Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Toledo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Toledo
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainKastilja-La Mancha
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Toledo
Kap tal-GvernMilagros Tolón(en)Translate
Isem uffiċjaliToledo
Ismijiet oriġinaliToledo
Kodiċi postali45001–45009
Ġeografija
Koordinati39°52′N4°02′W / 39.87°N 4.03°W /39.87; -4.03Koordinati:39°52′N4°02′W / 39.87°N 4.03°W /39.87; -4.03
Toledo is located in Spain
Toledo
Toledo
Toledo (Spain)
Superfiċjenti232.1 kilometru kwadru
Għoli523 m
Fruntieri ma'Albarreal de Tajo(en)Translate,Bargas(en)Translate,Burguillos de Toledo(en)Translate,Cobisa(en)Translate,Guadamur(en)Translate,Mocejón(en)Translate,Nambroca(en)Translate,Olías del Rey(en)Translate,Polán(en)Translate,Almonacid de Toledo(en)Translate,Argés(en)Translate,Rielves(en)TranslateuAranjuez(en)Translate
Demografija
Popolazzjoni86,526 abitanti (2024)
Informazzjoni oħra
Żona tal-ĦinUTC+1uUTC+2
bliet ġemellatiAachen,Agen(mul)Translate,Corpus Christi(mul)Translate,Damasku,Belt ta' Guanajuato,Ħavana,Heraklion(mul)Translate,Nara,Safed(en)Translate,Toledo(en)Translate,Veliko Tarnovo,Santiago del Estero(mul)Translate,Moyobamba,Empoli,Teggiano(en)Translate,Muniċipalità ta' Veliko TarnovouMelilla
toledo.es

Toledo (pronunzja bl-Ispanjol: [toˈleðo]) hija belt u muniċipalità ta'Spanja, il-belt kapitali tal-provinċja ta' Toledo u s-sedede jure tal-gvern u tal-parlament tal-komunità awtonoma ta' Kastilja-La Mancha. Toledo ġiet iddikjarata bħalaSit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 għall-wirtmonumentali ukulturali estensiv tagħha.[1]

Toledo tinsab max-xtut tax-xmaraTagus fl-Iberja ċentrali u hija magħrufa bħala l-"Belt Imperjali" peress li kienet il-post prinċipali tal-qorti tal-ImperaturRuman SagruKarlu V fi Spanja, kif ukoll bħala l-"Belt tat-Tliet Kulturi" għall-influwenzi kulturali tal-Kristjani, tal-Musulmani u tal-Lhud riflessi fl-istorja tagħha. Mill-542 sas-725 kienet il-belt kapitali tar-renju tal-Viżigoti, wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, kif ukoll il-post fejn seħħew avvenimenti storiċi bħall-Kunsilli ta' Toledo. Il-belt, sede ta' arċidjoċesi setgħana għall-biċċa l-kbira tal-istorja tagħha, għandhakatidralGotiku, il-Catedral Primada de España, u storja twila fil-produzzjoni ta' armi bix-xfafar, li issa huma tifkiriet komuni tal-belt.

Fl-2015 il-muniċipalità kellha popolazzjoni ta' 83,226 ruħ. Il-muniċipalità għandha erja ta' 232.1 km2 (89.6 mil kwadru).

Stemma

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-belt ingħata stemma fis-seklu 16, li bi privileġġ irjali speċjali kienet ibbażata fuq l-istemma rjali ta' Spanja.

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]

Żmien ir-Rumani u Żmien il-Qedem Aħħari

[immodifika |immodifika s-sors]

Toledo (bil-Latin:Toletum) issemmiet mill-istoriku RumanLivju (għall-ħabta tad-59Q.K. – 17W.K.) bħalaurbs parva, sed loco munita ("belt żgħira, iżda ffortifikata bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha"). Il-Ġeneral RumanMarcus Fulvius Nobilior iġġieled battalja qrib il-belt fil-193 Q.K. kontra konfederazzjoni ta' tribujietĊeltiċi; u rebħilhom u qabad ir-Re Hilermus.[2][3] Dak iż-żmien, Toletum kienet belt tat-tribù tal-Carpetani, u kienet tagħmel parti mir-reġjun ta'Carpetania.[4] Ġiet inkorporata fl-Imperu Ruman bħalacivitas stipendiaria (belt tributarja ta' nies mhux ċittadini tal-imperu), u iktar 'il quddiem saret muniċipju.[5] Permezz ta' dan l-istatus, l-uffiċjali tal-belt kisbu ċ-ċittadinanza Rumana għas-servizz pubbliku, u l-forom tad-dritt Ruman u tal-politika Rumana kulma jmur ġew adottati.[6] Għall-ħabta ta' dan iż-żmien, f'Toletum inbnew ċirku Ruman, swar, banjijiet pubbliċi, u provvista u maħżen tal-ilma muniċipali.[7]

Iċ-ċirku Ruman f'Toledo kien wieħed mill-ikbar f'Hispania. Iċ-ċirku kien jesa' sa 15,000 spettatur. Iskrizzjoni mnaqqxa fuq framment ta' ġebla tfakkar xi logħob fiċ-ċirku mħallsa minn ċittadin b'isem mhux magħruf bħala ċelebrazzjoni tal-kisba tas-sevirat, li kien tip ta' ordni ta' qassis bi status għoli. Il-logħob baqa' jsir fiċ-ċirku sal-aħħar tas-seklu 4 u l-bidu tas-seklu 5, u dan jindika ħajja urbana attiva u patrunaġġ kontinwu mill-elit għonja.[8]

