Il-Kunsill Governattiv
Il-Kunsill Governattiv huwa l-korp deċiżjonali ewlieni tal-BĊE. Jikkonsisti mis-sitt membri tal-Bord Eżekuttiv u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro.
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE
(16 ta' Ottubru 2024)
Responsabbiltajiet
- jadotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li jitwettqu l-kompiti fdati f’idejn il-BĊE u l-Eurosistema;
- Għall-formulazzjoni tal-politika monetarja għaż-żona tal- euro Dan jinkludi deċiżjonijiet dwar l-għanijiet monetarji, ir-rati ewlenin tal-imgħax, il-provvista ta’ riżervi fl-Eurosistema u t-twaqqif ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
- fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-BĊE li għandhom x’jaqsmu mas-superviżjoni bankarja, jadotta deċiżjonijiet relatati mal-qafas ġenerali li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet superviżorji, u jadotta abbozzi ta’ deċiżjonijiet sħaħ li jiġu proposti mill-Bord Superviżorju skont il-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni.
Laqgħat u deċiżjonijiet
Il-Kunsill Governattiv normalment jiltaqa’ darbtejn fix-xahar. Huwa jivvaluta l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji u jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja kull sitt ġimgħat. Fil-laqgħat l-oħra, il-Kunsill fil-biċċa l-kbira jiddiskuti affarijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kompiti u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u tal-Eurosistema. Biex jiġi żgurat li l-kompiti tal-BĊE tal-politika monetarja u kompiti oħra jkunu separati mir-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu, isiru laqgħat separati tal-Kunsill Governattiv.
Id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja jiġu spjegati bir-reqqa f’konferenza stampa li ssir kull sitt ġimgħat. Il-President, megħjuna mill-Viċi President, tmexxi l-konferenza stampa.
Kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill GovernattivSfond għad-deċiżjonijiet tal-politika monetarjaBarra dan, il-BĊE jippubblikarapporti regolari dwar il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv li għandhom x’jaqsmu mal-politika monetarja qabel id-data tal-laqgħa li jkun imiss.
Skopri aktar dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.
Kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE?
Bis-sħubija tal-Litwanja fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2015, bdiet titħaddem sistema li biha l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom.
Hawn taħt il-BĊE jwieġeb mistoqsijiet li jsiru sikwit dwar kif taħdem is-sistema u għaliex titħaddem.
Spjegazzjoni dwar kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-votĦarsa ġenerali lejn l-iskeda sħiħaMembri
President tal-BĊE
Viċi President tal-BĊE
Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
Gvernatur, Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique
Gvernatur, Българска народна банка (Bulgarian National Bank)
President, Deutsche Bundesbank
Gvernatur, Eesti Pank
Gvernatur, Central Bank of Ireland
Gvernatur, Bank of Greece
Gvernatur, Banco de España
Gvernatur, Banque de France
Gvernatur, Hrvatska narodna banka
Gvernatur, Banca d'Italia
Gvernatur, Central Bank of Cyprus
Gvernatur, Latvijas Banka
President tal-Bord, Lietuvos bankas
Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg
Gvernatur, Bank Ċentrali ta’ Malta
President, De Nederlandsche Bank
Gvernatur, Oesterreichische Nationalbank
Gvernatur, Banco de Portugal
Gvernatur, Banka Slovenije
Gvernatur, Národná banka Slovenska
Gvernatur, Suomen Pankki - Finlands Bank