Sivilja (bl-Ispanjol:Sevilla) hija l-kapitali artistika, kulturali u finanzjarja tan-Nofsinhar ta'Spanja. Hi l-belt kapitali tal-komunità awtonoma tal-Andalusija u tal-provinċja ta'Sivilja. Tinsab fil-pjanura tax-xmaraGuadalquivir, f'elevazzjoni medja ta' seba' metri 'l fuq mill-baħar. L-abitanti tal-belt jissejħusevillanos (forma femminili:sevillanas) jewhispalenses mill-isemRuman tal-belt,Hispalis. Fl-2009, il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal 703,206 ruħ, ir-raba' l-ikbar belt ta' Spanja. Il-popolazzjoni taż-żona metropolitana (iż-żona urbana bil-bliet satelliti magħha) kienet ta' 1,493,416 ruħ fl-2009.
Il-Katidral, il-kastell magħruf bħala Alcázar u l-Archivo de Indias (l-Arkivju tal-Indji) f'Sivilja tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[1]
Sivilja għandha aktar minn 2,000 sena. Il-mogħdija ta' bosta ċiviltajiet, fundamentali fit-tkabbir tagħha, ħallewha b'personalità distinta, u b'ċentru storiku kbir u kkonservat tajjeb. Għalkemm għandha wirt għani medjevali, rinaxximentali u barokk, l-influwenza qawwija tal-kultura Għarbija għadha tidher fil-belt.
Fiż-żminijiet Rumani l-belt kienet magħrufa bħalaHispalis. Il-belt Rumana ta'Italica fil-qrib, li dak iż-żmien kienet belt prinċipalment reżidenzjali, hi kkonservata tajjeb u tista' tagħti impressjoni ta' kif Hispalis x'aktarx kienet tidher tard fil-perjodu Ruman, speċjalment meta wieħed jieħu fil-kuntest ix-xiehda mill-iskavi fil-belt viċina ta'Carmona. Fost il-bini Ruman f'Sivilja li għadu jeżisti insibu l-fdalijiet ta'akkwedott. Matul is-sekli 5 u 6, kien hemm konkwisti wara xulxin tal-provinċja Ruman ta'Hispania Baetica mill-Vandali u l-Viżigoti.
Sivilja ttieħdet mill-Misilmin fis-712 u ngħatat l-isem ġdid ta'Ixbilija (إشبيلية) li ġej minn Hispalis u li minnu ġie l-isem attwali ta' "Sevilla". Kienet il-belt kapitali tar-rejiet tal-Kalifat Umajjad, id-dinastija tal-Almoravidi, u d-dinastija tal-Almohad (mill-Għarbi الموحدون al-Muwaħħidun, jiġifieri, "l-monoteisti"), mis-seklu 8 sas-seklu 13. Fl-1248 il-forzi tar-reFerdinandu III ħadu Sivilja, parti mir-Reconquista (rikonkwista) Kattolika tal-peniżola. Baqa' ħafna elementi Għarbin oriġinali, fosthom bini pubbliku, l-istruttura urbana fid-distrett storiku, u partijiet kbar tas-swar tal-belt. L-influwenzi estetiċi u urbani Għarbin għadhom jidhru sewwa f'Sivilja tallum.