Toledo bdiet tikseb importanza fiż-Żmien il-Qedem Aħħari. Hemm indikazzjonijiet li djar privati kbar (domus) fi ħdan il-ħitan tal-belt ġew imkabbrin, filwaqt li diversi vilel inbnew fit-Tramuntana tal-belt matul is-sekli 3 u 4.[9] F'Toledo sar ukoll kunsill tal-knisja fis-sena 400 u fl-527 sabiex jiġi diskuss il-kunflitt mal-Prixilljaniżmu.[10] Diġà fl-546 (x'aktarx anke qabel), il-mexxejja Viżigoti stabbilew il-belt kapitali tar-renju tagħhom f'Toledo.[11] Ir-Re Theudis kien f'Toledo fil-546, fejn ippromulga liġi.[12]

Matul is-seklu 7, saru sensiela ta' kunsilli tal-knisja — l-hekk imsejħa Kunsilli ta' Toledo — li ddiskutew dwar ir-rikonċiljazzjonijiet teoloġiċi rigward il-Kristjaneżmu ta' Niċene; dawn saru f'Toledo taħt il-Viżigoti.[13] Sal-aħħar tas-seklu 7, l-isqof ta' Toledo sar il-mexxej tal-isqfijiet l-oħra kollha f'Hispania, xi ħaġa mhux tas-soltu fl-Ewropa. Il-belt kienet unika wkoll bħala ċentru simboliku ta' monarkija.[14][15]

Meta żviluppaw firdiet interni taħt in-nobbli Viżigoti,Tariq bin Ziyad ħataf lil Toledo fis-711 jew fis-712[16], f'isem il-Kaliffat ta' Umayyad ta'Damasku, bħala parti mill-ħakma Iżlamika tal-Peniżola Iberika. Is-superjur ta' Tariq, il-Gvernatur Musa żbarka f'Cádiz u mar Toledo, fejn ordna l-eżekuzzjoni tan-nobbli Viżigoti, u b'hekk qered ħafna mill-istruttura tal-poter eżistenti.[17][18]

Medju Evu

[immodifika |immodifika s-sors]
Baños de Tenerías, uħud mill-banjijiet Musulmani fil-belt.

Matul il-ħakma tal-Kaliffat ta' Umayyad, "Toledo ġarrbet perjodu ta' deklin qawwi matul il-biċċa l-kbira tal-ewwel sekli tad-dominanzaGħarbija fil-peniżola".[19]

L-invażuri kellhom diversità etnika, u evidenza disponibbli tissuġġerixxi li fl-inħawi ta' Toledo (magħrufa lokalment bħalaṬulayṭulah taħt it-tmexxija Iżlamika), l-insedjamentiBerberi kienu predominanti fuq l-Għarab.[20] Fis-742 il-Berberi f'Al-Andalus irribellaw kontra l-gvernaturi Għarab tal-Kaliffat ta' Umayyad. Huma ħadu l-kontroll tat-Tramuntana u ppruvaw jassedjaw lil Toledo iżda ma kellhomx suċċess.[21]

Toledo kisbet l-importanza tagħha bħala ċentru letterarju u ekkleżjastiku lejn nofs is-seklu 8; kif muri mill-Kronaka tas-754. Matul dan il-perjodu, diversi ittri juru l-primazija li kellha l-Knisja ta' Toledo.[22]

Taħt l-Emirat ta'Cordoba tal-Kaliffat ta' Umayyad, Toledo kienet iċ-ċentru ta' bosta rewwixti kontra l-gvern ta' Cordoba bejn is-761 u t-857.[23][24]Girbib ibn-Abdallah,poeta minn Toledo kiteb xi versi kontra l-Kaliffat ta' Umayyad, u għen biex jispira rewwixta f'Toledo kontra l-emir il-ġdid fis-797.[25][26] Sal-aħħar tas-seklu 8, il-Kaliffat ta' Umayyad kien għamel lil Toledo bħala ċ-ċentru amministrattiv tal-Marċ Ċentrali ta' Al-Andalus.[27] Fit-852, rewwixta ġdida faqqgħet f'Toledo. Il-gvernatur tal-Kaliffat ta' Umayyad inżamm bħala ostaġġ sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tal-ostaġġi ta' Toledo miżmuma f'Córdoba. Bħala tpattija għal attakk preċedenti miċ-ċittadini ta' Toledo, l-emirMuhammad I bagħat armata biex tattakkahom, iżda din ġarrbet telfa. Toledo sawret alleanza mar-ReOrdoño I tal-Asturias. Huma ġġieldu flimkien fil-Battalja ta' Guadacelete iżda tilfu. Iktar 'il quddiem fit-857, iċ-ċittadini ta' Toledo attakkaw lil Talavera iżda tilfu mill-ġdid. Fit-859, Muhammad I nnegozja tregwa ma' Toledo. Il-belt saret virtwalment indipendenti għal għoxrin sena, għalkemm mifnija f'kunflitti ma' bliet ġirien. L-awtoritajiet minn Cordoba reġa' ħadu l-kontroll ta' Toledo fit-873, wara li l-assedju tal-Kaliffat ta' Umayyad kontra l-belt irnexxa, u b'hekk id-difensuri tal-belt kellhom iċedu.[28][29][30] Il-Banu Qasi kiseb kontroll nominali tal-belt sad-920. Wara perjodu ġdid ta' rewwixti fis-snin 20 u 30 tas-seklu 10[31], il-KaliffAbd-ar-Rahman III ħataf il-belt fid-932, wara assedju estensiv.[32]

