L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.
Total tal-fruntieri tas-Serbja: 2,322 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Bosnja u Ħerzegovina 345 km; Bulgarija 344 km; Kroazja 314 km; Ungerija 164 km; Kosovo 366 km; il-Maċedonja ta’ Fuq 101 km; Montenegro 157 km; Rumanija 531 km.
Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa.
L-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwarDuklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sal-aħħar tas-seklu 12.
Wara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijietAwstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raška, fil-Kosovo u fil-Bożnja. ĦafnaSerbi (uKroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjonBożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.
Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-PrinċepAleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.
It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lilAwstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.
Fit-28 ta’ Ġunju1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minnGavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biexjiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja uFranza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.
Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.
Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minnJosip Broz Tito sa mewtu fl-1980.
Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998.
Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għalbumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President JugożlavSlobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara:Gwerra tal-Kosovo).
Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju,2006, il-Montenegro għamelreferendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro.
Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemmVojvodina b’46 muniċipalità.
Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.
Hemm 29 distrett fis-Serbja (7 fil-Vojvodina, 8 fis-Šumadija u s-Serbja tal-Punent, 9 fin-Nofsinhar u l-Lvant tas-Serbja u 5 fil-Kosovo. L-unika parti tas-Serbja li mhix parti minn ebda distrett huwa t-territorju li jappartjeni lill-Belt ta’ Belgrad. , li għandha status speċjali simili ħafna għal dak ta’ distrett.
L-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fid-19 ta' Diċembru 2009.
Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja.
Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat li s-Serbja tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat.
Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex jeżamina u jikkonferma li s-Serbja kienet kompliet turi impenn u tikseb aktar progress f'għadd ta' oqsma. Il-Kunsill imbagħad intalab jieħu deċiżjoni fi Frar 2012 dwar l-għoti ta' status ta' kandidat lis-Serbja, sabiex tiġi kkonfermata mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012.
Fl-1 ta' Marzu 2012, il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.
Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-istati membri tagħha, u r-Repubblika tas-Serbja. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.
Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mas-Serbja fis-17 ta' Diċembru 2013.
Laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni
Fil-21 ta' Jannar 2014, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni. Minn dakinhar, saru għaxar laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fiBrussell.
Minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, issa nfetħu17-il kapitolu għan-negozjati, li minnhom diġà ngħalqu żewġ kapitoli proviżorjament. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif xieraq, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fit-tieni nofs tal-2019.
Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru s-Serbja. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.
Il-provinċja ta' fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja,Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45%Jugożlavi, 1.75%Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97%Bunjevci, 0.77%Ruteni, 0.58%Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23%Ukraini, oħrajn (Albaniżi,Sloveni,Ġermaniżi,Pollakki,Ċiniżi eċċ).
Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni.