Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Salzburg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Salzburg
 Awstrija
Amministrazzjoni
Stat sovranAwstrija
Federal state of AustriaSalzburg
Kap tal-GvernBernhard Auinger(en)Translate
Isem uffiċjaliSalzburg
Ismijiet oriġinaliSalzburg
Kodiċi postali5020, 5023, 5026, 5061, 5071, 5081u 5082
Ġeografija
Koordinati47°48′00″N13°02′42″E / 47.8°N 13.045°E /47.8; 13.045Koordinati:47°48′00″N13°02′42″E / 47.8°N 13.045°E /47.8; 13.045
Salzburg is located in Austria
Salzburg
Salzburg
Salzburg (Austria)
Superfiċjenti65.65 kilometru kwadru
Għoli424 m
Fruntieri ma'Berchtesgadener Land(en)TranslateuSalzburg-Umgebung District(en)Translate
Demografija
Popolazzjoni155,021 abitanti (1 Jannar 2020)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon0662
Żona tal-ĦinUTC+1uUTC+2
bliet ġemellatiVilnius,Reims,Atlanta,Verona,León,Dresden,Kawasaki,Merano,Shanghai,São João da Madeira,Singida,Busseto,BernuLagos
stadt-salzburg.at

Salzburg (bil-Ġermaniż tal-Awstrija: [ˈsaltsbʊʁk], bil-Ġermaniż: [ˈzaltsbʊʁk]; litteralment tfisser "Kastell tal-Melħ"; bil-Bavarjan Awstrijaku:Soizbuag) hija r-raba' l-ikbar belt fl-Awstrija. Fl-2020 kellha popolazzjoni ta' 156,872 ruħ.[1][2]

Il-belt tinsab fuq is-sit tal-insedjament Ruman ta'Iuvavum. Salzburg ġiet stabbilita bħala sede episkopali fis-696 u saret is-sede tal-arċisqof fis-798. Is-sorsi prinċipali ta' introjtu tagħha kienu l-estrazzjoni tal-melħ, il-kummerċ u l-estrazzjoni tad-deheb. Il-Fortizza ta' Hohensalzburg, waħda mill-ikbar fortizziMedjevali fl-Ewropa, inbniet fis-seklu 11. Fis-seklu 17, Salzburg saret ċentru tal-Kontroriformazzjoni, u nbnew bosta monasteri u knejjesBarokki.

Iċ-ċentru storiku ta' Salzburg (bil-Ġermaniż:Altstadt) huwa rinomat għall-arkitettura Barokka tiegħu u huwa wieħed mill-iżjed ċentri ppreservati tajjeb fit-Tramuntana tal-Alpi. Iċ-ċentru storiku tniżżel bħalaSit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[3] Il-belt fiha tliet universitajiet u popolazzjoni kbira ta' studenti. It-turisti jżuru lil Salzburg biex jitpaxxew biċ-ċentru storiku tal-belt u bil-pajsaġġ Alpin xeniku tal-madwar. F'Salzburg twieled il-kompożitur tas-seklu 18Wolfgang Amadeus Mozart, li jitqies bħala wieħed mill-ikbar kompożituri tad-dinja.

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]

Żmien il-Qedem sal-Medju Evu Aħħari

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-inħawi nstabu traċċi ta' insedjamenti umani li jmorru lura għan-Neolitiku. L-ewwel insedjamenti f'Salzburg li baqgħu jintużaw b'mod kontinwu sal-preżent milli jidher kienu bdew jintużaw miċ-Ċeltiċi għall-ħabta tas-seklu 5Q.K.

Għall-ħabta tal-15 Q.K., l-Imperu Ruman wettaq fużjoni tal-insedjamenti kollha f'belt waħda. Dak iż-żmien, il-belt kien jisimhaIuvavum u ngħatat l-istatus ta'municipium Ruman fil-45 W.K. Iuvavum żviluppat f'belt importanti tal-provinċja Rumana ta' Noricum. Wara l-waqgħa tal-fruntiera ta' Noricum, Iuvavum malajr qabdet it-triq tan-niżla, tant li sal-aħħar tas-seklu 7 kważi saret għadd ta' fdalijiet biss.[4]

SkontIl-Ħajja ta' SanRupert il-belt reġgħet twieldet mill-ġdid bis-saħħa tal-qaddis tas-seklu 8. Meta Teodo tal-Bavarja staqsa lil Rupert isir isqof għall-ħabta tas-700, Rupert għażel l-inħawi tax-xmara bħala s-sit għall-bażilika tiegħu. Rupert għażel lil Iuvavum, ta s-saċerdozju lill-qassisin, u wettaq l-annessjoni tal-proprjetà ta' Piding. Rupert semma l-belt "Salzburg". Huwa vvjaġġa biex jevanġelizza fost il-pagani.

L-isem "Salzburg" ifisser litteralment "Kastell tal-Melħ" (bil-Latin:Salis Burgium). L-isem joriġina mill-barklori li kienu jġorru l-melħ fuq ix-xmaraSalzach, u li kienu soġġetti għal noll fis-seklu 8 kif kien isir f'ħafna komunitajiet u bliet max-xmajjar Ewropej. Il-Fortizza ta' Hohensalzburg, il-fortizza tal-belt, inbniet fl-1077 mill-Arċisqof Gebhard, li għamilha r-residenza tiegħu. Ġiet imkabbra ferm matul is-sekli ta' wara.[5]

Indipendenza

[immodifika |immodifika s-sors]

L-indipendenza mill-Bavarja ġiet żgurata fl-aħħar tas-seklu 14. Salzburg kienet is-sede tal-Arċiveskovat ta' Salzburg, prinċipat-veskovat tal-Imperu Ruman Sagru. Malli l-moviment tar-Riformazzjoni qabad ġmielu, beda jkun hemm irvelli fost ir-raħħala fl-inħawi ta' Salzburg u fil-madwar. Il-belt ġiet okkupata matul il-Gwerra tar-Raħħala Ġermaniżi, u l-Arċisqof kellu jaħrab għall-kenn tal-fortizza li ġiet assedjata għal tliet xhur sħaħ fl-1525.[6]

Eventwalment, it-tensjonijiet ikkalmaw, u l-indipendenza tal-belt wasslet għal żieda fil-ġid u fil-prosperità tal-belt, li laħqu l-qofol tagħhom fl-aħħar tas-seklu 16 sas-seklu 18 taħt il-Prinċpijiet u l-ArċisqfijietWolf Dietrich von Raitenau,Markus Sittikus, uParis Lodron. Fis-seklu 17 l-arkitettiTaljani (u l-Awstrijaki li kienu studjaw l-istil Barokk) wettqu r-rikostruzzjoni taċ-ċentru tal-belt kif inhi fil-preżent flimkien mal-kostruzzjoni ta' bosta palazzi.[6]