Lejn il-bidu tas-seklu 11, fid-dawl tal-Fitna ta' al-Andalus, Toledo saret iċ-ċentru ta'politika indipendenti, l-hekk imsejħa Taifa ta' Toledo, taħt it-tmexxija tad-Dhu l-Nunids.[33] Il-popolazzjoni ta' Toledo f'dan iż-żmien kienet tlaħħaq madwar 28,000 ruħ, inkluż popolazzjoni Lhudija ta' 4,000 ruħ.[34] Il-komunità Możarabika kellha l-isqof Kristjan tagħha stess. It-taifa kienet iċċentrata max-xmaraTajo fil-konfini tas-Sierra de Guadarrama, Guadalajara, Medinaceli, it-Taifa ta'Valencia u l-muntanji ta' Toledo.[35]

It-taifa sfat fix-xejn politikament, minħabba l-għawġ ekonomiku kkawżat mill-parias (taxxi) imposti mir-renju ta'León kif ukoll minħabba mutilazzjonijiet territorjali, u b'hekk fl-1079 faqqgħet rewwixta, li ġiet segwita mill-mexxej Aftasida ta'Badajoz li ħa l-kontroll tal-belt.[36]

Fil-25 ta' Mejju 1085,Alfonso VI ta' León ħakem lil Toledo u stabbilixxa kontroll personali dirett fuq il-belt u impona taxxa fuqha. Dak iż-żmien, id-demografija tal-belt kellha kompożizzjoni eteroġenja, b'komunitajiet Możarabiċi, Musulmani u Lhud, u magħhom żdiedu l-Kristjani li ġew mit-Tramuntana tal-Iberja u elementiFranki, għaldaqstant, inizjalment, diversifueros kienu fis-seħħ simultanjament għal kull komunità.[37] Wara l-ħakma Kristjana, il-komunità Możarabika tal-belt kibret permezz tal-immigrazzjoni min-Nofsinhar Musulman.[38]

Toledo ppreservat l-istatus tagħha bħala ċentru kulturali; u ċentru tat-traduzzjoni ġie stabbilit fejn il-kotba bl-Għarbi jew bl-Ebrajk kienu jiġu tradotti bil-Kastillan minn studjużi Musulmani u Lhud, u mill-Kastillan bil-Latin minn studjużi Kastillani, għaldaqstant wassal biex għarfien li kien ilu li ntilef, seta' jinfirex fl-Ewropa Kristjana mill-ġdid. Taħt l-ArċidjoċesiKattolika Rumana ta' Toledo seħħew diversi persegwitazzjonijiet (633, 653, 693) u bosta Lhud ġew ġustizzjati bil-ħruq fuq il-pal (638); ir-Renju ta' Toledo kompla b'din it-tradizzjoni (1368, 1391, 1449, 1486-1490), inkluż b'konverżjonijiet sfurzati u qtil tal-massa kif ukoll irvelli u tixrid tad-demm kontra l-Lhud ta' Toledo (1212).[39][40]

Era moderna

[immodifika |immodifika s-sors]
Toledo fiċ-Civitates orbis terrarum (1572).

Matul il-persegwitazzjoni tal-Lhud fl-aħħar tas-seklu 15 u fil-bidu tas-seklu 16, xi membri tal-komunità Lhudija ta' Toledo pproduċiet testi dwar l-istorja twila tagħhom f'Toledo. Wara li xejjen ir-Rewwixta tal-Comuneros, il-qorti ta'Karlu V ġiet stabbilita f'Toledo, u l-monarka għażel il-belt bħala r-residenza tiegħu 15-il darba mill-1525 'il quddiem.[41] Karlu ta l-istemma rjali lill-belt. Mill-1528 sal-1561 il-popolazzjoni żdiedet minn 31,930 ruħ sa 56,270 ruħ. Fl-1561, matul l-ewwel snin tar-renju ta' ibnuFilippu II, il-Qorti Rjali ġiet stabbilita f'Madrid.

Nisa fil-milizja Repubblikana fl-assedju tal-alcázar ikkontrollat mill-fazzjoni Nazzjonalista.

L-arċisqfijiet ta' Toledo baqgħu jagħmluha ta' sensara setgħana fl-affarijiet politiċi ureliġjużi ta' Spanja għall-kumplament tal-Ancien Régime[42], filwaqt li kellhom is-sjieda ta' art sinjorili estensiva fil-biċċa l-kbira ta' nofs in-Nofsinhar tal-Promontorju ta' Ġewwa u xi territorji fil-qrib.[43]

Il-wasla ta' massa ta'moriscos nuevos ("Għarab Iberiċi ġodda") deportati minnGranada f'Toledo u l-artijiet tagħha (6,000 ruħ waslu fil-belt, mill-inqas b'mod temporanju)[44] fid-dawl tar-ribelljoni tal-Alpujarras ħolqot sfida loġistika kbira, u s-sistema preeżistenti xejn faċli tar-relazzjonijiet soċjali bejn il-moros viejos ("l-Għarab Iberiċi antiki") u l-Kristjani antiki ġiet imfixkla. B'mod ġenerali, l-Għarab Iberiċi ġodda minn Granada kienu soġġetti għal abbuż ksenofobiku u ġew stigmatizzati bħala nies qattiela u li jwettqu bosta sagrileġġi.[45]

Il-belt kienet eċċellenza fil-manifattura tal-ħarir matul l-Era Moderna Bikrija. L-industrija tal-ħarir laħqet il-qofol tagħha fis-seklu 16, u qabdet it-triq twila tan-niżla fis-snin ta' wara ta' dak is-seklu, u fl-aħħar mill-aħħar għebet sal-bidu tas-seklu 19.[46]

Il-Gwerra Peniżolari affettwat il-belt b'mod negattiv ħafna.[47] Matul is-seklu 19, Toledo għaddiet minn bidla progressiva minn belt kunventwali għal belt burokratika.[48] Peress li kienet belt pjuttost esposta għal influwenzi esterni dak iż-żmien, il-borgeżija kellha influwenza limitata.[49]

Wara l-esklużjoni ta' Toledo mil-linja ferrovjarja sal-fruntieraPortugiża fis-snin 50 tas-seklu 19, proġett ta' kollegament mal-linja ferrovjarja minnCastillejo sa Toledo appoġġat mill-Markiż ta'Salamanca ġie approvat f'Ġunju 1856.[50] Il-linja nfetħet fit-12 ta' Ġunju 1858. L-attività turistika ffjorixxiet permezz tal-wasal tal-linja ferrovjarja u kkontribwiet għall-iżvilupp tal-industrija tal-ospitalità fl-aħħar tas-seklu 19.[51] Sal-bidu tas-seklu 20, il-popolazzjoni ta' Toledo kienet laħqet madwar 23,000 abitant.[52] Il-viċinat ta' Santa Bárbara żviluppa wara l-wasla tal-linja ferrovjarja.[53]

Il-ftuħ tal-linja ferrovjarja f'Toledo f'Ġunju 1858.

Wara l-kolp ta' stat fi Spanja ta' Lulju 1936, l-aġent kmandant militari f'Toledo,José Moscardó, irrifjuta li jipprovdi l-armi lil Madrid u minflok inħeba fl-alcázar flimkien ma' gwarniġjon ta' madwar 1,000 ribelli, ikel, munizzjon u xi ostaġġi.[54] Wara l-21 ta' Lulju, dawn ġew soġġetti għal assedju li ma rnexxiex mill-forzi leali lejn ir-Repubblika matul l-istadji bikrin tal-Gwerra Ċivili Spanjola.[55] Il-Ġeneral ribelli fit-tmun (li wara ftit beda jissejjaħ "caudillo")Francisco Franco u l-Armata tal-Afrika tiegħu ddevjaw mill-avvanz tagħhom lejn Madrid (u taw żmien lir-Repubblikani jsaħħu d-difiżi tagħhom f'Madrid u jirċievu appoġġ barrani bikri) u temmew l-assedju tal-alcázar fl-aħħar ta' Settembru 1936.[56] Ix-xahrejn ta' reżistenza tal-militar ribelli bil-gwarniġjon tiegħu saret karatteristika simbolika ewlenija tal-mitoloġija madwar ir-reġim ta' Franco u l-ideoloġija tiegħu.[57]

Sal-1950, il-popolazzjoni laħqet l-40,243 ruħ. L-ippjanar urban fir-rigward l-iżvilupp tal-viċinati ta' Palomarejos u Polígono kompla fit-tieni nofs tas-seklu 20.[58]

Fis-snin 80 tas-seklu 20, fil-kuntest tal-ħolqien tal-komunitajiet awtonomi fi Spanja, Toledo saret il-belt kapitalide facto tal-komunità awtonoma ta' Kastilja-La Mancha, u ospitat is-sede tal-leġiżlatura reġjonali permezz tal-Cortes ta' Kastilja-La Mancha u l-eżekuttiv permezz tal-presidenza tal-gvern reġjonali.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-Belt Storika ta' Toledo ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Klima

[immodifika |immodifika s-sors]

Toledo għandha klima semiarida kiesħa tipika (Köppen:BSk). Ix-xtiewi jkunu kesħin filwaqt li s-sjuf ikunu sħan u nexfin. Il-preċipitazzjoni tkun baxxa u tkun ikkonċentrata l-iktar fil-perjodu ta' nofs il-ħarifa sa nofs ir-rebbiegħa. L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata f'Toledo kienet 44.2 °C (111.6 °F) fit-13 ta' Awwissu 2021; l-iżjed temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata kienet −13.4 °C (7.9 °F) fit-12 ta' Jannar 2021.[59]

Data klimatika għal Toledo, Spanja, altitudni ta' 515-il metru (1,690 pied) (1981-2010)
XaharJanFraMarAprMejĠunLulAwwSetOttNovDiċSena
Temp. għolja rekord f'°C (°F)22.0

(71.6)

23.8

(74.8)

29.0

(84.2)

31.6

(88.9)

37.7

(99.9)

42.0

(107.6)

42.8

(109.0)

44.2

(111.6)

41.3

(106.3)

33.3

(91.9)

25.6

(78.1)

22.2

(72.0)

44.2

(111.6)

Temp. għolja medja f'°C (°F)11.5

(52.7)

14.0

(57.2)

18.1

(64.6)

19.9

(67.8)

