L-Unjoni Ewropea (abbrevjata bħalaUE) hija unjoni politika u ekonomika ta' 27stat membru li jinsabu prinċipalment fl-Ewropa.[1] L-UE ġiet stabbilita taħt l-isem attwali permezz tat-Trattat ta' Maastricht tas-7 ta' Frar 1992 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993),[2] liema stati aderenti ġew miżjuda wara t-triq twila tal-Komunitajiet Ewropej li kienu jeżistu qabel.
Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea hija l-aktarorganizzazzjoni reġjonali potenti. F'ċerti postijiet fejn l-istati membri ttrasferew ammont ta' sovranità lill-Unjoni, l-UE tidher tixbah iktar lil xifederazzjoni jewkofederazzjoni. Iżda l-istati membri jibqgħu jikkontrollaw it-trattati, jiġifieri l-Unjoni m'għandhiex is-setgħa li tieħu l-poter minn fuq il-pajjiżi mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan apparti l-fatt li l-pajjiżi membri jibqgħu jħaddnu l-politika tagħhom f'dawk l-oqsma ta' importanza nazzjonali, bħal relazzjonijiet barranin u d-difiża.
Din l-istruttura unika, probabbilment iġġiegħlek tħares lejn l-Unjoni Ewropea iktar bħala entitàsui generis.
L-istat attwali u futur tal-UE huwa s-suġġett ta' ħafna battibekki politiċi fost il-pajjiżi membri.
Minn dak iż-żmien 'l hawn, dan it-trattat skada u l-funzjonijiet tiegħu ġew meħuda minn trattati oħra li ġew warajh. Minn naħa l-oħra, it-Trattat ta' Ruma tal-1957 għadu jgħodd sal-lum, avolja ġie emendat, partikolarment bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992, li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea taħt dan l-isem. It-Trattat ta' Ruma kien essenzjali biex tiġi stabbilità l-Komunità Ekonomika Ewropea (European Economic Community; EEC) kif ukoll l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea (European Atomic Energy Community; EAEC jew Euratom). Il-ħolqien ta' suq komuni kellu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenija tal-unifikazzjoni tal-Ewropa għal ħafna żmien. L-aħħar modifiki li saru fuq it-Trattat ta' Ruma ġew miftiehma bħala parti mit-Trattat tal-Adeżjoni ta' 10 Stati Membri ġodda, li ġie implimentat fl-1 ta' Mejju,2004.
Reċentement, l-Istati Membri tal-UE qablu mal-kontenut ta'trattat kostituzzjonali li, jekk jiġi ratifikat mill-pajjiżi membri, għandu jkun l-ewwel kostituzzjoni uffiċjali tal-UE, li tirrimpjazza t-trattati kollha preċedenti b'dokument wieħed.
F'każ li t-trattat tal-kostituzzjoni ma jiġix ratifikat mill-membri kollha tal-UE, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinfetħu n-negozjati fuqu. Ħafna politiċi u uffiċjali jaqblu li l-istrutturi prekostituzzjonali huma ineffiċjenti għal Unjoni ta' 27 Stat Membru li qiegħda dejjem tikber maż-żmien. Politiċi f'ċerti pajjiżi membri (partikolarment fi Franza), issuġġerew li jekk ikun hemm biss ftit pajjiżi li ma jirratifikawx it-trattat, il-bqija tal-Unjoni għandha tinjorahom u timxi mingħajrhom. Dan l-aġir pjuttost kontroversjali jista' possibbilment joħloq unjoni oħra iktarAvant Garde ta' pajjiżi li impenjaw ruħhom għal dan it-trattat, ġewwa l-unjoni preżenti.
L-UE m'għandha l-ebda kapitali uffiċjali u l-istituzzjonijiet tagħha huma mifruxa f'ħafna bliet:
Brussell hija s-sede tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ministri, fejn isiru wkoll il-laqgħat tal-kumitat u xi sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew. Sa minn l-aħħar tkabbir tal-UE, fi Brussell qed jinżammu wkoll is-summits (il-qċaċet/il-laqgħat-quċċata) kollha tal-Kunsill Ewropew. Għal dawn ir-raġunijiet, Brussell tista' tiġi kkunsidratade facto, il-kapitali tal-UE.