Żmien modern

[immodifika |immodifika s-sors]

Kunflitt reliġjuż

[immodifika |immodifika s-sors]

Fil-31 ta' Ottubru 1731, il-214-il anniversarju tal-95 Teżi, l-Arċisqof u l-KontiLeopold Anton von Firmian iffirma Editt ta' Espulsjoni, l-Emigrationspatent, biex iċ-ċittadiniProtestanti kollha jiċħdu t-twemmin mhuxKattoliku tagħhom. 21,475 ċittadin irrifjutaw li jiċħdu t-twemmin tagħhom u tkeċċew minn Salzburg. Il-biċċa l-kbira minnhom aċċettaw offerta mir-ReFriedrich Wilhelm I tal-Prussja, u vvjaġġaw tul il-Ġermanja kollha biex imorru jgħixu fil-Lvant tal-Prussja. Il-bqija insedjaw stati Protestanti oħra fl-Ewropa u l-kolonjiBrittaniċi fl-Amerka ta' Fuq.[7]

Illuminiżmu

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-1772-1803, taħt l-ArċisqofHieronymus Graf von Colloredo, Salzburg kienet ċentru tal-Illuminiżmu aħħari. Colloredo huwa magħruf li kien wieħed mill-impjegaturi prinċipali ta' Mozart. Spiss kien jargumenta ma' Mozart u keċċih wara li qallu "Soll er doch gehen, ich brauche ihn nicht!" (Jitlaq; m'għandix bżonnu!). Mozart telaq minn Salzburg u mar lejnVjenna fl-1781 flimkien mal-familja tiegħu, għalkemm missieru Leopold baqa' Salzburg għaliex kellu relazzjoni mill-qrib ma' Colloredo.

Elettorat ta' Salzburg

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-1803, l-arċiveskovat ġie sekolarizzat mill-ImperaturNapuljun li ttrasferixxa t-territorju lilFerdinando III tat-Toskana, l-eks Gran Duka tat-Toskana, bħala l-Elettorat ta' Salzburg.

Annessjoni Awstrijaka ta' Salzburg

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-1805, Salzburg ġiet annessa mal-Imperu Awstrijaku, flimkien mal-Provosterija ta' Berchtesgaden.

Salzburg taħt it-tmexxija tal-Bavarja

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-1809, it-territorju ta' Salzburg ġie ttrasferit lir-Renju tal-Bavarja wara t-telfa li ġarrbet l-Awstrija f'Wagram.

Diviżjoni ta' Salzburg u l-annessjoni mill-Awstrija u mill-Bavarja

[immodifika |immodifika s-sors]

Wara l-Kungress ta' Vjenna bit-Trattat ta'Munich (1816), Salzburg ġiet irritornata b'mod definittiv lill-Awstrija, iżda mingħajr Rupertigau u Berchtesgaden, li baqgħu tal-Bavarja. Salzburg ġiet integrata fil-Provinċja ta' Salzach u s-Salzburgerland ġie mmexxi minnLinz.[8]

Fl-1850, l-istatus ta' Salzburg reġa' ngħata bħala l-belt kapitali tad-Dukat ta' Salzburg, proprjetà ewlenija tal-Imperu Awstrijaku. Il-belt saret parti mill-Awstro-Ungerija fl-1866 bħala l-kapitali ta' proprjetà ewlenija tal-Imperu Awstrijaku. In-nostalġija tal-Era Romantika wasslet għal żieda fit-turiżmu. Fl-1892, ġie installat funikular biex jiffaċilita l-aċċess tat-turisti lejn il-Fortizza ta' Hohensalzburg.[9]

Seklu 20

[immodifika |immodifika s-sors]
Salzburg fl-1914; il-katidral fuq ix-xellug u l-Fortizza ta' Hohensalzburg fl-isfond

L-Ewwel Repubblika

[immodifika |immodifika s-sors]

Waral-Ewwel Gwerra Dinjija u x-xoljiment tal-Imperu Awstro-Ungariku, Salzburg, bħala l-kapitali ta' wieħed mit-territorji Awstro-Ungariċi, saret parti mill-Awstrija Ġermaniża l-ġdida. Fl-1918, kienet tirrappreżenta t-territorji residwi li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż tal-qalba tal-Awstrija. Din ġiet sostitwita bl-Ewwel Repubblika Awstrijaka fl-1919, wara t-Trattat ta'Saint-Germain-en-Laye.

Annessjoni fit-Tielet Reich

[immodifika |immodifika s-sors]

L-Anschluss (l-okkupazzjoni u l-annessjoni tal-Awstrija, inkluż Salzburg, fit-Tielet Reich) seħħet fit-12 ta' Marzu 1938, jum qabel referendum skedat dwar l-indipendenza tal-Awstrija. It-truppi Ġermaniżi daħlu fil-belt. L-oppożituripolitiċi, iċ-ċittadiniLhud u minoranzi oħra sussegwentement ġew arrestati u deportati lejn il-kampijiet ta' konċentrament. Is-sinagoga ġiet meqruda. Wara li l-Ġermanja invadiet l-Unjoni Sovjetika, diversi kampijiet tal-priġunieri tal-gwerra għall-priġunieri mill-Unjoni Sovjetika u nazzjonijiet oħra għedewwa ġew organizzati fil-belt.

Żgħażagħ Awstrijaċi fiċ-ċelebrazzjonijiet ftit wara l-Anschluss, Marzu 1938

Matul l-okkupazzjoni Nażista, inbena kamp tar-Rom f'Salzburg-Maxglan. KienArbeitserziehungslager (kamp tax-xogħol "edukattiv"), li kien jipprovdi forza tax-xogħolimjassra lill-industrija lokali. Kien jintuża wkoll bħalaZwischenlager (kamp ta' tranżitu), fejn il-popolazzjoni Rom kienet tinżamm qabel id-deportazzjoni lejn kampijiet Ġermaniżi jew getti fit-territorji okkupati mill-Ġermaniżi fil-Lvant tal-Ewropa.[10]

It-Tieni Gwerra Dinjija

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-bombi tal-alleati qerdu 7,600 dar u qatlu lil 550 abitant. Ħmistax-il attakk mill-ajru qerdu 46 fil-mija tal-binjiet tal-belt, speċjalment dawk madwar l-istazzjon ferrovjarju ta' Salzburg. Għalkemm il-pontijiet tal-belt u l-koppla tal-katidral inqerdu, il-biċċa l-kbira tal-arkitettura Barokka baqgħet intatta. B'hekk, Salzburg hija waħda mill-ftit eżempji li għad fadal ta' belt ta' dak l-istil. It-truppiAmerikani daħlu fil-beltfil-5 ta' Mejju 1945 u saret iċ-ċentru taż-żona okkupata mill-Amerikani fl-Awstrija. Diversi kampijiet b'persuni spustjati ġew stabbiliti f'Salzburg — fosthom Riedenburg, il-Kamp Herzl (Franz-Josefs-Kaserne), il-Kamp Mülln, Bet Bialik, Bet Trumpeldor, u l-Palestina l-Ġdida.