Wara l-ispedizzjoni ta'Kristofru Kolombu tal-1492 lejn id-Dinja l-Ġdida, il-belt bdiet tipprofitta mit-territorji ġodda u l-kummerċ fil-Karibew billi kull ma kien jiġi importat mid-Dinja l-Ġdida kellu jgħaddi mid-dwana tal-Casa de Contratacion qabel ma jinfierex mal-bqija ta' Spanja. Għalhekk bdiet "Età mdehba ta' żvilupp" minħabba li dan il-port biss ingħata l-monopolju rjali għall-kummerċ u għana dejjem jikbru mill-kolonji Spanjoli fl-Ameriki. Peress li biss ix-xwieni li jitilqu minn u jirritornaw lejn Sivilja setgħu jieħdu sehem fil-kummerċ mal-Ameriki Spanjoli, in-negozjanti mill-Ewropa u minn ċentri oħra tal-kummerċ kellhom imorru Sivilja biex jiksbu prodotti mid-Dinja l-Ġdida. Il-popolazzjoni tal-belt kibret għal kważi miljun ruħ fl-ewwel mitt sena wara Kolombu. L-iżvilupp tal-belt kompla, prinċipalment minħabba l-pożizzjoni ekonomika tagħha fir-Renju ta' Kastilja, bil-kostruzzjoni ta' bini pubbliku fosthom knejjes, li ħafna minnhom huma fl-istilMudéjar. Il-Palazz tal-Għarab b'xi żiedet li r-rejiet għamlu għall-bżonnijiet tagħhom, sar ir-residenza rjali Kastiljana, l-Alkażar ta' Sivilja. Is-sulari ta' fuq tal-Alkażar għadhom jintużaw mill-familja rjali bħala r-residenza uffiċjali f'Sivilja u huma amministrati mill-Patrimonio Nacional. Il-Katidral ta' Sivilja nbena fuq l-art tal-moskea l-kbira matul is-seklu 15. Il-kampnar tiegħu, il-Giralda, inbena mill-minarett tal-moskea[2].
Archivo de Indias
Tard fis-seklu 16, Sivilja tilfet il-monopolju u l-port ta'Cádiz ġie awtorizzat ukoll bħala port tal-kummerċ. Il-Pesta l-Kbira ta' Sivilja fl-1649 naqqset il-popolazzjoni bi kważi n-nofs, u din ma reġgħitx irkuprat sa kmieni fis-seklu 19[3]. Peress li l-Imperu Spanjol ġie unifikat taħt rejiet minn dinastiji Ewropej, ir-Renju ta' Kastilja tilef l-influwenza li kellu qabel. Mis-seklu 18 l-importanza internazzjonali tiegħu marret lura. Wara li l-port insadd bil-ħama mix-xmara Guadalquivir, il-vapuri ma baqgħux jitilgħu max-xmara u l-belt majnat ekonomikament. L-iżvilupp ta' Sivilja tard fis-seklu 19 u kmieni fis-seklu 20 kien ikkaratterizzat minn tkabbir fil-popolazzjoni u fl-industrijalizzazzjoni, b'kuntrast mal-bqija tal-Andalusija.
Sivilja waqgħet malajr ħafna fil-bidu tal-Gwerra Ċivili Spanjola fl-1936. Il-ĠeneralQueipo de Llano b'kolp ta' stat fil-belt, malajr ħa ċ-ċentru tagħha[4]. Radju Sivilja oppona l-kolp u sejjaħ lir-raħħala biex jiġu l-belt għall-armi, filwaqt li xi gruppi ta' ħaddiema waqqfu l-barrikati[4]. De Llano mbagħad ħa f'idejh Radju Sivilja, li uża biex ixxandar il-propaganda favur il-forzi ta' Franco[4]. Wara li ttieħdet il-belt, ir-reżistenza kompliet għal xi żmien fl-inħawi fejn kienu joqgħodu n-nies tal-klassi tax-xogħol, sakemm kien hemm sensiela ta' tpattijiet ħorox[5].
Il-Katidral, il-kastell magħruf bħala Alcázar u l-Archivo de Indias (l-Arkivju tal-Indji) f'Sivilja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO:il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”;il-kriterju (ii) “Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”;il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”; ul-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju”.[1]
Il- Katidral ta' Sivilja nbena mill-1401 sal-1519 wara r-Reconquista fuq is-sit fejn qabel kien hemm il-moskea tal-belt. Hu fost l-akbar mill-katidrali medjevali u Gotiċi, kemm fl-arja u kemm fil-volum. L-interjuri tiegħu hu l-itwalnavata fi Spanja, u hu imżejjen b'rikkezza kbira u b'kwantità kbira ta' deheb. Fil-bini tal-Katidral intużaw mill-ġdid xi kolonni u elementi mill-moskea, u kif hu magħruf minn ħafna, il-Giralda, li kienet oriġinarjament minarett inbidllet f'kampnar. Fil-quċċata tal-kampnar hemm statwa, magħrufa lokalment bħalaEl Giraldillo, li tirrappreżenta il-Fidi. It-torri minn ġewwa nbena bir-rampi minflok taraġ biex il-mugħaddin (dawk li jgħidu t-talb) ikunu jistgħu jitilgħu biż-żiemel sal-quċċata.
L-Alkażar faċċata tal-katidral żviluppa mill-palazz Għarbi antik tal-belt; il-bini nbeda fl-1181 u tkompla għal aktar minn 500 sena,l-iżjed fl-istilMudéjar , iżda wkoll fir-Rinaxximent. Il-ġonna tiegħu huma taħlita ta' tradizzjonijiet Għarbin, Andalusi, uNsara.
It-Torre del Oro inbena mid-dinastija Almoħad bħalatorri tal-għassa u ostakolu difensiv fuq ix-xmara. Kien hemm katina marbuta miegħu għal ġox-xmara biex ma jkunux jistgħu jitilgħu l-iġfna għal ġol-port.
L-Università ta' Sivilja tinsab fil-post fejn qabel kien hemm l-ewwel fabbrika tat-tabakk fl-Ewropa,La Antigua Fábrica de Tabacos, bini enormi tas-seklu 18 fl-istilBarokk allegat li kien l-ispirazzjoni għall-opraCarmen.
Il-Plaza de España, fil-Park Maria Luisa (Parque de María Luisa), inbniet mill-arkitett González Anibal għall-Wirja Ibero-Amerikana tal-1929. Din hi wieħed mill-aħjar eżempji tal-Arkitettura tal-Qawmien Reġjonalista, taħlita stramba ta' stili storiċi differenti, bħallArt Deco uNeo-Mudéjar u imżejna b'rikkezza kbira bil-madum maħġuġ tipiku[6][7].
Museo de Artes y Costumbres Populares (Mużew tas-Snajja u Drawwiet Tradizzjonali
Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Sivilja twaqqaf fl-1835 fejn qabel kien hemm il-Kunvent ta'la Merced. Fih hemm murija ħafna kapulavuri ta' Murillo, Pacheco, Zurbarán, Valdés Leal, u pitturi kbar oħra tal-Iskola Siviljana, flimkien ma' xogħlijiet ta' pitturi Fjammingi tas-sekli 15 u 16.
F'Sivilja hemm ukoll dawn il-mużewijiet:
Il-Park María Luisa (Parque de María Luisa) li fih żewġ mużewijiet: il-Mużew arkeoloġiku, li fih kollezzjonijiet mill-perjodu Tartessjan u l-perjodu Ruman, u l- Mużew tas-Snajja u Drawwiet Tradizzjonali.
Il-Ġonna tal-Alkażar tħawlu u ġew żviluppat matul is-sekli ma' ġenb l-Alkażar fil-kenn tal-ħitan tal-palazz, maqsumin f'terrazzi. Hemm insibu varjazzjonijiet ta' influwenzi, stili u pjanti f'kull qasam.
Il- Ġonna ta' Murillo u l-Ġonna ta' Catalina de Ribera jinstabu matul il-ħajt tal-Alkażar u jmissu mad-distrett ta' Santa Cruz.
L-Isla Mágica, il-Gżira ta' Cartuja, hu park ta' divertiment mibni fuq is-sit tal-Wirja Universali ta' Sivilja tal-1992.
Fost il-parkijiet u l-ġonna prominenti l-oħra hemm:
Sivilja għandha klima Mediterranja b'sajf sħun (CSA fil-Klassifikazzjoni tal-klima ta' Koppen)[10] influwenzata minn klima semiarida (BSH). It-temperatura medja annwali hija ta' 18.6oC.
Ix-xitwa mhijiex ħarxa: Jannar huwa l-iksaħ xahar, b'temperatura massima medja ta' 15.9oC u minima ta' 5.2oC.
Is-sajf hu sħun ħafna: Lulju huwa l-isħan xahar, b'temperatura massima medja ta' 35.3oC. Fl-għoli tat-temperatura medja sajfija Sivilja żgur tgħaddi lilAteni. It-temperatura minima medja ta' Lulju hi ta' 19.4oC u kull sena t-temperatura taqbeż l-40oC bosta drabi. It-temperatura l-iżjed baxxa u t-temperatura l-iżjed għolja rreġistrati fl-istazzjon tat-temp tal-Ajruport ta' Sivilja huma -5.5oC fi Frar 1956, u 46.6oC fit-23 ta' Lulju 1995. Hemm rekord mhux akkreditat mill-Istitut Nazzjonali tal-Meteoroloġija ta' 47.2oC fl-1 ta' Awwissu matul il-mewġa tas-sħana tal-2003 fl-Ewropa, skont l-istazzjon tat-temp 83,910 LEZL li jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-Ajruport ta' Sivilja, ħdejn iż-żona militari abbandunata. Kieku, din it-temperatura hi t-tieni l-ogħla qatt irreġistrata fi Spanja u fl-Ewropa wara t-48.5oC irreġistrati f'Catenanuova għall-ħabta tal-10 ta' Awwissu 1999.
Il-preċipitazzjoni tvarja bejn 600 u 800 mm fis-sena, ikkonċentrata fil-perjodu minn Ottubru sa April. Diċembru huwa x-xahar bl-iżjed xita, b'medja ta' 95mm. Fil-medja hemm 52 jum ta' xita, 120.75 jum ta' xemx u erbat ijiem ta' ġlata fis-sena.
In-numru medju ta' ġranet isħan minn 32oC huwa 88, in-numru medju ta' ġranet taħt iż-0oC huwa sitta. L-umdità relattiva medja ta' filgħodu hi 84% waqt li ta' filgħaxija hi 46%.
Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Fiera ta' Sivilja,La Feria de Sevilla (imsejħa wkoll il-Feria de Abril, "Fiera ta' April") huma l-aktar ż-żewġ festi magħrufin ta' Sivilja. Sivilja hi magħrufa internazzjonalment għall-purċissjonijiet solenni u sbieħ li jsiru matul il-Ġimgħa Mqaddsa u l-fiera ferrieħa u storbjuża li ssir ġimgħatejn wara. Matul il-Feria, il-familji, in-negozji u l-organizzazzjonijiet iwaqqfucasetas jew tined, fejn jgħaddu l-ġimgħa jiżfnu, jixorbu u jpaċpċu. Tradizzjonalment, in-nisa jilbsu l-ilbies mimli tiżjin tal-Flamenco u l-irġiel jilbsu pulit kemm jistgħu. It-tined jittellgħu f'post permanenti apposta li fih kull triq hija msemmija għal xi torero famuż.
L-atmosfera tat-tapas hi waħda mill-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-belt: in-nies imorru minn bar għall-ieħor, jieħdu pjaċir bl-ikliet fi platti żgħar imsejħin tapas (letteralment "għotjien" bl-Ispanjol x'aktarx għax oriġinalment kienu snacks servuti fi platti żgħar użati biex jgħattu t-tazzi tax-xorb).
Fost l-ispeċjalitajiet lokali insibu frott tal-baħar moqli u mixwi (inklużiklamari,siċċ,pixxispad umazzola), laħmijiet mixwijin fiz-zlazi,spinaċi uċiċri, perżut tal-Andalusija (Jamón ibérico), kliewi tal-ħaruf fiz-zalza tax-sherry,bebbux, ugazpacho.
Fost il-ħlewwiet tipiċi ta' din il-provinċja hemm il-polvorones u l-mantecados mill-belt ta'Estepa, tip ta' galettini magħmulin mill-lewż tal-għarusa,zokkor uxaħam,Pestiños, għaġina moqlija miksija bl-għasel,Torrijas, ħobż moqli bl-għasel;fritos Roscos, qagħaq moqlijin fiż-żejt miksijin biz-zokkor,magdalenas jew kejkijiet żgħar;yemas de San Leandro, li jipprovdu l-kunventi tal-belt b'sors ta' dħul, uTortas de aceite, kejkijiet irqaq magħmulin biż-żejt taż-żebbuġa u miksijin biz-zokkor. Ħlief il-polvorones u l-mantecados, li huma ikel tradizzjonali tal-Milied, l-oħrajn jittiklu matul is-sena kollha.