24.2

(75.6)

30.5

(86.9)

34.6

(94.3)

34.0

(93.2)

29.0

(84.2)

22.1

(71.8)

15.6

(60.1)

11.6

(52.9)

22.1

(71.8)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F)6.4

(43.5)

8.3

(46.9)

11.6

(52.9)

13.5

(56.3)

17.6

(63.7)

23.2

(73.8)

26.8

(80.2)

26.3

(79.3)

22.0

(71.6)

16.1

(61.0)

10.5

(50.9)

7.1

(44.8)

15.8

(60.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F)1.3

(34.3)

2.6

(36.7)

5.0

(41.0)

7.2

(45.0)

11.0

(51.8)

15.9

(60.6)

18.9

(66.0)

18.6

(65.5)

14.9

(58.8)

10.2

(50.4)

5.3

(41.5)

2.5

(36.5)

9.5

(49.1)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F)−13.4

(7.9)

−9.0

(15.8)

−5.8

(21.6)

−2.6

(27.3)

−0.3

(31.5)

4.3

(39.7)

10.0

(50.0)

10.0

(50.0)

5.4

(41.7)

0.0

(32.0)

−5.6

(21.9)

−8.0

(17.6)

−13.4

(7.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)26

(1.0)

25

(1.0)

23

(0.9)

39

(1.5)

44

(1.7)

24

(0.9)

7

(0.3)

9

(0.4)

18

(0.7)

48

(1.9)

39

(1.5)

41

(1.6)

342

(13.5)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm)55466312376654
Umdità relattiva medja (%)76695958544539415166747959
Medja ta' sigħat ta'xemx fix-xahar1511722282492863373823512602101571262,922
Sors: Agencia Estatal de Meteorologia[59][60]

Ekonomija

[immodifika |immodifika s-sors]
Xwabel ta' Toledo.

L-industrija tal-produzzjoni tal-metall storikament kienet il-bażi ekonomika ta' Toledo, bi tradizzjoni kbira fil-manifattura tax-xwabel u tas-skieken, u bi produzzjoni sinifikanti ta' xfafar, apparati mediċi u prodotti elettriċi.The Toledo Blade, il-gazzetta Amerikana fil-belt ta' Toledo f'Ohio, l-Istati Uniti, issemmiet hekk f'ġieħ it-tradizzjoni tal-produzzjoni tax-xwabel. L-industriji tas-sapun u tal-pejst tat-tindif tas-snien, tat-tħin tad-dqiq, tal-infiħ tal-ħġieġ u tal-produzzjoni taċ-ċeramika kienu importanti wkoll.[61] Goya Foods għandha l-uffiċċji tagħha f'Toledo.[62]

Il-manifattura tax-xwabel fil-belt ta' Toledo tmur lura għal żmien ir-Rumani, iżda taħt it-tmexxija tal-Għarab Iberiċi u matul ir-Reconquista, Toledo u x-xirka tal-produtturi tax-xwabel kellhom rwol ċentrali. Bejn is-sekli 15 u 17 l-industrija tal-produzzjoni tax-xwabel ta' Toledo marret tajjeb ħafna, tant li l-prodotti tagħha ġew meqjusa bħala l-aqwa fl-Ewropa. Ix-xwabel u l-istalletti kienu jiġu prodotti minnartiġjani individwali, għalkemm ix-xirka tal-produtturi tax-xwabel kienet tissorvelja l-kwalità tagħhom. Fl-aħħar tas-seklu 17 u fil-bidu tas-seklu 18 il-produzzjoni bdiet tbatti, u b'hekk inħolqot il-Fabbrika Rjali tal-Armi fl-1761 fuq ordni tar-ReCarlos III. Il-Fabbrika Rjali ġabret flimkien ix-xirkiet kollha tal-produtturi tax-xwabel tal-belt u kienet tinsab fl-eks zekka. Fl-1777, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li l-ispazju jitkabbar, Carlos III kkummissjona lill-arkitettFrancesco Sabatini biex jibni binja ġdida fil-periferija tal-belt. Dan kien il-bidu ta' diversi fażijiet ta' espansjoni. L-importanza tagħha tant kienet kbira li eventwalment żviluppa f'belt fi ħdan il-belt ta' Toledo.[63]

Fis-seklu 20, il-produzzjoni tas-skieken u tax-xwabel għall-armata tnaqqset għall-armi tal-kavallerija biss, u wara l-Gwerra Ċivili Spanjola, għall-provvista tax-xwabel lill-uffiċjali u l-NCOs tad-diversi unitajiet militari. Wara l-għeluq tal-fabbrika fis-snin 80 tas-seklu 20, il-binja ġiet rinnovata sabiex tospita l-kampus tal-Università Teknoloġika ta' Kastilja-La Mancha f'Toledo. Skont l-Istitut tal-Istatistika ta' Kastilja-La Mancha, fl-2007 id-distribuzzjoni reċenti tal-impjiegi skont is-setturi tal-okkupazzjoni kienet kif ġej: 86.5 % tal-popolazzjoni kienet taħdem fil-qasam tas-servizzi, 6.6 % fil-kostruzzjoni, 5.4 % fl-industrija u 1.5 % fil-biedja u fit-trobbija tal-bhejjem.[64]

Qgħad

[immodifika |immodifika s-sors]