Żmien kontemporanju

[immodifika |immodifika s-sors]

Warat-Tieni Gwerra Dinjija, Salzburg saret il-belt kapitali tal-Istat Federali ta' Salzburg (Land Salzburg) u l-Amerikani telqu miż-żona ladarba l-Awstrija ffirmat trattat tal-1955 li reġa' stabbilixxa l-pajjiż bħala nazzjon demokratiku u indipendenti u sussegwentement iddikjarat in-newtralità perpetwa tagħha. Fis-27 ta' Jannar 2006, il-250 anniversarju tat-twelid ta' Wolfgang Amadeus Mozart, il-35 knisja kollha ta' Salzburg daqqew il-moti bil-qniepen wara t-8:00 ta' filgħaxija (ħin lokali) biex jiċċelebraw l-okkażjoni. Ċelebrazzjonijiet kbar seħħew matul is-sena kollha.

Mill-2017 Salzburg kellha Prodott Domestiku Gross għal kull ras ta' €46,100, li kien ogħla mill-medja għall-Awstrija u għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej.[11]

Ġeografija

[immodifika |immodifika s-sors]

Salzburg tinsab max-xtut tax-xmara Salzach, fil-konfini tat-Tramuntana tal-Alpi. Il-muntanji lejn in-Nofsinhar ta' Salzburg joħolqu kuntrast mal-pjanura bl-għoljiet tat-Tramuntana. L-eqreb quċċata Alpina, il-muntanja Untersberg għolja 1,972 metru, tinsab inqas minn 16-il kilometru 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt. L-Altstadt, jew iċ-"ċentru storiku", huwa dominat mit-torrijiet u l-knejjes Barokki, kif ukoll mill-Fortizza enormi ta' Hohensalzburg. Maġenb din iż-żona hemm żewġ għoljiet iżgħar, magħrufa bħala Mönchsberg u Kapuzinerberg, li joffru riliev aħdar fi ħdan il-belt. Salzburg tinsab bejn wieħed u ieħor 150 kilometru fil-Lvant ta' Munich, il-Ġermanja, 281 kilometru fil-Majjistral ta'Ljubljana, is-Slovenja, u 300 kilometru fil-Punent ta' Vjenna. Salzburg għandha kważi l-istess latitudni ta'Seattle, l-Istati Uniti.

Minħabba l-prossimità tagħha mal-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja, iż-żona urbana ikbar ta' Salzburg xi kultant tqieset, b'mod mhux uffiċjali, li tinkludi partijiet kontigwi tal-Ġermanja, inkluż Freilassing (li sal-1923 kienet magħrufa bħala Salzburghofen), Ainring u Piding.

Klima

[immodifika |immodifika s-sors]

Salzburg hija parti miż-żona bi klima miti. Il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen tispeċifika l-klima bħala klima kontinentali umduża (Dfb). Madankollu, bl-iżoterm ta' −3 °C (27 °F) fl-iksaħ xahar, Salzburg tista' tiġi kklassifikata bħala belt li għandha klima oċeanika b'erba' staġuni, b'differenzi sinifikanti fit-temperatura minn staġun għall-ieħor. Minħabba l-post fejn tinsab fit-tarf tat-Tramuntana tal-Alpi, l-ammont ta' preċipitazzjoni huwa pjuttost għoli, l-iktar fix-xhur tas-sajf. Meta speċifikament ix-xita tinżel irxix, bid-djalett lokali din tissejjaħSchnürlregen. Fix-xitwa u fir-rebbiegħa, ikun hemm irjieħ qalila tat-tipfoehn li jseħħu regolarment.

Data klimatika għal Salzburg-Flughafen fl-1981-2010, temperaturi estremi mill-1874 sal-preżent
XaharJanFraMarAprMejĠunLulAwwSetOttNovDiċSena
Temp. għolja rekord f'°C (°F)20.8

(69.4)

21.7

(71.1)

24.9

(76.8)

30.3

(86.5)

34.1

(93.4)

35.7

(96.3)

37.7

(99.9)

36.6

(97.9)

33.3

(91.9)

28.2

(82.8)

24.1

(75.4)

19.1

(66.4)

37.7

(99.9)

Temp. għolja medja f'°C (°F)3.2

(37.8)

5.4

(41.7)

10.2

(50.4)

15.2

(59.4)

20.3

(68.5)

22.7

(72.9)

25.1

(77.2)

24.4

(75.9)

20.0

(68.0)

15.2

(59.4)

8.2

(46.8)

3.8

(38.8)

14.5

(58.1)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F)−1.1

(30.0)

0.3

(32.5)

4.6

(40.3)

8.9

(48.0)

14.0

(57.2)

16.8

(62.2)

18.9

(66.0)

18.2

(64.8)

14.0

(57.2)

9.4

(48.9)

3.7

(38.7)

0.0

(32.0)

9.0

(48.2)

Temp. baxxa medja f'°C (°F)−4.0

(24.8)

−3.0

(26.6)

0.7

(33.3)

4.3

(39.7)

8.9

(48.0)

12.1

(53.8)

14.0

(57.2)

13.8

(56.8)

10.3

(50.5)

6.0

(42.8)

0.9

(33.6)

−2.5

(27.5)

5.1

(41.2)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F)−30.4

(−22.7)

−30.6

(−23.1)

−21.6

(−6.9)

−9.2

(15.4)

−3.4

(25.9)

−0.1

(31.8)

3.7

(38.7)

2.0

(35.6)

−3.0

(26.6)

−8.3

(17.1)

−18.0

(−0.4)

−27.7

(−17.9)

−30.6

(−23.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)59

(2.3)

53

(2.1)

87

(3.4)

