Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Santa Marija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Santa Marija
Ħajja
TwelidRenju ta' Ġudea,Sepphoris(en)TranslateuĠerusalemmc. 18BC
Nazzjonalitàunknown value
ResidenzaNazaret
Grupp etnikuil-Lhud
Mewtunknown valueu no value, 1 century
Post tad-dfinQabar tal-Verġni Marija
Familja
MissierJoachim
OmmSant'Anna
Konjuga/iSan Ġużepp
Ulied
Aħwa
Familja
uri
TribùFamilja Mqaddsa
Edukazzjoni
LingwiImperial Aramaic(en)Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoniseamstress(en)Translate
Festa
15 ta' Awwissuu18 ta' Diċembru
L-eżempji u l-perspettivi f'dan l-artiklujitrattaw perspettiva ġeografika wisq limitatata. Għin biexittejjeb dan l-artiklu jew ipproponi t-tibdil li tixtieq fil-paġna ta' diskussjoni.

Santa Marija jew il-Madonna hija meqjusa omm Alla skont il-Kristjaneżmu u l-Kattoliċiżmu.Marija kienet mara Lhudija tal-Galilea li fis-seklu 1 kienet tgħix Nażaret skont il-Vanġeli kanoniċi tal-Bibbja kif ukoll skont il-Koran. Kienet il-mara ta’San Ġużepp u l-omm verġni ta’Ġesù.[1][2]

L-Assunta u d-devozzjoni lejha f’Malta

[immodifika |immodifika s-sors]

Id-devozzjoni lejn it-tlugħ is-sema ta’ Marija Santissima hija waħda li għandha għeruq sodi u antiki f’Malta. L-istorja kompliet sawret avvenimenti mal-festi tal-Madonna li kompliet żiedet id-devozzjoni lejn omm Alla. Dan narawh fit-tmienja ta’ Settembru meta intrebaħ l-assedju l-kbir u fl-istess data l-Italja ċediet fit-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kien ifisser li l-gwerra kienet spiċċat għal Malta. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm avveniment ieħor marbut mad-devozzjoni li l-Maltin għandhom għall-Madonna. Dan kien meta fil-ħmistax ta’ Awwissu kien daħal il-Konvoj ta’ Santa Marija li kien ifisser is-salvazzjoni tal-Maltin.

Meta inħarsu lejn l-istorja naraw li skont it-tradizzjoni, id-devozzjoni lejn il-Madonna bdiet saħansitra mall-miġja ta’San Pawl fostna metaSan Luqa li kien qiegħed jivjaġġa ma’ San Pawl kien nafragat miegħu fuq Malta. Jingħad li San Luqa li kien pittur kien pitterpittura tal-Madonna bil-Bambin Ġesù li llum skont it-tradizzjoni tinsab fis-santwarju tal-Mellieħa. Għalkemm ma jeżistux dokumenti li jikkonfermaw dan bil-miktub, xorta waħda din hija tradizzjoni qadima ħafna li baqgħet tingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Din id-devozzjoni jidher li kompliet tiffjorixxi tant li fost l-eqdem knejjes li nafu bihom f’pajjiżna nsibu bosta minnhom iddedikati lill-Madonna bħall-Knisja tal-Lunzjata ta’Ħal Millieri, Santa Marija ta’ Ħal Xluqq u oħrajn li kienu diġà jeżistu fil-Medjuevu. Fost il-parroċċi l-iktar qodma nsibu l-parroċċa ta’ Santa Marija ta’ Bir Miftuħ, ta’ Santa Marija ta’Għawdex, u tat-twelid tal-Madonna tan-Naxxar. Wara dawn naraw parroċċi oħra qodma bħall-Mosta, il-Qrendi, l-Imqabba,Ħal Għaxaq,Ħ’Attard,Ħad-Dingli, l-Imġarr (Malta) uĦaż-Żebbuġ. Ma’ dawn ta’ min isemmi numru kbir ta’kappelli li nsibu fl-irħula u fil-kampanja ddedikati lil Santa Marija.

