Wikibooks beda fl-10 ta' Lulju, 2003, bħala tweġiba għal rikjesta li saret mill-kontributur tal-Wikipedija Karl Wick għal proġett li jkun jista' jospita u jibni ġo fih kotba testwali b'xejn fuq suġġetti bħall-kimika organika u l-fiżika. Żewġ sottoproġetti kbar huma l-Wikijunior u l-Wikiversità li ġew ikkreati fi ħdan il-Wikitbiet qabel ma l-politika uffiċjali tal-Wikibooks ġiet aktar tard mibdula, li proġetti b'tip ta' inkubatur għandhom jibdew skont il-politika l-ġdida tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia.
Wikijunior huwa sottoproġett tal-Wikitbiet li jispeċalizza fuq kotba għat-tfal. Il-proġett jikkonsisti fuq kemm rivista u anki websajt, u attwalment qed jiġi żviluppat bl-Ingliż, id-Daniż, l-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż u l-Ispanjol. Dan il-proġett huwa finanzjat minn Beck Foundation.
Il-kobor tal-ikbar tmien siti tal-Wikitbiet (skont il-lingwa), Lulju 2003 – Jannar 2008
Waqt li xi kotba huma oriġinali, oħrajn bdew bħala testi ikkupjati minn fonti oħra ta' kotba testwali ta' kontenut ħieles fuq l-internet. Il-kontenut kollu tas-sit huwa kopert mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa. Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibgqgħu taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzjacopyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riprodott b'xejn.
Il-Wikitbiet huwa differenti mill-funzjoni tal-Wikisors, fejn il-kontenut tal-Wikitbiet ikun mistenni li jiġi mibdul mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom t-test oriġinali bħala sors, bħad-drammiXejksperjani huma minflok ospitati fuq Wikisors.