Fid-deċennju sal-2008, il-qgħad f'termini assoluti baqa' pjuttost stabbli fil-belt ta' Toledo, iżda fl-2009 il-qgħad żdied b'mod sinifikanti: kważi 62 % meta mqabbel mal-2008, u l-għadd ta' persuni mingħajr impjieg żdied minn 2,515 ruħ għal 4,074 ruħ (ċifri fil-31 ta' Marzu ta' kull sena), skont il-Junta de Comunidades de Castilla La Mancha. Minn dawn it-62 %, terz miż-żieda seħħet fl-ewwel trimestru.[65]

Skont statistika oħra mill-istess sors, kważi nofs il-persuni mingħajr impjieg fil-belt ta' Toledo (1,970 ruħ) huma dawk li l-edukazzjoni tagħhom ma tmurx lil hinn mil-livell sekondarju obbligatorju. Madankollu, hemm gruppi b'livell ta' studju li ma jippermettilhomx jirreġistraw bħala persuni mingħajr impjieg, fosthom dawk li temmew il-klassi nru 1 tat-taħriġ professjonali, jew dawk b'rati ta' qgħad kważi mhux eżistenti (inqas minn 0.1 %), li huwa l-każ tal-persuni mingħajr impjieg b'lawriji postsekondarji jew esperjenza professjonali.

L-ikbar grupp fost il-persuni mingħajr impjieg huwa dak tal-persuni mingħajr kwalifiki (27.27 %).

Il-Muniċipju ta' Toledo.

Politika

[immodifika |immodifika s-sors]

Toledo għandha Kunsill tal-Belt magħmul minn 25 membru, li jiġu eletti kull erba' snin. L-elezzjoni tal-2011 wasslet għal patt bejn 11-il membru tal-Partit Soċjalista Spanjol tal-Ħaddiema (PSOE) u żewġ membri tax-Xellug Magħqud, u b'hekk il-kariga ta' sindku għaddiet għandEmiliano García-Page Sánchez tal-PSOE, li ilu jokkupa din il-kariga mill-2007.

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Katidral ta' Toledo.
L-Alcázar ta' Toledo.
Il-Knisja ta' Santiago del Arrabal.

Il-belt ta' Toledo ġiet iddikjarata bħala Sit Storiku u Artistiku fl-1940, u fl-1986 ġie rinoxxuta bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] L-attrazzjonijiet ewlenin jinkludu:

  • il-Qabar ta' Santa Beatriċe ta' Silva, il-fundatriċi tal-Ordni tal-Kunċizzjoni Immakulata, fil-Monasteru tal-Kunċizzjoni ta' Toledo,
  • il-Posada de la Santa Hermandad, tip ta' assoċjazzjoni militari taż-żamma tal-paċi magħmula minn individwi armati, karatteristika tal-ħajja muniċipali fi Spanja Medjevali,
  • il-Castillo de San Servando, kastell Medjevali ħdejn ix-xtut tax-xmara Tagus u l-Akkademja tal-Fanterija,
  • il-Katidral Gotiku, li jmur lura għas-seklu 13. Fuq ġewwa hemm elementiBarokki ta'Narciso Tome,
  • il-Monasteru ta' San Juan de los Reyes, bi stil Gotiku Isabellin tas-seklu 15,
  • l-Isptar-MużewRinaxximentali ta' Santa Cruz tas-seklu 16,
  • il-Mużew ta'El Greco, mużew-dar b'disinn bħala rikreazzjoni tad-dar tal-artist, li ntilfet bosta sekli ilu, li fih diversipitturi importanti,
  • Santa María la Blanca, l-eqdem binja ta' sinagoga li għadha eżistenti fl-Ewropa, issa ta' sjieda tal-Knisja Kattolika,
  • is-Sinagoga ta' El Transito, fil-kwartier Lhudi, li tospita l-Mużew Sefardiku,
  • l-Hospital de Tavera Museum Duque de Lerma, bi stil Rinaxximentali, imur lura għas-seklu 16; influwenza l-pjanta ta'El Escorial,
  • il-Knisja ta' Santiago del Arrabal, bi stil Mudéjar,
  • il-Knisja ta' Santo Tome, bi stil Mudéjar tas-seklu 14, li fiha l-pittura famuża tad-Dfin tal-Konti Orgaz ta' El Greco,
  • El Cristo de la Luz, moskea-oratorju żgħira li nbniet fid-999, u li iktar 'il quddiem ġiet estiża b'apsida Mudéjar għal konverżjoni fi knisja,
  • il-Palazz Galiana, bi stil Mudéjar tas-seklu 13,
  • il-Moskea ta' Tornerías, tas-seklu 11,
  • il-fortizza ta' Alcazar, tas-seklu 16, li tinsab fl-ogħla parti tal-belt; mill-2009 tospita l-kollezzjoni tal-Mużew tal-Armata,
  • il-Knisja ta' San Andrés, li fil-kripta tagħha fiha 60 mumja ta' infantes, duki, sorijiet u oħrajn, fi stat tajjeb ta' preservazzjoni u miftuħa għall-viżitaturi,
  • Puerta Bab al-Mardum, tas-seklu 10, l-eqdem daħla tal-belt ta' Toledo,
  • Puerta de Bisagra Antigua, tas-seklu 10, id-daħla prinċipali tal-belt fi żmien al-Andalus, magħrufa wkoll bħala "Puerta de Alfonso VI",
  • Puerta del Sol, tas-seklu 14, mibnija mill-Kavallieri ta' San Ġwann,
  • Puerta de Bisagra Nueva, tas-seklu 16, ta' oriġini Għarbija Iberika, mibnija mill-ġdid minnAlonso de Covarrubias, id-daħla u l-faċċata preżenti ta' Toledo,
  • Puerta del Cambrón, ta' oriġini Musulmana, mibnija mill-ġdid fis-seklu 16,
  • San Román, il-Mużew tal-Kunsilli u tal-kultura tal-Viżigoti,
  • Ermita del Cristo de la Vega, bi stil Mudéjar tas-seklu 11,
  • il-Pont ta' Alcántara, pont Ruman minn naħa għall-oħra tax-xmara Tagus,
  • Puente de San Martin, pont Medjevali minn naħa għall-oħra tax-xmara Tagus.

