Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Skip to:Skip tonavigationSkip tocontentSkip tofooter
European Central Bank - eurosystem
European Central Bank - eurosystem
MT
БългарскиČeštinaDanskDeutschEλληνικάEnglishEspañolEesti keelSuomiFrançaisGaeilgeHrvatskiMagyarItalianoLietuviųLatviešuMaltiNederlandsPolskiPortuguêsRomânăSlovenčinaSlovenščinaSvenska
our logo, a yellow Euro sign surrounded by yellow stars centered in a dark blue circle resting on a dark blue base
Search
Għażliet tat-Tfixxija
Ħarsa minn qabel
Paġna ewlenijaMidjaSpjegazzjonijietRiċerka u PubblikazzjonijietStatistikaPolitika MonetarjaL-€uroĦlasijiet u SwieqKarrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Karti tal-flus attwali

Id-disinn tal-karti tal-flus tagħna huwa rappreżentazzjoni simbolika tal-integrazzjoni Ewropea. It-twieqi, il-bibien u l-pontijiet jissimbolizzaw il-ftuħ u l-kooperazzjoni bejn in-nies tal-Ewropa.

Christine Lagarde, President tal-BĊE

L-ewwel sensiela

L-ewwel sensiela ta’ karti tal-flus tal-euro kienet tnediet oriġinarjament fl-2002 meta ġie introdott l-euro. Din tħaddan seba’ denominazzjonijiet differenti: €5, €10, €20, €50, €100, €200 u €500. Dawn il-karti tal-flus qegħdin jiġu ssostitwiti gradwalment mit-tieni serje, magħrufa wkoll bħala s-serje Europa, li jispjega għaliex forsi ma tarahomx wisq fl-idejn illum il-ġurnata. Il-karti tal-flus mill-ewwel serje huma valuta legali u dejjem se jżommu l-valur tagħhom. Se jkomplu jiċċirkolaw flimkien mas-serje Europa sakemm ikunu intużaw il-ħażniet li jifdal.

Is-sensiela Europa

It-tieni serje, magħrufa wkoll bħala s-serje Europa, ġiet żviluppata biex tagħmel il-karti tal-flus tal-euro aktar siguri kontra l-iffalsifikar u biex iservu aktar fit-tul. Dan ifisser li l-karti tal-flus ikollhom bżonn jinbidlu inqas ta’ spiss, sabiex jiġi mminimizzat l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-ispejjeż jinżammu għall-minimu.

Din tissejjaħ is-serje Europa għaliex tnejn mill-karatteristiċi tas-sigurtà jinkludu ritratt tal-Prinċipessa Europa. Din il-figura mill-mitoloġija Griega tipprovdi rabta viżibbli mal-kontinent tal-Europa u żżid ukoll aspett uman mal-karti tal-flus. Is-serje Ewropa, li ddaħħlet gradwalment fuq medda ta’ bosta snin, tikkonsisti f’sitt denominazzjonijiet: €5, €10, €20, €50, €100 u €200. L-ewwel karti tal-flus bdew jiċċirkolaw fl-2013, u s-serje tlestiet f’Mejju 2019 meta nħarġu l-karti tal-flus ta’ €100 u €200.

Il-karta tal-flus ta’ €500 ma ġietx inkluża fis-serje Europa u ma nħarġitx sa mis-27 ta’ April 2019. Bħad-denominazzjonijiet kollha tal-karti tal-flus tal-euro, il-karta tal-flus ta’ €500 dejjem se żżomm il-valur tagħha u tista' tissarraf f'bank ċentrali nazzjonali fiż-żona tal-euro fi kwalunkwe żmien.

Ara l-vidjo: Il-wiċċ ġdid tal-euro – Europa

Id-disinji u l-karatteristiċi tal-karti tal- flus tagħna

Denominazzjonijiet

Esplora l-karti tal-flus tal-euro bħal qatt qabel bil-veduta 3D tagħna, u skopri l-elementi differenti ta’ disinn u l-karatteristiċi ta’ sigurtà li jagħmlu l-karti tal-flus tagħna uniċi.

Esplora l-karta tal-flus fi 3D

Elementi tad-disinn

Iż-żewġ serje tal-karti tal-flus tal-euro jirrappreżentaw it-tema “Epoki u stili tal-Ewropa”. Iżda kont taf li l-ebda waħda minnhom ma turi xi monumenti jew pontijiet attwali? Tgħallem aktar dwar l-elementi ta’ disinn differenti u skopri fejn ġew stampati l-karti tal-flus tiegħek.

Tgħallem dwar id-disinn tal-karti tal-flus tal-euro attwali

Karatteristiċi ta’ sigurtà

Il-karti tal-flus tal-euro għandhom bosta elementi ta’ sigurtà li jagħmilhom faċli biex jiġu awtentikati mingħajr il-ħtieġa ta’ apparat speċjali. Ħares aktar mill-qrib lejn il-karti tal-flus tiegħek u tgħallem kif tivverifika jekk humiex ġenwini jew le – permess tal-metodu “ħoss, ħares u mejjel”.

Tgħallem kif tiċċekkja l-karti tal-flus tiegħek

L-opinjoni tiegħek tgħodd!

Għidilna x’taħseb

Il-feedback tiegħek jgħinna nżommu l-kwalità għolja tal-karti tal-flus tagħna. Ħu sehem f’dan l-istħarriġ qasir online u għidilna x’taħseb fuq il-kwalità tal-karti tal-flus li tuża kuljum.

Stħarriġ

Il-paġni kollha f’din it-taqsima

Kuntent/a b’din il-paġna?
IvaLe
X’ma għoġbokx?
Paġna ma taħdimxInformazzjoni mhux utliDisinn mhux attraentiXi ħaġa oħra
Grazzi talli għedtilna!

Is-sit web tagħna juża cookies

Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:

Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħnaIssir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies

Grazzi!

Grazzi!

Aħna aġġornajna l-politika tal-privatezza tagħna

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-data anonima pprovduta mill-cookies.
Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna

Il-preferenza tiegħek dwar il-cookies skadiet

Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw data anonima pprovduta mill-cookies.
Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies

Din il-karatteristika teħtieġ il-cookies.
Immodifika

[8]ページ先頭

©2009-2026 Movatter.jp