Fit-toroq tal-irħula u fil-pjazez kważi dejjem tara xi xbiha tat-tlugħ is-sema ta’ Marija Santissima. F’bosta minn dawn il-kappelli għadha tigi organizzata festa ċkejkna lil Santa Marija bħal ngħidu aħna f'Bubaqra, fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Bubaqra, fil-Ħamrun, fil-Knisja tal-Madonna ta’ Atoċja, f’Ħal Qormi, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Ħlas. F’Ħaz-Żebbuġ insibu l-festa ta’ Santa Marija fill-kappella ta’ Mamo. Ma’ dawn imbagħad insibu kappelli oħrajn li fil-qedem kellhom xi tradizzjoni marbuta magħhom bħall-kappella ta’ Santa Marija ta’ Qrejċa f’Ħal Qormi li fil-qedem nhar il-15 ta’ Awwissu minnha kienu iqassmu laħam mixwi lill-foqra.

Meta nħarsu lejn il-festa tal-Assunta naraw li din ma kinitx issir minn dejjem fil-15 ta’ Awwissu.San Ġlormu fil-martiroloġju tiegħu niżżilha biex tiġi ċċelebrata fit-18 ta’ Jannar. Kien fi żmien l-Imperatur Mawrizju fis-seklu 6 li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fil-15 ta’ Awwissu kif nafuha llum. Fil-qedem kien isirilha Ottavarju u kien obbligu s-sawm lejlietha. Fil-Mosta jidher li d-devozzjoni lejn Santa Marija hija waħda qadima ħafna.

Meta fis-sena 1436 l-Isqof Senatore de Mello għamel ir-rullo jew aħjar l-inventarju tad-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex waqt iż-żjara pastorali tiegħu nnota li fejn illum insibu l-Mosta kienet tgħix komunità li kellha knisja żgħira ddedikata lit-tlugħ is-sema ta’ Marija Santissima. Dan juri li n-nies li kienu jgħixu fl-inħawi fejn illum insibu l-Mosta kienu għażlu li jiddedikaw il-kappella li kellhom u li kienet taqdihom fil-bżonnijiet spiritwali tagħhom lil Santa Marija Assunta. Il-Mostin komplew kabbru din id-devozzjoni u saħħewha meta bnew knisja ikbar. Dan wassal biex wara li l-popolazzjoni kompliet tikber dan ir-raħal sar parrocca.

Il-festa ta’ Santa Marija għandha rabta partikolari ma’ Malta, l-iktar meta fil-gwerra, proprju fil-15 ta’ Awwissu 1942, meta Malta kienet waslet fl-ahhar nifs matul il-gwerra li kienet ilha li bdiet mill-1939. Il-provvisti kienu spiċċaw u l-poplu kien qiegħed ibati l-ġuħ. Kien proprju nhar il-festa ta’ Santa Marija Assunta meta mill-bokka tal-port dehru deħlin xi vapuri li kienu jiffurmaw parti mill-konvoj li kien telaq xi jiem qabel minnGibiltà biex iwasslu l-munizzjon sabiex Malta setgħet tiddefendi ruħha kif ukoll l-ikel tant mistenni mill-poplu li kien qiegħed ibati l-ġuħ. Dawn il-vapuri daħlu fil-port qalb id-daqq tal-qniepen u l-ferħ tal-Maltin li ħarġilhom id-dmugħ meta raw li kien proprju nhar il-festa ta’ Santa Marija li kien ilhom iqimuha mill-qedem. Kellu jkun proprju f’din il-festa li Malta ġiet salvata mill-għadu. Minn dik il-grajja ’l hawn, il-Maltin baqgħu dejjem jgħożżu l-festa tat-tlugh is-sema ta’ Marija Santissima. Dan ir-rakkont ċkejken juri kif id-devozzjoni lejn Santa Marija tnisġet mal-ħajja tal-poplu Malti, li sa mill-bidu tal-fidi Nisranija tiegħu żamm lill-Madonna bħala ommu u protettriċi ta’ Malta u Għawdex.

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^Raymond Edward Brown; Joseph A. Fitzmyer; Karl Paul Donfried (1978).Mary in the New Testament. NJ: Paulist Press. p. 140. ISBN9780809121687.
  2. ^"Nazareth | Israel".Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur2021-05-15.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Santa_Marija&oldid=326356"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp