Statwa hijaskultura ġeneralment wieqfa waħedha li fiha jiġu mnaqqxin jew iffurmati figuri realistiċi, persuni jewannimali fuq skala reali jew għamliet mhux rappreżentattivi f’materjal pjuttost durevoli bħall-injam, il-metall jew il-ġebel. L-istatwi tipiċi jkollhom daqs fuq skala reali jew qrib; skultura li tirrappreżenta persuni jew annimali sħaħ iżda li tkun żgħira biżżejjed biex tista’ tintrefa’ u tinġarr tissejjaħstatwetta jew figurina, filwaqt li waħda li tkun iktar mid-doppju tal-iskala reali tissejjaħstatwa kolossali.[1] Statwa li tintrefa’ fil-festi tissejjaħvara.
L-istatwi ilhom jiġu prodotti f’ħafna kulturi mill-preistorja sal-preżent. L-eqdem statwa magħrufa sa issa tmur għal madwar 30,000 sena ilu. L-istatwi jirrappreżentaw ħafna nies u annimali differenti, kemm reali kif ukoll mitiċi. Ħafna statwi jitqiegħdu f’postijiet pubbliċi bħalaarti pubblika. L-ogħla statwa tad-dinja, l-Istatwa tal-Unità, hija twila 182 metru u tinsab ħdejn id-diga ta’Narmada f’Gujarat, l-Indja.
L-Istatwi tat-Terrakotta fiXian, iċ-Ċina, meta ġew midfuna kienu kollha kkuluriti. Fil-fatt, għad hemm bosta statwi li tħallew taħt l-art sakemm tiġi żviluppata teknoloġija għall-preservazzjoni tal-kulur.
L-istatwi antiki spiss juru l-wiċċ mikxuf tal-materjal li jkunu magħmulin minnu. Pereżempju, ħafna nies jassoċjaw l-arti klassika Griega mal-iskulturi tal-irħam abjad, iżda hemm evidenza li ħafna mill-istatwi kienu miżbugħa b’kuluri jgħajtu.[2] Il-biċċa l-kbira tal-kuluri ttieklu maż-żmien; ftit fdalijiet żgħar tneħħew matul it-tindif; f’xi każijiet baqgħu traċċi żgħar li setgħu jiġu identifikati. Fl-2008, kien hemm wirja ta’ 20 replika kkulurita ta’ opri tal-arti Griegi u Rumani, flimkien ma’ 35 statwa u riljiev oriġinali, li saret fl-Ewropa u fl-Istati Uniti bit-titluGods in Color: Painted Sculpture of Classical Antiquity.[3] Id-dettalji bħal jekk ingħatawx żewġ passati żebgħa kkulurita jew passata waħda, kemm kienu jkunu midħuna sa daqs fin il-pigmenti li kienu jintużaw, jew liema mezz kien jintuża eżattament f’kull każ biex iż-żebgħa tagħqad u tibqa’ mal-materjali — dawn kienu kollha elementi li kienu jaffettwaw id-dehra ta’ opra tal-arti ladarba titlesta — mhumiex magħrufa.Richter saħansitra jgħid dwar l-iskulturi Griegi klassiċi: “L-iskulturi kollha tal-ġebel, kemm tal-ġebla tal-ġir kif ukoll tal-irħam, kienu miżbugħa, jew kompletament jew parzjalment”.[4]
L-istatwiMedjevali wkoll kienu jkunu miżbugħa normalment, u wħud baqgħu bil-pigmenti oriġinali tagħhom sa żminijietna. L-għoti tal-kulur lill-istatwi waqaf matul ir-Rinaxximent, peress li skulturi klassiċi skavati, li kienu tilfu l-kulur tagħhom, saru meqjusa bħala l-aqwa mudelli.
Il-Venere ta’ Berekhat Ram, ċagħqa antropomorfika li nstabet fit-Tramuntana ta’Iżrael u li tmur lura għal mill-inqas 230,000 sena ilu, jingħad li hija l-eqdem statwetta magħrufa. Madankollu, ir-riċerkaturi għadhom ma laħqux qbil dwar jekk l-għamla tagħha oriġinatx mill-erożjoni naturali jew ġietx imnaqqxa mill-ewwel bnedmin.[5] Il-Venere ta’ Tan-Tan, oġġett simili li ġie magħmul għall-ħabta tal-istess żmien, u li nstab fil-Marokk, intqal ukoll li huwa statwetta.[6]
Il-figurin ta’ Löwenmensch (magħruf ukoll bħala r-“Raġel Iljun”) u l-Venere ta’Hohle Fels, it-tnejn mill-Ġermanja, huma l-eqdem statwetti kkonfermati fid-dinja, u jmorru lura għal xi 35,000-40,000 sena ilu.[7][8]
L-eqdem statwa magħrufa ta’ skala reali hija dik tar-Raġel ta’ Urfa li nstabet fit-Turkija u li tmur lura għal madwar 9,000 Q.K.
Tul l-istorja, l-istatwetti ġew assoċjati ma’ immaġnijiet ta’ twemmin jew idoli f’ħafna tradizzjonijietreliġjużi, mill-Eġittu Antik, l-Indja Antika, il-Greċja Antika, uRuma Antika sal-preżent. Statwi Eġizzjani li juru l-faragħuni bħala sfinġijiet ilhom jeżistu mir-Renju l-Qadim, l-eqdem waħda kienet dik iddedikata lilDjedefre (għall-ħabta tal-2500 Q.K.).[9] L-eqdem statwa ta’ faragħun bilwieqfa tmur lura għar-renju ta’Senwosret I (għall-ħabta tal-1950 Q.K.) u tinsab fil-Mużew Eġizzjan, il-Kajr.[10] Matul ir-Renju Nofsani tal-Eġittu (li beda madwar l-2000 Q.K.) kien hemm żieda fil-produzzjoni ta’ statwi kubiċi li dak iż-żmien saru l-iktar għamla popolari sal- perjoduPtolemajku (għall-ħabta tat-300 Q.K.).[11]
Il-punt fokali taċ-cella (l-ispazju intern) ta’ tempju Ruman jew tan-naos (l-ispazju intern) ta’ tempju Grieg kien ikun meħud minn statwa ta’ xi alla li għalih kien ikun iddedikat it-tempju. Fit-tempji maġġuri, dawn l-istatwi kienu jkunu bosta drabi iktar mill-iskala reali. Statwi oħra ta’ allat kien ikollhom pożizzjonijiet subordinati tul il-ħitan tal-ġnub.
L-eqdem statwa ta’ alla f’Ruma kienet l-istatwa tal-bronż ta’Ceres tal-485 Q.K.[12] L-eqdem statwa f’Ruma issa hija l-istatwa ta’Diana fuq l-Għolja Aventina.[13][14]
Għal politiku jew negozjant Grieg jew Ruman li rnexxa (li kien ikun ta donazzjonijiet konsiderevoli għal proġetti pubbliċi sabiex jitqies biex jingħata dan l-unur), li jkollok statwa pubblika tirrappreżentak, preferibbilment fil-forum lokali jew f’xi tempju, kienet konferma importanti tal-istatus, u dawn is-siti mtlew bi statwi fuq bażijiet jew pedestalli (il-biċċa l-kbira kienu iżgħar minn dawk tal-ekwivalenti tagħhom tas-seklu 19).
Filwaqt li l-iskulturi ġeneralment tkattru fl-arti Medjevali Ewropea, l-istatwi ma kinux ikunu l-iktar ta’ persuna waħda, għajr dawk tal-Madonna, ġeneralment bil-BambinĠesù, u l-corpus jew il-ġisem ta’ Kristu fuq il-kurċifiss. L-istatwi tagħhom saru ta’ kull daqs sa skala reali, u sal-aħħar tal-Medju Evu bosta knejjes, anke fil-villaġġi, kellhom statwi ta’ grupp ta’ nies madwar kurċifiss. Is-Salib ta’ Gero f’Köln huwa kemm wieħed mill-ewwel kif ukoll wieħed mill-ifjen statwi kbar ta’ Kristu msallab. Sa dak iż-żmien, l-istatwi ta’ qaddisin u ta’ mexxejja bilwieqfa bi skala reali ma kinux komuni, iżda l-effiġji tal-oqbra, ġeneralment mimdudin, kienu komuni ħafna għall-għonja minn madwar is-seklu 14, wara li nfirxu mill-oqbra rjali ’l isfel fis-sekli ta’ qabel.
