| Abbrevjazzjoni |
|---|
| WP:AĦBAR |
L-użu ta' din il-paġna hu għal:

Ritratt tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa waqt qamar kwinta miġbud minnMarika Caruana ġie kklassifikat fis-6 post minn madwar 240,000 ritratt ta' aktar minn 4,500 parteċipant minn 56 pajjiż.
Dan huwa l-aħjar riżultat għal ritratt minn Malta f'dan il-konkors s'issa. Wara li s-sena ta' qabel kien ikklassifikat fil-11-il post ritratt tal-Forti Ricasoli waqt maltempata miġbud minn Angela Bonavia.

Wiki Loves Folklore 2025 in Malta kienet it-tielet edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minnWikimedia Community Malta. Din is-sena kienu sottomessi 598 ritratt f'din il-kategorija minn 28 utent. F'din l-edizzjoni ġiet introdotta ukoll kategorija għall-baned f'Malta u Għawdex bħala parti mill-WikiProġett Każini.Ir-rebbieħa lokali tħabbru fil-bidu ta' Mejju u għaddew biex jipparteċipaw fil-konkors internazzonali.
B'rabta mar-residenza ta' Wikipedista mat-Times of Malta, deher dan l-avviż fuq il-paġna prinċipali tal-Wikipedija bil-Malti:
F'dan il-jum il-Wikipedija bil-Malti laħqet is-7,000 artiklu, metaUtent:Trigcly ħoloq l-artikluPajsaġġ Kulturali u l-Fdalijiet Arkeoloġiċi tal-Wied ta' Bamiyan fis-sensiela estensiva ta' kontribużżjonijiet tiegħu dwarSiti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Id-disa' edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Monuments f'Malta saret matul ix-xahar kollu ta' Settemrbu 2024. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt kulturali mibni. Bħal kull sena,10 ritratti finalisti minn Malta għaddew għall-konkors internazzjonali tal-2024. Ir-rebbieħa globali jitħabbru fil-bidu tal-2025.

It-tielet edizzjoni tal-konkorsWiki Loves Earth fuq il-Wikipedija bil-Malti kienet disponibbli bejn il-1 ta' Mejju u l-31 ta' Lulju 2024. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta'Wikimedia Community Malta u bl-appoġġ ta'Friends of the Earth (Malta). Hemm diversi premijiet sbieħ x'jintrebbħu u r-rebbieħa jitħabbru fil-ħarifa.

Ritratt tal-breakwater tar-Ricasoli waqt tempesta miġbud minnAngela Bonaviaġie kklassifikat fil-11-iil post minn 218,726 ritratt ta' 4,702 parteċipant minn 46 pajjiż. Dan huwa l-aħjar riżultat għal ritratt minn Malta f'dan il-konkors s'issa.Ara r-rapport fit-Times.

Wiki Loves Folklore 2024 in Malta kienet it-tielet edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minnWikimedia Community Malta. Din is-sena kienu sottomessi 407 ritratti f'din il-kategorija minn 22 utent.Ir-rebbieħa lokali tħabbru fil-bidu ta' Mejju u għaddew biex jipparteċipaw fil-konkors internazzonali.

Tħabbru l-aqwa l-aqwa 20 ritratt minn madwar id-dinja ta’Wiki Loves Earth 2023. Din kompetizzjoni fotografika annwali internazzjonali toffri opportunitià biex niddokumentaw il-wirt naturali tad-dinja. Din is-sena, il-konkors sar ben Mejju u Awwissu. B’kollox kien hemm 61,700 sottomissjoni minn aktar minn 3,300 parteċipant. Kull pajjiż jgħażel sa 15-il rebbieħ lokali f’żewġ kategoriji: pajsaġġi u dettalji ta’ flora u fawna. Kien hemm numru rekord ta’ pajjiżi parteċipanti: 50. Malta ħadet sehem għat-tieni sena konsekuttiva.

L-edizzjoni ta' dan is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (18-22 Ottubru 2023 - MFCC, Ta' Qali) inkludiet preżenza minnWikimedia Community Malta. Din l-għaqda voluntarja taħdem biex tkattar l-għarfien dwar il-Wikipedija u proġetti oħra assoċjati magħha.Il-programm t'attivitajiet ta' WCM kien jinkludi ċ-ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet għall-konkorsiWiki Loves Folklore uWiki Loves Earth ta' din is-sena.Ir-rebbieħa lokali ta' Wiki Loves Monuments 2023 tħabbru waqt din l-attività.

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa aktar tard. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2023 se jitħabbru fil-21 ta' Ottubru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn jgħaddu biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.


Ir-raba' edizzjoni tal-konkorsRebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta'Wikimedia Community Malta.

Wiki Loves Folklore 2023 f'Malta kienet it-tieni edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minnWikimedia Community Malta. Tagħrif dwar il-konkors deher ukoll fuqThe Times.[1] Din is-sena kien sottomessi 159 ritratt f'din il-kategorija minn 17-il utent. Ara aktar hawn:Wiki Loves Folklore in Malta 2023

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minnWikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru.Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2022 tħabbru fil-25 ta' Novembru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn għaddew biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
Il-Wikimedia Community Malta ppreżentat il-Wikipedija Maltija waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għall-ewwel darba.Ara d-dettalji.
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-5000 artiklu permezz ta'Dar u Studjo ta' Luis Barragán.

L-ewwel edizzjoni tal-konkorsWiki Loves Earth f'Malta saret matul ix-xhur ta' Ġunju u Lulju. Kull sena diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikimedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta'Wikimedia Community Malta.Ir-rebbieħa minn Malta ta' dan il-konkors globali ssibhom f'din il-ħolqa.

It-tielet edizzjoni tal-konkorsRebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti sar bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2022. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta'Wikimedia Community Malta.Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors jitħabbru f'Ġunju.

Wiki Loves Folklore huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel sena li Malta kienet inkluża f'din l-attività globali. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minnWikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni online għal min jixtieq jieħu sehem kull nhar ta' Ħamis fis-6pm matul ix-xhur ta' Frar u Marzu. Ara aktar hawn:Wiki Loves Folklore in Malta 2022

Ritratt ta'Bieb il-Bombi minn George Abdilla, magħruf ukoll bħalaGizwardu, ġie kklassifikatfl-14-il post fil-konkors internazzjonali ta' Wiki Loves Monuments 2021. Din kienet l-ewwel darba li ritratt minn Malta daħal fl-aqwa 15 ta' Wiki Loves Monuments fuq livell internazzjonali.