Sabiex jiġi mfakkar l-400 ċentenarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel parti ta'Don Quixote, il-Kunsill tal-Komunitajiet ta' Kastilja-La Mancha ddisinja sensiela ta' rotot fir-reġjun li jgħaddu minn diversi punti kkwotati fir-rumanz. Magħrufa bħala r-Rotta ta' Don Quixote, tnejn mill-mogħdijiet iddeżinjati, is-sezzjonijiet nri 1 u 8, huma bbażati f'Toledo; dawk li jikkollegaw il-belt ta' Kastilja-La Mancha u Montes de Toledo jisfruttaw ir-rotta naturali li tgħaddi minn Cigarrales u twassal sa Cobisa, Nambroca Burguillos ta' Toledo, fejn tagħti għall-Camino Real minnSivilja u f'daqqa waħda ddur lejn Mascaraque Almonacid de Toledo, fil-fond tal-inħawi tal-madwar, qrib Mora, f'La Mancha.

Din il-parti, Mascaraque-Toledo, tar-Rotta ta' Don Quixote dan l-aħħar ġiet inkluża f'rotta uffiċjali tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu fil-fergħa tal-Lvant b'oriġini f'Cartagena,Alicante uValencia, u żewġ rotot ġew iddikjarati bħala Rotta Kulturali Ewropea.[66]

Ġemellaġġi

[immodifika |immodifika s-sors]

Toledo hija ġemellata ma':