78

(3.1)

115

(4.5)

151

(5.9)

158

(6.2)

164

(6.5)

112

(4.4)

73

(2.9)

72

(2.8)

72

(2.8)

1,195

(47.0)

Borra medja f'cm (pulzieri)23

(9.1)

24

(9.4)

18

(7.1)

2

(0.8)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

10

(3.9)

24

(9.4)

101

(40)

Umdità relattiva medja (%) (fis-14:00)71.463.556.951.351.254.352.655.258.461.970.074.960.1
Sors 1: L-Istitut Ċentrali għall-Meteoroloġija u l-Ġeodinamika[12][13][14][15]
Sors 2: Meteo Climat (temperaturi għoljin u baxxi rekord)[15]
Data klimatika għall-Ajruport ta' Salzburg (1971–2000)
XaharJanFraMarAprMejĠunLulAwwSetOttNovDiċSena
Temp. għolja rekord f'°C (°F)16.3

(61.3)

21.7

(71.1)

24.9

(76.8)

27.9

(82.2)

32.2

(90.0)

35.6

(96.1)

37.7

(99.9)

35.6

(96.1)

32.1

(89.8)

28.2

(82.8)

23.5

(74.3)

18.6

(65.5)

37.7

(99.9)

Temp. għolja medja f'°C (°F)3.2

(37.8)

5.6

(42.1)

10.4

(50.7)

14.3

(57.7)

19.9

(67.8)

22.2

(72.0)

24.4

(75.9)

24.2

(75.6)

20.1

(68.2)

14.8

(58.6)

7.8

(46.0)

4.0

(39.2)

14.2

(57.6)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F)−0.8

(30.6)

0.7

(33.3)

4.8

(40.6)

8.5

(47.3)

13.8

(56.8)

16.5

(61.7)

18.6

(65.5)

18.3

(64.9)

14.3

(57.7)

9.3

(48.7)

3.6

(38.5)

0.4

(32.7)

9.0

(48.2)

Temp. baxxa medja f'°C (°F)−4

(25)

−2.9

(26.8)

0.7

(33.3)

3.8

(38.8)

8.4

(47.1)

11.5

(52.7)

13.5

(56.3)

13.5

(56.3)

10.1

(50.2)

5.5

(41.9)

0.6

(33.1)

−2.5

(27.5)

4.9

(40.8)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F)−25.4

(−13.7)

−21.8

(−7.2)

−21.6

(−6.9)

−3.9

(25.0)

−2.1

(28.2)

2.0

(35.6)

3.7

(38.7)

4.3

(39.7)

−1.6

(29.1)

−8

(18)

−17.8

(0.0)

−26.8

(−16.2)

−26.8

(−16.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)59.9

(2.36)

54.7

(2.15)

78.7

(3.10)

83.1

(3.27)

114.5

(4.51)

154.8

(6.09)

157.5

(6.20)

151.3

(5.96)

101.3

(3.99)

72.6

(2.86)

83.0

(3.27)

72.8

(2.87)

1,184.2

(46.62)

Borra medja f'cm (pulzieri)24.0

(9.4)

23.9

(9.4)

21.7

(8.5)

2.9

(1.1)

0.1

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

0.0

(0.0)

12.1

(4.8)

27.8

(10.9)

112.5

(44.3)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm)10.19.511.911.812.115.014.413.210.89.310.811.8140.7
Umdità relattiva medja (%) (fis-14:00)73.665.658.154.952.555.654.555.658.862.870.675.461.5
Medja ta' sigħat ta'xemx fix-xahar67.091.9130.0152.6196.4193.9221.1202.8167.7129.781.262.81,697.1
Perċentwal possibbli ta' xemx26.934.437.939.444.343.748.848.347.442.930.826.739.3
Sors: L-Istitut Ċentrali għall-Meteoroloġija u l-Ġeodinamika[16]

Popolazzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]
Popolazzjoni storika
SenaPop.±%
186927,858—    
188033,241+19.3%
189038,081+14.6%
190048,945+28.5%
191056,423+15.3%
192360,026+6.4%
193469,447+15.7%
193977,170+11.1%
1951102,927+33.4%
1961108,114+5.0%
1971129,919+20.2%
1981139,426+7.3%
1991143,978+3.3%
2001142,662−0.9%
2011145,367+1.9%
2016150,887+3.8%
Sors: Statistik Austria[17]

Il-popolazzjoni uffiċjali ta' Salzburg żdiedet b'mod sinifikanti fl-1935 meta l-belt assorbiet il-muniċipalitajiet biswitha. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, bosta refuġjati bdew jgħixu fil-belt. Inbena spazju residenzjali ġdid għas-suldati Amerikani tal-okkupazzjoni wara l-gwerra, u dan imbagħad seta' jintuża għar-refuġjati meta l-Amerikani telqu. Għall-ħabta tal-1950, Salzburg qabżet il-100,000 ċittadin, u fl-2016, laħqet il-150,000 ċittadin.

Salzburg tospita komunitajiet kbar ta' Ġermaniżi,Bożnijaċi,Serbi uRumeni.

L-ikbar gruppi ta' immigranti sal-1 ta' Jannar 2021:

Il-Ġermanja7,816
Il-Bożnija-Ħerzegovina5,189
Is-Serbja4,805
Ir-Rumanija2,914
Il-Kroazja2,521
It-Turkija2,457
Is-Sirja1,947
L-Afganistan1,686
L-Ungerija1,595
L-Italja1,197

Arkitettura

[immodifika |immodifika s-sors]

Rumanesk u Gotiku

[immodifika |immodifika s-sors]
Veduta panoramika ta' Salzburg wara nżul ix-xemx

Il-knejjesRumaneski uGotiċi, il-monasteri u l-oqfsa tad-djar bikrin iddominaw il-belt Medjevali għal żmien twil. Il-Katidral tal-Arċisqof Konrad ta' Wittelsbach kienet l-ikbar bażilika fit-Tramuntana tal-Alpi. Il-kostruzzjoni tal-kor tal-Knisja Franġiskana nbdiet minnHans von Burghausen u tlestiet minnStephan Krumenauer. Il-kor huwa waħda mill-iżjed binjietreliġjużi Gotiċi prestiġjużi fir-reġjun. Fl-aħħar tal-era Gotika nbnew il-Knisja Kolleġjali ta' "Nonnberg", il-Kappella ta' Margarita fiċ-Ċimiterju ta' San Pietru, il-Kappella ta' San Ġorġ u s-swali lussużi tal-"Hoher Stock" fil-Fortizza ta' Hohensalzburg.

Rinaxximentali u Barokk

[immodifika |immodifika s-sors]

Ispirat minnVincenzo Scamozzi, il-Prinċep u Arċisqof Wolf Dietrich von Raitenau beda jittrasforma l-belt Medjevali skont l-ideali arkitettoniċi tar-Rinaxximent aħħari. Il-pjanijiet għal katidral enormi li kellu Scamozzi qatt ma twettqu wara l-waqgħa tal-arċisqof. Minflok inbena katidral ieħor ippjanat minnSantino Solari bħala l-ewwel knisja Barokka bikrija f'Salzburg. Serviet bħala eżempju għal bosta knejjes oħra fin-Nofsinhar tal-Ġermanja u fl-Awstrija. Markus Sittikus u Paris von Lodron komplew ir-rikostruzzjoni tal-belt b'diversi proġetti kbar bħal dak tal-Palazz ta' Hellbrunn, ir-residenza tal-prinċep u l-arċisqof, il-binjiet tal-università, il-fortifikazzjonijiet, u bosta binjiet oħra.Giovanni Antonio Daria, fuq ordni tal-Prinċep u Arċisqof Guido von Thun, ħa ħsieb il-kostruzzjoni tal-bir residenzjali.Giovanni Gaspare Zuccalli, fuq ordni tal-istess arċisqof, ħoloq il-Knisja ta' Erhard u l-Knisja ta' Kajetan fin-Nofsinhar tal-belt. Id-disinn mill-ġdid tal-belt tlesta bil-binjiet iddisinjati minn Johann Bernhard Fischer von Erlach, li ngħataw b'donazzjoni mill-Prinċep u l-Arċisqof Johann Ernst von Thun.

Wara l-era ta' Ernst von Thun, it-tkabbir tal-belt waqaf ħesrem, u din hija r-raġuni għalfejn ma hemm l-ebda knisja mibnija bl-istil Rokokò.Sigismund von Schrattenbach kompla bil-kostruzzjoni tas-"Sigmundstor" u tal-istatwa ta'Santa Marija fil-pjazza tal-katidral. Bil-waqgħa u d-diviżjoni tal-eks "Fürsterzbistum Salzburg" (l-Arċiveskovat) li spiċċa f'idejn l-Awstrija ta' Fuq, il-Bavarja (Rupertigau) u t-Tirol (Zillertal Matrei), beda perjodu twil ta' staġnar urban. Din l-era ma spiċċatx qabel il-perjodu tal-promozzjoniżmu (Gründerzeit) ta spinta ġdida lill-iżvilupp urban. Id-dinastija tal-bennejjaJakob Ceconi uCarl Freiherr von Schwarz okkupat il-karigi ewlenin u sawret il-belt f'din l-era.[18]

Moderniżmu klassiku u moderniżmu wara l-gwerra

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-binjiet tal-moderniżmu klassiku u b'mod partikolari tal-moderniżmu wara l-gwerra huma frekwenti f'Salzburg. Xi eżempji huma d-dar ta' Zahnwurzen (dar f'Linzergasse 22 eżatt f'nofs iċ-ċentru storiku), il-"Lepi" (banjijiet pubbliċi f'Leopoldskron li nbnew fl-1964) u ċ-ċentru tal-kungressi oriġinali li nbena fl-1957 f'Salzburg, li ġie sostitwit b'binja ġdida fl-2001. Eżempju importanti u famuż ta' arkitettura ta' din l-era hija l-ftuħ fl-1960 tal-Großes Festspielhaus magħmula minnClemens Holzmeister.

Arkitettura kontemporanja

[immodifika |immodifika s-sors]

Iż-żieda ta' arkitettura kontemporanja fiċ-ċentru storiku ta' Salzburg mingħajr ma tissogra li titlef l-istatus tagħha ta' Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hija problematika. Minkejja dan, xi strutturi ġodda ġew miżjuda: il-Mozarteum fil-Ġnien Barokk ta' Mirabell (arkitettura ta'Robert Rechenauer)[19], il-Binja tal-Kungressi tal-2001, l-Unipark Nonntal tal-2011 (arkitettura ta' Storch Ehlers Partners), il-pont ta' "Makartsteg" tal-2001 (arkitettura ta' HALLE1), u d-"Dar Residenzjali u l-Istudjo" tal-arkitettiChristine uHorst Lechner f'nofs iċ-ċentru storiku ta' Salzburg (li rebħet il-premju tal-arkitettura ta' Salzburg fl-2010).[20][21] Xi eżempji oħra ta' arkitettura kontemporanja jinsabu barra ċ-ċentru storiku: il-binja tal-Fakultà tax-Xjenza tal-Università ta' Salzburg – arkitettura ta'Willhelm Holzbauer) li nbniet fit-tarf ta' spazju aħdar liberu, l-arkitettura stramba tar-Red Bull Hangar-7 (arkitettura ta' Volkmar Burgstaller)[22] fl-Ajruport ta' Salzburg, li jospita l-Barrin Itiru ta'Dietrich Mateschitz u l-Europark Shopping Centre (arkitettura ta' Massimiliano Fuksas).

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika |immodifika s-sors]
Iċ-Ċentru Storiku ta' Salzburg billejl

Iċ-Ċentru Storiku tal-Belt ta' Salzburg ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[3]

Il-valur universali straordinarju tal-belt ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterju tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]

Distretti

[immodifika |immodifika s-sors]
Mappa tad-distretti ta' Salzburg

Salzburg għandha erba' u għoxrin distrett u tliet popolazzjonijiet ekstraurbani. Id-distretti urbani (Stadtteile) huma:

  • Aigen
  • Altstadt
  • Elisabeth-Vorstadt
  • Gneis
  • Gneis-Süd
  • Gnigl
  • Itzling
  • Itzling-Nord
  • Kasern
  • Langwied
  • Lehen
  • Leopoldskron-Moos
  • Liefering
  • Maxglan
  • Maxglan-West
  • Morzg
  • Mülln
  • Neustadt
  • Nonntal
  • Parsch
  • Riedenburg
  • Salzburg-Süd
  • Taxham
  • Schallmoos

Il-popolazzjonijiet ekstraurbani (Landschaftsräume) huma:

  • Gaisberg
  • Hellbrunn
  • Heuberg

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-faċċata tal-Katidral ta' Salzburg
Il-ġonna fil-Palazz ta' Mirabell bil-Fortizza ta' Hohensalzburg fl-isfond
Il-Getreidegasse, waħda mill-iżjed toroq antiki ta' Salzburg