Il-larinġ ta' Sivilja li jinsab kullimkien mal-belt, hu morr wisq għall-gosti tallum u s-soltu jintuża biss għall-marmellata u l-lozjonijiet. Skont il-leġġenda, is-siġar ġew importati meta mbniet il-moskea sabiex jipprovdu d-dell għaliha u jgħattu r-riħa tal-belt medjevali.
Iż-żifnaSevillanas, li s-soltu hi meqjusa bħalaFlamenco, mhijiex maħsuba li hi ta' oriġni Siviljana. Iżda l-kanzunetti tradizzjonali imsejħinSevillanas huma Siviljani awtentiċi, kif ukoll hi ż-żifna f'erba' partijiet li takkumpanjaha.
Sivilja, u b'mod partikulari il-barrio ta' Triana li hu tradizzjonalment fejn joqgħodu ż-żingari kien ċentru important fl-iżvilupp tal-Flamenco.
"NO8DO" huwa l-motto uffiċjali u wieħed mill-bosta leġġendi ta' Sivilja. Il-motto jdher kullimkien madwar il-belt.
Il-motto huwarebus, li jikkombina s-sillabi Spanjoli (NO u DO) u disinn bejniethom - il-figura "8". Il-figura tirrappreżenta merilla ħajt, bl-Ispanjol, "madeja". Meta tinqara, "No madeja do" tinstama' "No me ha dejado", li tfisser "(Sivilja) Ma abbandunatnix".
L-istorja ta' kif NO8DO saret il-motto tal-belt bla dubju dejjem iżżejnet matul is-sekli, imma l-leġġenda tgħid li wara r-rikonkwista ta' Sivilja min taħt il-Misilmin fl-1248, ir-Re Ferdinandu III ta' Kastilja u León mexxa l-qorti tiegħu għall-palazz li kien qabel tal-Misilmin, l-Alkażar ta' Sivilja. Wara l-mewt ta' Fernandu fl-Alkażar Irjali, laħaq fuq it-tron, ibnuAlfonsu X. Alfonsu X kien re studjuż, u għalhekk jissejjaħl-Għaref. Kien poeta, astronomu, astrologu, mużiċista u lingwista. Bin Alfonsu,Sancho IV ta' Kastilja, ipprova jaħtaf it-tron f'idejh minn għand missieru, imma l-poplu ta' Sivilja baqa' leali lejn ir-re l-għaref u dan minn fejn hu ġej NO8DO, skont il-leġġenda, billi Alfonsu X ppremja l-fedeltà tas-Siviljani bil-kliem li issa jidhru fuq l-emblema uffiċjali tal-belt tagħhom.
El puente de Isabel IIEl puente del Alamillo, mibni għal Expo '92 ta' Sivilja
L-attività ekonomika ta' Sivilja ma tistgħax tinfired mill-kuntest ġeografiku u urban tal-belt; il-belt kapital tal-Andalusija hi ċ-ċentru ta' żona metropolitana li qiegħda tikber. Apparti mill-nħawi tradizzjonali bħal Santa Cruz, Triana u Macarena, dawk aktar 'il bogħod miċ-ċentru, bħal Nervión, Sevilla Este, u El Porvenir reċentement kibru ekonomikament. Matul l-aħħar għoxrin sena, din iż-żona urbana kellha żieda sinifikanti fil-popolazzjoni u fl-iżvilupp ta' żoni industrijali u kummerċjali ġodda.
Minħabba d-daqs u l-post tagħha, Sivilja hi l-aktar b'saħħitha ekonomikament mill-ibliet tal-Andalusija. L-infrastruttura li għandha l-belt tikkontribwixxi għat-tkabbir fl-ekonomija li hi ddominata mis-settur tas-servizzi, iżda li fiha l-industrija għad għandha sehem konsiderevoli.
Fis-snin 1990 kien hemm tkabbir enormi fl-investiment fl-infrastruttura f'Sivilja, l-aktar minħabba li fl-1992 ospitat il-Wirja Universali ta' Sivilja. Dan l-investiment ġab żvilupp ekonomiku fil-belt u fiż-żona urbana tagħha. Il-belt għandha trasport tajjeb għall-bliet l-oħra Spanjoli, inklużi linja tal-ferrovija ta' veloċità għolja (AVE) għall Madrid, u ajruport internazzjonali ġdid.
