The Beatles kienet band popolari tas-sittinijiet. Il-membri tal-band kienuJohn Lennon,Paul McCartney,George Harrison, uRingo Starr. L-oriġini tal-band kienu f'Liverpool, l-Ingilterra.
Il-band eventwalment saret popolari mad-dinja kollha, u jitqiesu bħala waħda mill-iktar bands influwenti fl-istorja tal-mużika. Għall-biduAlan Williams kien il-maniġer tagħhom, u iktar 'il quddiem postu ħaduBrian Epstein.George Martin kien il-produttur ta' bosta mill-albums tagħhom.
Kellhom 13-il album u numru ta' films. Biegħu il-fuq minn biljun (1,000,000,000) rekord, inklużi albums u singles.
Fl-1970, l-istress u l-fama għamlu tagħhom u The Beatles sfaxxaw u ma baqgħux idoqqu iktar flimkien. L-erbgħa li huma iżda, bdew karrieri ta' solisti. John Lennon ġie assassinat fl-1980, imma t-tliet Beatles l-oħra ingħaqdu fis-snin 1990 u ħarġu żewġ rekords oħra. Dawn kienu "Free As A Bird" u "Real Love". Il-vuċi ta' John intużat f'dawn id-diski, għaliex il-Beatles l-oħra żiedu l-mużika fuq xi wħud mit-tejpijiet antiki tiegħu.
Diski
Xi diski popolari tal-Beatles huma:
- A Hard Day's Night (1964), dirett minnRichard Lester, co-starredWilfrid Brambell,Norman Rossington,John Junkin,Lionel Blair,Victor Spinetti, uDerek Nimmo
- Help! (1965), dirett minn Lester, co-starredLeo McKern,Eleanor Bron, Victor Spinetti uRoy Kinnear
- Magical Mystery Tour (1967), TV special ta' siegħa
- Yellow Submarine, (1968)kartun
- Let it Be (1970), film-dokumentarju dwar il-produzzjoni ta' l-album li jġib l-istess isem