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^abċdCentre, UNESCO World Heritage."Historic City of Toledo".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-09-29.
  2. ^John S. Richardson (1996).The Romans in Spain. Blackwell. p. 54.
  3. ^Livju,L-Istorja ta'Ruma, 35, 22.
  4. ^Rivera, Rebeca Rubio (2008-01-01).""Continuidad y cambio en el proceso de romanización del ámbito celtibérico meridional y carpetano", en F. Coarelli, J. Uroz y J.M. Noguera (eds.), Iberia e Italia: modelos romanos de integración territorial, 2008".Ċitazzjoni journal għandha bżonn|journal= (għajnuna)
  5. ^Τσιώλης, Vassilis Tsiolis / Βασίλης; Rivera, Rebeca Rubio.""El primer recinto amurallado de Toledo", en Carrobles Santos, J. (dir.), Las murallas de Toledo, Fundación Caja Madrid, Madrid, 2004, 227-250".Ċitazzjoni journal għandha bżonn|journal= (għajnuna)
  6. ^Kulikowski, Michael (2004).Late Roman Spain and Its Cities. Baltimore: Johns Hopkins University Press.
  7. ^"Art. Circo Romano - Rebeca Rubio | PDF | Circo | imperio Romano".Scribd (bl-Ingliż). Miġbur2022-09-29.
  8. ^Rubio Rivera, Rebeca (2001).El Circo Romano de Toledo y la Vega Baja en Época Romana. pp. 38–39.
  9. ^Rubio Rivera, Rebeca (2001).El Circo Romano de Toledo y la Vega Baja en Época Romana. p. 51.
  10. ^Richardson, John (1996).The Romans in Spain. Blackwell.
  11. ^Gurt Esparraguera, Josep M.; Godoy Fernández, Cristina (2000). "Barcino, de sede imperial avrbs regia en época visigoda".Memorias de la Real Academia de Buenas Letras de Barcelona.25: 447–448.
  12. ^Kulikowski, Michael (2004).Late Roman Spain and Its Cities. Johns Hopkins University Press. p. 265. ISBN9780801879784.
  13. ^Collins, Roger (2004).Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 57. ISBN9780631181859.
  14. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 9.
  15. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 43.
  16. ^Collins, Roger (2004).Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 134. ISBN9780631181859.
  17. ^Collins, Roger (2004).Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 133. ISBN9780631181859.
  18. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 30.
  19. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797. Blackwell. p. 44.
  20. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797. Blackwell. p. 195.
  21. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 108–110.
  22. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 57–80.
  23. ^Roger Collins,Early Medieval Spain: Unity in Diversity, 400–1000, (St. Martin's Press, 1995), 187.
  24. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. p. 172, 201–203.
  25. ^Collins, Roger (1989).Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 209–210.
  26. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 32–33.
  27. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 27–28.
  28. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 43–44, 47.
  29. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 79–81.
  30. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. p. 171.
  31. ^Collins, Roger (2014).Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. p. 145.
  32. ^Ann Christys,Christians in Al-Andalus 711–1000, (Curzon Press, 2002), 20.
  33. ^Wasserstein, David J. (2000). "The emergence of the Taifa Kingdom of Toledo".Al-Qantara. Madrid: Consejo Superior de Investigaciones Científicas.21 (1): 17.
  34. ^Reilly, Bernard F. (1992).Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. pp. 5, 9, 15.
  35. ^Reilly, Bernard F. (1992).Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. pp. 6–7.
  36. ^Ayala, Carlos de (2013). "En los orígenes del cruzadismo peninsular: el reinado de Alfonso VI (1065-1109)".Imago Temporis: Medium Aevum. Lleida: Universitat de Lleida.
  37. ^Estevez, María de la Paz (2011). "La (re)conquista cristiana de Toledo: un estudio sobre los nuevos patrones de ordenamiento del territorio y sus habitantes".Anales de la Universidad de Alicante. Historia Medieval. Universidad de Alicante (17): 433. ISSN 0212-2480.
  38. ^Reilly, Bernard F. (1992).Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. p. 20.
  39. ^"Jewish Persecution | Timeline of Judaism | History of AntiSemitism".www.simpletoremember.com. Miġbur2022-09-29.
  40. ^Grosser, Paul E.; Halperin, Edwin G.; foreword by St. John, Robert; preface by Littell, Franklin H. (1979).Anti-Semitism : the causes and effectos of a prejudice. Secaucus, N.J.: Citadel Press. ISBN978-0806507033.
  41. ^Santos Vaquero, Ángel (2013)."¿Por qué Felipe II trasladó la Corte de Toledo a Madrid?"(PDF).Ateneo de Toledo. Arkivjat minnl-oriġinal(PDF) fl-2021-07-13. Miġbur2022-09-29.
  42. ^García Luján, José Antonio (1982). "Historiografía de la Iglesia de Toledo en los siglos XVI a XIX".En la España medieval.2: 367. ISSN 0214-3038.
  43. ^Camacho Cabello, José (1996).La población del arzobispado de Toledo en los Tiempos Modernos (PDF). pp. 13–14.
  44. ^Gómez Vozmediano, Miguel Fernando (1999). "Delincuencia y conflictividad morisca en tierras toledanas (ss. XV-XVII)".Anales Toledanos (37): 95–96. ISSN 0538-1983. pp. 77-78.
  45. ^Gómez Vozmediano, Miguel Fernando (1999). "Delincuencia y conflictividad morisca en tierras toledanas (ss. XV-XVII)".Anales Toledanos (37): 95–96. ISSN 0538-1983. pp. 95-96.
  46. ^Santos Vaquero, Ángel (2017). "Incidentes en el mundo sedero de Toledo. Siglo XVIII".Tiempos Modernos.8 (35): 151–168.
  47. ^Cerro Malagón, Rafael del (1995).La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 22. ISBN84-87103-52-9.
  48. ^Cerro Malagón, Rafael del (1995).La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 12. ISBN84-87103-52-9.
  49. ^Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo". p. 12.
  50. ^"El ferrocarril y la primera estación toledana (1858-1919)".abc (bl-Ispanjol). 2019-04-09. Miġbur2022-09-29.
  51. ^Cerro Malagón, Rafael del (1995).La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 28. ISBN84-87103-52-9.
  52. ^Storm, Eric (2013). "Patrimonio local, turismo e identidad nacional en una ciudad de provincias: Toledo a principios del siglo XX".Hispania. Revista Española de Historia. Madrid: Consejo Superior de Investigaciones Científicas.73 (244): 352. ISSN 0018-2141.
  53. ^Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo" (PDF). pp. 16-17.
  54. ^Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo".Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694. pp. 120-121.
  55. ^Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo".Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694. p. 112.
  56. ^Gorostiza Langa, Santiago; Saurí Pujol, David (2013). "Salvaguardar un recurso precioso: la gestión del agua en Madrid durante la guerra civil española (1936-1939)".Scripta Nova. Barcelona: Universitat de Barcelona.17 (457). ISSN 1138-9788.
  57. ^Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo".Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694.
  58. ^Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo". p. 18.
  59. ^abBenayas, Victoria Torres (2021-01-12)."El frío polar comienza a retroceder, pero aún mantiene en alerta a 12 comunidades, dos de ellas en rojo".El País (bl-Ispanjol). Miġbur2022-09-29.
  60. ^"Guía resumida del clima en España (1981-2010) - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España".web.archive.org. 2013-05-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-05-26. Miġbur2022-09-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  61. ^"Guia Turistica de TOLEDO, Economia de TOLEDO - Viviendas en Valencia - Pisos en Valencia - Inmobiliaria Promotora Constructora Grupo TERESA".web.archive.org. 2011-07-11. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-07-11. Miġbur2022-09-29.
  62. ^"Contact Us | Goya Foods".www.goya.com (bl-Ingliż). Miġbur2022-09-29.
  63. ^"La Cerca - Noticias - Las espadas forjadas en Toledo se remontan a la época romana".web.archive.org. 2008-08-02. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2008-08-02. Miġbur2022-09-29.
  64. ^"Instituto de Estadística de Castilla-La Mancha – Ficha municipal"(PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-12-13. Miġbur2022-09-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  65. ^"Beyond 20/20 WDS - Informes".difusion.ies.jccm.es. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2022-07-07. Miġbur2022-09-29.
  66. ^Centre, UNESCO World Heritage."Routes of Santiago de Compostela: <i>Camino Francés</i> and Routes of Northern Spain".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-09-29.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Toledo&oldid=315653"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp