr tariffi eċċessivi. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu joffru wkoll servizzi ta’ flus kontanti alternattivi bħal cashback jew ġbid limitat ta’ flus kontanti.

Sir af aktar dwar l-aċċess għall-flus kontanti

Aħna nimmiraw li naċċettaw il-flus kontanti kullimkien

Il-maġġorparti tan-nies fiż-żona tal-eurojqisu li huwa importanti li jkunu jistgħu jħallsu bil-flus kontanti. Għalhekk huwa essenzjali li niżguraw li l-flus kontanti jkunu aċċettati kullimkien. Dan jagħti lin-nies il-libertà li jagħżlu kif iħallsu, mingħajr ma jiġu żvantaġġati dawk li m’għandhomx aċċess għall-ħlasijiet elettroniċi.

Sir af aktar dwar l-aċċettazzjoni tal-flus kontanti

Aħna niżviluppaw u noħorġu karti tal-flus tal-euro innovattivi u siguri

Il-karti tal-flus tal-euro huma protetti bl-aktar teknoloġiji reċenti u b'hekk huma reżistenti ħafna għall-falsifikazzjoni ufaċli biex jiġu awtentikati mill-pubbliku u minn kaxxiera professjonali. Aħna niżguraw il-kwalità għolja tal-karti tal-flus tal-euro u qed naħdmu fuq disinni ġodda għal serji futuri.

Sir af aktar dwar karti tal-flus futuri

Aħna nżommu l-karti tal-flus siguri u sostenibbli

Aħna nagħmlu ċert li l-produzzjoni u l-użu tal-karti tal-flus tagħna jkunu sikuri. Pereżempju, aħna nirriċerkaw u nittestjaw l-impatt potenzjali tal-produzzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent. Nistudjaw ukoll kif il-karti tal-flus isiru kemm jista’ jkun sostenibbli.

Sir af aktar dwar l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tal-euro

L-aktar pubblikazzjonijiet reċenti dwar il-flus kontanti


9 December 2025

A digital euro for the digital age

4 August 2025

Making euro cash fit for the future

15 July 2025

ECB launches design contest for future euro banknotes

21 February 2025

Number of counterfeit euro banknotes continues to be low in 2024

31 January 2025

ECB selects motifs for future euro banknotes

Il-pubblikazzjonijiet kollha dwar il-flus kontanti

Ħarsa aktar fil-fond


Ir-rwol tal-flus kontanti

Il-flus kontanti huma l-aktar mezz ta’ ħlas użat b'mod komuni fil-ħwienet fiż-żona tal-euro u jistgħu jintużaw minn kullħadd. Iżda l-flus joffru funzjonijiet u benefiċċji importanti oħrajn.

Il-funzjonijiet u l-benefiċċji tal-flus kontanti 

L-attitudnijiet ta’ ħlas tal-konsumaturi

Biex nifhmu aħjar kif il-konsumaturi qegħdin jibdlu d-drawwiet ta’ ħlas tagħhom, u sa liema punt, il-BĊE jinvestiga l-attitudnijiet u l-imġiba taċ-ċittadini taż-żona tal-euro. 

Studju dwar l-attitudnijiet tal-konsumaturi lejn il-ħlas 

Il-paradoss tal-karti tal-flus

F’dawn l-aħħar snin, id-domanda għall-karti tal-flus tal-euro żdiedet b’mod kostanti filwaqt li l-użu tal-karti tal-flus għat-transazzjonijiet bl-imnut jidher li naqas, fenomenu magħruf bħala l-“paradoss tal-karti tal-flus”.

Bullettin Ekonomiku tal-BĊE, Ħarġa 2/2021. 

Mistoqsijiet komuni

Il-flus kontanti se jisparixxu fil-futur qrib? Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jirrifjutaw il-flus kontanti bħala mezz ta’ ħlas? Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom kompetenzi fuq il-karti tal-flus u l-muniti?

Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet dwar il-karti tal-flus u l-flus kontanti inġenerali

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Kuntent/a b’din il-paġna?
IvaLe
X’ma għoġbokx?
Paġna ma taħdimxInformazzjoni mhux utliDisinn mhux attraentiXi ħaġa oħra
Grazzi talli għedtilna!

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħnaIssir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies

Grazzi!

Grazzi!

Aħna aġġornajna l-politika tal-privatezza tagħna

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-data anonima pprovduta mill-cookies.
Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna

Il-preferenza tiegħek dwar il-cookies skadiet

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw data anonima pprovduta mill-cookies.
Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies

Din il-karatteristika teħtieġ il-cookies.
Immodifika

[8]ページ先頭

©2009-2026 Movatter.jp