Filwaqt li l-arti Biżantina tkattret f’diversi forom, il-produzzjoni tal-iskulturi u tal-istatwi għaddiet minn tnaqqis ġenerali; għalkemm baqgħu jiġu prodotti statwi ta’ imperaturi. Eżempju kienet l-istatwa ta’Ġustinjanu (is-seklu 6) li kienet fil-pjazza faċċata tal-Hagia Sophia sal-waqgħa ta’Kostantinopli fis-seklu 15. Parti mit-tnaqqis fil-produzzjoni tal-istatwi fil-perjodu Biżantin jista’ jiġi attribwit għan-nuqqas ta’ fiduċja li l-Knisja kellha fl-arti, minħabba li kienet tqis l-iskultura inġenerali bħala metodu biex jiġu prodotti u adurati l-idoli. Filwaqt li l-produzzjoni tal-istatwi ma kinux soġġetti għal projbizzjoni ġenerali, ma tantx kienet imħeġġa f’dan il-perjodu. Ġustinjanu kien wieħed mill-aħħar imperaturi li saritlu statwa ta’ skala reali, u l-istatwi lajċi ta’ kwalunkwe daqs saru prattikament ineżistenti wara l-ikonoklażma; u l-ħila artistika tal-produzzjoni tal-istatwi ntilfet maż-żmien.[15]
L-arti Rinaxximentali Taljana identifikat l-istatwa bilwieqfa bħala l-għamla ewlenija tal-arti Rumana li waslet sa żmienha, u kien hemm qawmien mill-ġdid kbir ta’ statwi ta’ figuri kemm reliġjużi kif ukoll lajċi, li kkontribwew biex jagħmluhom artisti ewlenin bħalDonatello uMichelangelo. L-istatwi ekwestri (ta’ figuri rikbinżiemel), sfida teknika kbira, reġgħu bdew isiru flimkien mal-istatwi ta’ gruppi ta’ figuri.
Dawn ix-xejriet intensifikaw fl-artiBarokka, meta kull mexxej ried li jkollu statwa tiegħu nnifsu, u l-knejjesKattoliċi mtlew b’folol ta’ statwi ta’ qaddisin, għalkemm wara r-Riforma Protestanta, l-iskulturi reliġjużi sparixxew kważi għalkollox mill-knejjes Protestanti, b’xi eċċezzjonijiet fi knejjes kbarLuterani Ġermaniżi. Fl-Ingilterra, il-knejjes minflok imtlew b’monumenti elaborati tal-oqbra, li saru fuq il-mudelli ta’ stravaganzi kontinentali bħall-oqbra Papali f’Ruma, dawk tad-Doġi ta’Venezja, jew dawk tal-familja rjaliFranċiża.
Statwa tal-Kontinwità Spazjali ta’ Umberto Boccioni (1913)
Fl-aħħar tas-sekli 18 u 19 kien hemm żieda fl-istatwi pubbliċi fil-beraħ ta’ figuri pubbliċi fuq xi bażijiet jew pedestalli. Fost l-oħrajn, kienu jiġu rrappreżentati monarki, politiċi, ġenerali, sidien tal-art, kif ukoll artisti u kittieba.L-Ewwel Gwerra Dinjija wasslet għall-imfakar jew għall-monumenti tal-gwerra, li qabel ma kinux komuni, u dawn spiss kienu jkunu statwi ta’ suldati ġeneriċi.
Mix-xogħol ta’Maillol għall-ħabta tas-sena 1900, il-figuri umani inkorporati fl-istatwi bdew jitbiegħdu mid-diversi skejjel tar-realiżmu li kienu ġew segwiti għal eluf ta’ snin. L-iskejjelFuturisti uKubisti ħadu dan il-metamorfiżmu pass iktar ’il quddiem, sakemm l-istatwi, li ħafna drabi kienu għadhom nominalment jirrappreżentaw lill-bnedmin, tilfu kważi kull rabta mal-għamla tal-bniedem. Fis-snin 20 u 30 tas-seklu 20, l-istatwi bdew ikunu kompletament astratti fid-disinn u fit-twettiq tagħhom.[16]
In-nozzjoni li l-pożizzjoni tan-nagħal taż-żwiemel fl-istatwi ekwestri kienet tindika l-kawża tal-mewt tar-rikkieb taż-żiemel ġiet miċħuda u skreditata.[17]
↑Richter, Gisela M. A.,The Handbook of Greek Art: Architecture, Sculpture, Gems, Coins, Jewellery, Metalwork, Pottery and Vase Painting, Glass, Furniture, Textiles, Paintings and Mosaics, Phaidon Publishers Inc., New York, 1960, p. 46.
↑The Egyptian Museum in Cairo by Abeer El-Shahawy and Farid Atiya, p. 117, ISBN 9771721836.
↑The Oxford Encyclopedia of Ancient Egypt by Donald B. Redford, p. 230, ISBN 0195102347.
↑Egyptian Statues by Gay Robins, p. 28, ISBN 0747805202.
↑Famous Firsts in the Ancient Greek and Roman World by David Matz, p. 87, ISBN 0786405996.
↑The Art of Rome c.753 B.C.-A.D. 337 by Jerome Jordan Pollitt (30 June 1983), p. 19. ISBN 052127365X.
↑Samnium and the Samnites by E. T. Salmon (2 September 1967), p. 181, ISBN 0521061857.
↑Byzantine Art by Charles Bayet (1 October 2009), p. 54, ISBN 1844846202.
↑Giedion-Welcker, Carola, ‘’Contemporary Sculpture: An Evolution in Volume and Space, A revised and Enlarged Edition’’, Faber and Faber, London, 1961, pp. 10-20.