Sa mill-1 ta' Mejju,2004, l-Unjoni Ewropea tikkonsisti f'25 pajjiż membru. L-erja totali ta' dawn il-25 pajjiż (2004) hija3,892,685km². Kieku kienet pajjiż, l-UE kienet tkun is-seba'l-akbar pajjiż fid-dinja mid-daqs. In-numru ta' ċittadini tal-UE (kull ċittadin ta' pajjiż membru tal-UE, skont it-termini stipulati fit-Trattat ta' Maastricht) fil-25 stat, jammonta, bejn wieħed u ieħor, 453 million (Marzu 2004). Din il-figura hijait-tielet l-akbar fid-dinja wara ċ-Ċina u l-Indja.
Mappa tat-27 pajjiż membru tal-UE, ammissjonijiet tal-2013 u pajjiżi kandidati
Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinkludu numbru kbir ta' strutturi legali u istituzzjonali li huma sovvrapposti fuq xulxin. Dan huwa r-riżultat tal-ħafna trattati internazzjonali suċċessivi li seħħew maż-żmien. Fi żminijiet riċenti, saru ħafna sforzi konsiderevoli biex jiġu konsolidati u simplifikati dawn it-trattati, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea. Jekk dan it-trattat propost jiġi adottat, dan jispiċċa biex jieħu post it-trattati l-oħra li attwalment jiffurmaw il-kostituzzjoni tal-UE.
Storikament l-Unjoni Ewropea żviluppat l-attivitajiet ta’ politika reġjonali tagħha u ddistribwit il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ proċess ta’ sħubija, li jinkludi kontribuzzjoni sinifikanti mill-Istati Membri.
Il-ħidma tas-sħubija tkopri l-proċess ta’ programmazzjoni sħiħ, mill-istadju preparatorju, matul l-implimentazzjoni sal-valutazzjoni tar-riżultati. Dan l-approċċ għandu jwassal għal riżultati aħjar tal-programm u jiżgura li l-flus mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) jintnefqu b'mod effiċjenti.
Fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20, il-prinċipju ta’ sħubija ġie msaħħaħ aktar, u jinkludi mhux biss lill-Istati Membri, iżda anke lill-partijiet interessati bħat-trade unions, l-impjegaturi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), u korpi oħrajn li jippromwovu, pereżempju, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u n-nondiskriminazzjoni. Il-Kummissjoni fasslet Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija li l-Istati Membri jridu jikkonformaw miegħu fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, kull Stat Membru adotta Ftehim ta’ Sħubija mal-Kummissjoni Ewropea li jistabbilixxi kif l-awtoritajiet nazzjonali jippjanaw li jużaw u jiddistribwixxu l-finanzjament mill-FSIE fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-20.[10]
L-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal baġit tal-UE komuni sabiex jilħqu objettivi komuni.L-Istati Membri jikkontribwixxu direttament fuq il-bażi tad-dħul nazzjonali gross (DNG) tagħhom. Id-dazji doganali u r-riċevuti tal-VAT jipprovdu dħul addizzjonali. Il-limitu massimu tal-baġit fil-preżent huwa stabbilit għal 1,23 % tal-UE DNG.
F’termini tal-proċedura tal-baġit, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi abbozz ta’ baġit li jirrifletti l-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE bħat-tkabbir u l-impjiegi, ir-riċerka, it-tibdil fil-klima u l-enerġija. L-Istati Membri mbagħad jidħlu f’negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex jemendaw l-abbozz u jadottaw il-baġit. Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll biex tiżgura li l-baġit tal-UE jintnefaq skont ir-'Regolament Finanzjarju tal-UE.
Il-qafas tal-baġit attwali jkopri l-perjodu 2014-2020; il-pjanijiet tal-baġit annwali jagħtu dettalji speċifiċi dwar l-infiq. Matul dan il-perjodu, il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni sejrin jirċievu madwar 32,5 % tal-baġit globali, ekwivalenti għal madwar EUR 351,8 biljun (fil-prezzijiet tal-2014).[11]
^Craig, Paul; Craig, P. P.; De Burca, Grainne (2007).EU Law: Text, Cases and Materials (bl-Ingliż) (4 ed.). Oxford: Oxford University Press. p. 15.ISBN978-0-19-927389-8.