Skyline bil-port fi 'l bogħod
Barra minn hekk:
Fil-peniżola Iberika, Sivilja għandha l-uniku port fuq ix-xmara: dan jinsab 80 km mill-bokka tax-XmaraGuadalquivir. Il-kumpless tal-port joffri aċċess għall-Atlantiku u l-Mediterran, u jippermetti l-kummerċ tal-merkanzija bejn in-nofsinhar ta' Spanja (Andalucia,Extremadura) u l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq. Il-port ġie riorganizzat utunnellaġġ annwali tela' għal 5.3 miljun tunnellata ta' merkanzija fl-2006.
Sivilja għandha faċilitajiet għal konferenzi, fosthom il-Palazz tal-Kungress.
Il-belt u l-provinċja ta' madwarha għandhom numru ta' żoni industrijali u ċentri tat-teknoloġija kbar: Dos Hermanos jakkomoda l-akbar żona industrijali fl-Andalusija, filwaqt li Alcalá de Guadaíra għandha l-akbar kumpless industrijali fl-Andalusija; il-Parque Científico Tecnológico SevillaTecnopolis, jiġbor fih kumpaniji, ċentri ta' riċerka u dipartimenti universitarji li għandhom bħala għan l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda; il-Parque Tecnológico y Aeronáutico Aerópolis jiffoka fuq l-industrija tal-ajruplani.
Barra Sivilja hemm torri ta' enerġija solari PS20 li jipprovdi l-parti l-kbira tal-belt ta' Sivilja b'enerġija nadifa u li tiġġedded. Dan juża mirja li jiffokaw ir-raġġi tax-xemx fuqu, isaħħnuh u joħolqu fwar super-imsaħħan. Dan il-fwar idawwar it-turbini li mbagħad joħolqu l-enerġija elettrika u jipprovdu l-elettriku binhar u billejl.
Il-bini "Adriatica" (1914-1922) fuq l- Avenida de la Constitución ippjanat minn José Espiau y Muñoz
Il-belt ta' Sivilja u l-agglomerazzjoni tagħha, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom fuq ix-xmara Guadalquivir, għad għandhom attività agrikola ħajja. Waqt li l-industrija agroalimentarja hi produttivia, ir-reġjun ilu hares il-quddiem u jinvesti bil-kbir fl-attivitajiet industrijali, mgħejunin mill-infrastruttura eżistenti. Is-settur tas-servizzi u teknoloġiji ġodda qiegħed dejjem isir iżjed importanti. Fl-2004, f'Sivilja kien hemm ikkonċentrati, 31% tal-kumpaniji kbar Andalusi u 128 mis-6000, l-akbar kumpaniji nazzjonali. Fl-2005, fiż-żona metropolitana in-numru ta' ħaddiema kien ta' 471,947 ruħ, li minnhom 329,471 (69.81%) kienu jaħdmu fiċ-ċentru tal-belt.
L-agrikoltura tħaddem inqas minn 1.3% tal-ħaddiema tal-belt. Iċ-ċereali, frott u tkabbir taż-żebbuġ jikkostitwixxu l-attivitajiet agrikoli prinċipali f'dan ir-reġjun tal-Andalusija.
L-industrija tikkontribwixxi sa 28% mill-produzzjoni ekonomika ta' Sivilja. Fl-2005 kienet timpjega 15.2% tal-ħaddiema fil-belt. Hija stabbilita sewwa fiż-żona metropolitana, stimolata minn bosta żoni industrijali, l-eżistenza ta' infrastruttura tajba u l-prossimità tal-kumplessi tal-Bajjiet ta' Cádiz, Algeciras, u Huelva.
Is-settur tas-servizzi jimpjega 83.5% tal-ħaddiema ta' Sivilja. Jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-ekonomija lokali u hu kkonċentrata fuq it-turiżmu, kummerċ u servizzi finanzjarji.
Il-belt ta' Sivilja tagħmel kontribut sinifikanti għar-riċerka xjentifika, billi fiha hemm l-ewwel u l-akbar bank tal-ADN fi Spanja fi ħdan il-kumpannija lokaliNeocodex. Neocodex iżżomm 20,000 kampjun tal-ADN u hi rikonoxxuta internazzjonalment. Barra minn hekk, Sivilja hi meqjusa wkoll bħala ċentru importanti għat-teknoloġija u riċerka fl-oqsma tal-enerġiji rinnovabbli u l-industrija aeronawtika.
Permezz taċ-ċentri ta' teknoloġija għolja u l-kumpaniji innovattivi li fiha, il-belt kapitali tal-Andalusija waslet biex saret fost il-bliet Spanjoli l-aktar importanti fil-qasam ta' żvilupp u riċerka. Barra minn hekk, irridu nżidu l-attività xjentifika u teknoloġika tat-tliet universitajiet ta' Sivilja, li l-laboratorji u ċ-ċentri ta' riċerka tagħhom jaħdmu id f'id mal-kurrent soċjo-ekonomiku lokali. Għaldaqstant, il-Parque Tecnológico Científico Cartuja 93 jiġbor fih xjenzati mis-settur privat u pubbliku f'bosta oqsma ta' riċerka.
Id-direzzjonijiet ewlenin fl-innovazzjoni u r-riċerka huma t-telekomunikazzjoni, it-teknoloġiji ġodda, il-bijoteknoloġiji (f'dak li jirrigwarda problemi speċifiċi fl-agrikoli lokali), l-ambjent u l-enerġija rinnovabbli.
Il-servizz TUSSAM (Transportes Urbanos de Sevilla) jipprovdi xibka ta' rotot tal-karożżi tal-linja mal-firxa tal-belt kif ukoll maż-żoni ta' madwar Sivilja. ElMetrocentro Tranvia hija linja tat-tram li tagħmel erba' waqfiet; tibda mill-istazzjon tax-xarabank el Prado, tgħaddi minn quddiem l-Università u l-Katidral, u tieqaf fil-Plaza Nueva fejn terġa' lura.
Fit-2 ta' April, 2009, infetħet l-ewwel linja tal-metrò fil-belt,[19] kważi 28 xahar aktar tard milli kien ippjanat oriġinarjament. Il-proġett esperjenza ħafna dewmien ikkawżat minn diversi raġunijiet, fosthom ir-rilokazzjoni ta' xi sejbiet arkeoloġiċi u l-ħtieġa li l-mina taħt ix-Xmara Guadalquivir tinżel iżjed fil-fond biex żgur li ma tibdiex tnexxi l-ilma.
L-istazzjon tal-ferrovijaSanta Justa hu moqdi minn sistema ferrovjarja ta' veloċità għoljaAVE u mmexxi mill-kumpanijaRenfe li qabel kienet tal-Gvern Spanjol.
L-istazzjon tal-ferrovija Santa Justa f'Sivilja
Il-programm komunitarju tar-rotiSevici qiegħed jintegra r-rota fin-network tat-trasport pubbliku. Madwar il-belt, hemm roti għall-kiri bi prezz baxx u wieħed jista' jsib passaġġi ħodor għar-roti fil-parti l-kbira tat-toroq ewlenin. Din ix-xibka ta' passaġġi (carriles) qiegħda dejjem tinfirex.
L-Ajruport ta' Sivilja huwa ajruport ta' daqs medju li jservi l-belt u r-reġjun ta' madwarha.
FiSpanja l-edukazzjoni hi obbligatorja minn 6 snin sa 16-il sena u l-edukazzjoni statali hi b'xejn. Is-sistema ta' edukazzjoni attwali tissejjaħ LOGSE (Ley de Ordenación General del Sistema Educativo).[20]
↑ M. Kottek, J. Grieser, C. Beck, B. Rudolf, u F. Rublu,World Map of the Köppen-Geiger climate classification updated ( Mappa Dinjija tal-klassifikazzjoni tal-klima Köppen-Geiger aġġornata), Meteorol. Z., vol. 15, paġni 259-263, 2006