Salzburg hija belt li tilqa' ħafna turisti, u l-għadd ta' viżitaturi jkun ikbar mill-għadd ta' ċittadini bil-kbir fl-eqqel tal-istaġuni tat-turisti. Minbarra d-dar fejn twieled Mozart li ssemmiet iktar 'il fuq, postijiet notevoli oħra jinkludu:

Iċ-Ċentru Storiku

  • Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Salzburg, Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO
  • L-arkitettura Barokka, inkluż bosta knejjes
  • Il-Felsenreitschule, teatru fil-beraħ li nbena fil-barriera li ntużat għall-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Salzburg
  • Il-Franziskanerkirche, waħda mill-eqdem binjiet ta' Salzburg, li tmur lura għall-1208 u li ntużat mill-Franġiskani mill-1642
  • Il-Getreidegasse, triq dejqa bil-ħwienet karatterizzata minn bosta djar għoljin
  • Il-Großes Festspielhaus, teatru tal-opri u sala tal-kunċerti tal-1960 li tintuża għall-Festival annwali ta' Salzburg
  • Il-Haus für Mozart, li qabel kienet il-Kleines Festspielhaus, teatru tal-opri u sala tal-kunċerti tal-1925
  • Il-Fortizza ta' Hohensalzburg (Festung Hohensalzburg), li tħares fuq iċ-Ċentru Storiku, wieħed mill-ikbar kastelli fl-Ewropa
  • Il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa (Dreifaltigkeitskirche), li tmur lura għall-1694
  • Il-Lukanda Goldener Hirsch, lukanda ta' ħames stilel li tinsab fil-Getreidegasse u li tmur lura għal mill-inqas l-1407
  • Il-Kollegienkirche, knisja bi stil Barokk tal-Università ta' Salzburg
  • Il-Palazz ta' Mirabell (Schloss Mirabell), palazz tad-divertiment li nbena fl-1606 b'ġonna wesgħin u b'sala tal-irħam
  • Il-Museum der Moderne Salzburg,mużew tal-arti moderna fiċ-ċentru storiku u fil-Mönchsberg
  • Il-Mozartplatz, pjazza storika bil-monument ta' Wolfgang Amadeus Mozart
  • Il-post fejn twieled Mozart (Mozarts Geburtshaus), dar fil-Getreidegasse li issa saret mużew iddedikat lil Mozart
  • L-Abbazija ta' Nonnberg (Stift Nonnberg), monasteru Benedittin li ġie stabbilit għall-ħabta tas-712/715
  • Ir-Residenz, l-eks residenza tal-Prinċpijiet-Arċisqfijiet
  • Ir-Residenzgalerie, mużew tal-arti fir-Residenz
  • Ir-Residenzplatz, pjazza kbira quddiem ir-Residenz b'funtana kbira u mżejna
  • Il-Katidral ta' Salzburg (Salzburger Dom)
  • Is-Salzburger Landestheater, teatru u post għall-opri u ż-żfin, b'kumpaniji residenti ta' atturi,kantanti u żeffiena
  • Is-Salzburger Marionettentheater, teatru tal-pupazzi stabbilt fl-1912
  • Il-Mużew ta' Salzburg, mużew tal-istorja artistika ukulturali tal-belt u tar-reġjun ta' Salzburg
  • Is-Sigmundstor, mina tas-seklu 18 li tikkollega l-Altstadt mal-kwartier ta' Riedenburg minn ġol-Mönchsberg
  • Sphaera,skultura ta' raġel fuq sfera tad-deheb (Stephan Balkenhol, 2007)
  • L-Abbazija ta' San Pietru (Stift Sankt Peter), monasteru Benedittin li ġie stabbilit fis-696 b'ċimiterju magħruf ferm
  • Il-Knisja ta'San Bastjan (Sebastianskirche), knisja kkonsagrata fl-1511
Il-Ħangar 7 tar-Red Bull

Barra miċ-Ċentru Storiku

  • Il-Palazz ta' Leopoldskron, palazz bi stil Rokokò u monument storiku nazzjonali f'Leopoldskron-Moos, distrett fin-Nofsinhar ta' Salzburg
  • Il-Hellbrunn bil-parks u l-kastelli
  • Il-kumpaniji turistiċi ta'The Sound of Music li jorganizzaw żjarat turistiċi tal-postijiet famużi fejn inħadem il-film
  • Il-Ħangar 7, binja multifunzjonali ta' sjieda tar-Red Bull, b'kollezzjoni ta' ajruplani, ħelikopters ukarozzi tat-tlielaq tal-Formula 1 storiċi

Iż-Żona Ikbar ta' Salzburg

  • Il-Kastell ta' Anif, li jinsab fin-Nofsinhar tal-belt ta' Anif
  • Is-Santwarju tal-Madonna tal-Pjanura, knisja Barokka aħħarija fit-tarf tat-Tramuntana ta' Salzburg
  • Is-Salzburger Freilichtmuseum Großgmain, mużew fil-beraħ li fih djar rurali antiki mill-istat kollu li ġew assemblati f'pajsaġġ storiku
  • Il-Palazz ta' Klessheim, palazz u każinò, li qabel kien jintuża minnAdolf Hitler
  • Il-Berghof, il-villeġġjatura fil-muntanji ta' Hitler ħdejn Berchtesgaden
  • Il-Kehlsteinhaus, l-unika fdal tal-Berghof ta' Hitler
  • Is-Salzkammergut, żona bil-lagi fil-Lvant tal-belt
  • Il-muntanja Untersberg, qrib il-belt fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja, b'veduti panormaiċi ta' Salzburg u l-Alpi tal-madwar
  • L-iskijjar huwa attrazzjoni matul ix-xitwa. Salzburg stess m'għandhiex faċilitajiet tal-iskijjar, iżda sservi ta' bażi għaż-żoni tal-iskijjar fin-Nofsinhar. Matul ix-xhur tax-xitwa, l-Ajruport ta' Salzburg jirċievi titjiriet mikrija mill-Ewropa kollha.
  • Iż-Żu ta' Salzburg, li jinsab fin-Nofsinhar tal-belt ta' Anif

Edukazzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]

Salzburg hija ċentru tal-edukazzjoni u tospita tliet universitajiet, kif ukoll diversi kulleġġi professjonali ugymnasium (skejjel postsekondarji).

Universitajiet u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja

[immodifika |immodifika s-sors]
  • L-Università tax-Xjenzi Applikati ta' Salzburg[23]
  • L-Università ta' Salzburg, università pubblika federali
  • L-Università Medika ta' Paracelsus
  • Il-Mozarteum University Salzburg, università pubblika tal-mużika u tal-arti teatrali
  • L-Alma Mater Europaea, università privata
  • Is-SEAD – l-Akkademja Sperimentali taż-Żfin ta' Salzburg
Mozart twieled f'Salzburg

Ċittadini notevoli

[immodifika |immodifika s-sors]
  • San Liutberga (miet għall-ħabta tat-870).
  • Il-kompożitur Wolfgang Amadeus Mozart, li twieled u trabba f'Salzburg meta kienet parti mill-Prinċipat-Arċiveskovat ta' Salzburg fi ħdan l-Imperu Ruman Sagru, u li ġie impjegat bħala mużiċista fil-qorti tal-arċisqof mill-1773 sal-1781. Id-dar fejn twieled u r-residenza tiegħu huma attrazzjonijiet turistiċi. Il-familja tiegħu ndifnet f'ċimiterju ta' knisja żgħira fiċ-ċentru storiku, u hemm bosta monumenti ddedikati lil "Wolferl" fil-belt.
  • Il-kompożiturJohann Michael Haydn, ħu l-kompożiturJoseph Haydn. Ix-xogħlijiet tiegħu kienu ammirati minn Mozart u minnSchubert. Huwa kien ukoll l-għalliem ta'Carl Maria von Weber u ta'Anton Diabelli u huwa magħruf għall-mużika sagra tiegħu.
  • Christian Doppler, espert tat-teorija akustika, twieled f'Salzburg. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu tal-effett ta' Doppler.
  • Josef Mohr, twieled f'Salzburg. Flimkien ma'Franz Gruber, huwa kkompona u kiteb it-test ta' "O Lejl ta' Skiet". Bħala qassis fir-raħal ġar ta' Oberndorf huwa daqq il-kanzunetta għall-ewwel darba Lejliet il-Milied tal-1818.[24]
  • Ir-Re Otto tal-Greċja twieled bħala l-Prinċep Otto Friedrich Ludwig tal-Bavarja fil-Palazz ta' Mirabell, ftit jiem qabel il-belt għaddiet mit-tmexxija Bavarjana għal dik Awstrijaka.
  • Il-kittiebStefan Zweig, għex f'Salzburg għal madwar 15-il sena, sal-1934.
  • Il-familja Trapp, inklużGeorg von Trapp,Maria von Trapp, u uliedhom għexu f'Salzburg sakemm kellhom jaħarbu lejn l-Istati Uniti wara l-ħakma Nażista.
  • Salzburg hija l-belt fejn twieledHans Makart, pittur-dekoratur Awstrijaku tas-seklu 19 u ċelebrità nazzjonali. Makartplatz (il-Pjazza ta' Makart) issemmiet għalih.
  • Il-kittiebThomas Bernhard, trabba f'Salzburg u qatta' parti minn ħajtu hemmhekk.
  • Herbert von Karajan, surmast tal-orkestra notevoli. Twieled f'Salzburg u miet fl-1989 fil-belt ta' Anif fil-qrib.
  • Roland Ratzenberger, sewwieq tal-Formula 1, twieled f'Salzburg. Huwa miet waqt il-prattika għall-Grand Prix ta'San Marino tal-1994.
  • Joseph Leutgeb, mużiċist tat-trumbetta Franċiża, kien parti mill-qorti tal-arċisqof.
  • Paracelsus, fiżiku, alkemist u astrologuŻvizzeru tar-Rinaxximent Ġermaniż, miet f'Salzburg.
  • Klaus Ager, kompożitur kontemporanju distint u professur fil-Mozarteum, twieled f'Salzburg fl-10 ta' Mejju 1946.
  • Alex Jesaulenko, eks plejer tal-futbol bir-regoliAwstraljani ta' Carlton u membru tal-Klassifika tal-Plejers Famużi tal-Futbol Awstraljan bi status ta' "Leġġenda" twieled f'Salzburg fit-2 ta' Awwissu 1945.
  • Georg Trakl, wieħed mill-iżjed vuċijiet importanti fil-letteratura Ġermaniża twieled f'Salzburg.
  • Irma von Troll-Borostyani, kittieba,ġurnalista u attivista għad-drittijiet tan-nisa Awstrijaka.
  • Theodor Herzl, ħadem fil-qrati ta' Salzburg sena wara li kiseb id-dottorat tiegħu fid-dritt fl-1884.[25]
  • L-iskydiver u l-BASE JumperFelix Baumgartner, li kiseb tliet rekords tad-dinja matul il-proġett Stratos tar-Red Bull fl-14 ta' Ottubru 2012.
  • Hilda Crozzoli, l-ewwel arkitett u inġinier ċivili mara tal-Awstrija.

Avvenimenti

[immodifika |immodifika s-sors]
  • Il-Festival ta' Salzburg huwa festival mużikali u teatrali famuż li jattira l-viżitaturi matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu kull sena. Festival iżgħar tal-Għid ta' Salzburg isir kull sena għall-ħabta tal-Għid.
  • Il-premju multimidjali tal-Europrix isir f'Salzburg.
  • Il-Festival "Electric Love" isir f'Salzburg

Trasport

[immodifika |immodifika s-sors]
L-Ajruport ta' Salzburg mill-ajru

Is-Salzburg Hauptbahnhof huwa moqdi minn konnessjonijiet ferrovjarji komprensivi, f'ferroviji frekwenti mil-Lvant għall-Punent li jikkollegaw il-belt ma' Vjenna, Munich,Innsbruck, uZürich, inkluż servizzi ICE ta' veloċità għolja kuljum. Il-konnessjonijiet ferrovjarji mit-Tramuntana għan-Nofsinhar jikkollegaw il-belt ukoll ma' destinazzjonijiet popolari bħalVenezja uPraga. Il-belt isservi bħala ċentru tat-trasport għall-ferroviji b'traġitt lejn in-Nofsinhar mill-Alpi.

Mappa tas-sistema tat-trolleybus ta' Salzburg

L-Ajruport ta' Salzburg għandu titjiriet skedati lejn bliet Ewropej bħalFrankfurt, Vjenna,Londra,Rotterdam,Amsterdam,Brussell,Düsseldorf, u Zürich, kif ukollHamburg,Edinburgu uDublin. Minbarra t-titjiriet skedati lejn dawn il-bliet, hemm bosta titjiriet mikrija.

Fiċ-ċentru tal-belt, hemm is-sistema tat-trolleybus u tal-karozzi tal-linja ta' Salzburg b'total ta' iktar minn 20 linja, u servizz kull għaxar minuti. Salzburg għandha sistema ta' S-Bahn b'erba' Linji (S1, S2, S3, S11), u l-ferroviji jitilqu mill-istazzjon ċentrali kull 30 minuta, u jiffurmaw parti min-network ÖBB. Il-linja suburbana S1 twassal sal-Kappella famuża ta' O Lejl ta' Skiet f'Oberndorf f'madwar 25 minuta.

Kultura popolari

[immodifika |immodifika s-sors]

Fis-snin 60 tas-seklu 20, il-filmThe Sound of Music, ibbażat fuq storja vera ta' Maria von Trapp, li ħadmet ma' familja aristokratika u ħarbet l-Anschluss Ġermaniż, inħadem f'diversi postijiet f'Salzburg u fil-madwar tal-belt u tal-istat ta' Salzburg.

Il-belt tidher għal żmien qasir fuq il-mappa meta l-protagonist Indiana Jones jivvjaġġa tul il-belt fil-filmIndiana Jones and the Last Crusade.

F'Salzburg ġiet ambjentata s-sensiela kriminali AwstrijakaStockinger.

Fil-film tal-2010Knight & Day, Salzburg tintuża bħala sfond għal parti kbira mill-film.

Lingwa

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-Ġermaniż tal-Awstrija huwa mifrux ferm fil-kitba u jvarja mill-Ġermaniż standard fi ftit vokabularju u ftit kwistjonijiet grammatikali. Salzburg tagħmel parti mir-reġjun tad-djaletti Awstro-Bavarjani, b'mod partikolari l-Bavarjan Ċentrali.[26] Dan huwa mitkellem ferm miż-żgħażagħ u mill-anzjani għalkemm il-professuri tal-lingwistika mill-Università ta' Salzburg,Irmgard Kaiser uHannes Scheutz, osservaw li f'dawn l-aħħar ftit snin kien hemm tnaqqis fl-għadd ta' kelliema tad-djalett fil-belt.[27][28] Għalkemm iktar u iktar tfal tal-iskola qed jitkellmu l-Ġermaniż standard, Scheutz tħoss li din hija kwistjoni iktar ta' konsum tal-midja milli ta' influwenza mill-ġenituri.[29]

Sport

[immodifika |immodifika s-sors]

Futbol

[immodifika |immodifika s-sors]
Stadion Wals-Siezenheim

L-eks tim tal-futbol SV Austria Salzburg wasal sal-finali tat-Tazza UEFA fl-1994. Fis-6 ta' April 2005, ir-Red Bull xtraw il-klabb u bidlulu ismu għalFC Red Bull Salzburg. Il-grawnd tagħhom huwa l-Wals Siezenheim Stadium f'subborg tal-agglomerazzjoni ta' Salzburg u kien wieħed mill-grawnds fejn sar il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol tal-2008. It-tim tal-FC Red Bull Salzburg jilgħab fil-Bundesliga tal-Awstrija.

Wara li r-Red Bull xtraw l-SV Austria Salzburg u bidlulu ismu u l-kuluri tat-tim, xi partitarji tal-klabb preċedenti ddeċidew li jitilqu u jiffurmaw klabb ġdid bl-isem u l-kuluri l-antiki, għaliex riedu jippreservaw it-tradizzjonijiet tal-klabb tagħhom. L-SV Austria Salzburg irriformat ġie stabbilit fl-2005 u attwalment jilgħab fl-Erste Liga, diviżjoni waħda 'l isfel mill-Bundesliga.

Ice hockey

[immodifika |immodifika s-sors]

Ir-Red Bull jisponsorjaw ukoll it-tim tal-ice hockey lokali, l-EC Salzburg Red Bulls. It-tim jilgħab fl-Erste Bank Eishockey Liga, kampjonat tranfruntier b'kwartieri ġenerali fl-Awstrija li fih jilagħbu l-aqwa timijiet mill-Awstrija, mill-Ungerija, mis-Slovenja, mill-Kroazja u mill-Italja, kif ukoll tim wieħed miċ-Ċekja.

Sport ieħor

[immodifika |immodifika s-sors]

Salzburg kienet belt kandidata għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa fl-2010 u fl-2014, iżda tilfet il-kandidatura ma'Vancouver, il-Kanada u ma'Sochi, ir-Russja rispettivament.

Relazzjonijiet internazzjonali

[immodifika |immodifika s-sors]

Ġemellaġġi

[immodifika |immodifika s-sors]
Id-dar fejn twieled Mozart li issa saret mużew

Salzburg hija ġemellata ma':

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^"Österreich - Größte Städte 2022".Statista (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-04-21.
  2. ^Ing, Stadt Salzburg-Huber Susanne."Statistik".Stadt Salzburg (bil-Ġermaniż). Arkivjat minnl-oriġinal fl-2022-03-05. Miġbur2022-04-21.
  3. ^abċCentre, UNESCO World Heritage."Historic Centre of the City of Salzburg".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-04-21.
  4. ^de Fabianis, Valeria, ed.Castles of the World. Metro Books, 2013, p. 167.ISBN 978-1-4351-4845-1.
  5. ^de Fabianis, p. 167.
  6. ^ab"Visit Salzburg - History of Salzburg".www.visit-salzburg.net. Miġbur2022-04-21.
  7. ^"Historical Text Archive: Electronic History Resources, online since 1990".web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^Times Atlas of European History, it-Tielet Ed., 2002.
  9. ^de Fabianis, Valeria, ed.Castles of the World. Metro Books, 2013, p. 168.ISBN 978-1-4351-4845-1.
  10. ^https://austria-forum.org, Austria-Forum |."Konzentrationslager, KZ".Austria-Forum (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-04-21.
  11. ^"The Salzburg Festival is a boon to the local economy".The Economist. 2017-09-26.
  12. ^"Klima Nieder".web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^"Klima Mittel".web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^"Klima Luft".web.archive.org. 2019-10-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-10-21. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ab"Klima Stahlung".web.archive.org. 2014-12-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-29. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^""Klimadaten von Österreich 1971–2000 – Salzburg-Salzburg–Flughafen".web.archive.org. 2019-10-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-10-12. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^"Bevölkerung zu Jahres-/Quartalsanfang".www.statistik.at. Miġbur2022-04-21.
  18. ^"Architecture : Salzburg Sights by Period".www.visit-salzburg.net. Miġbur2022-04-21.
  19. ^"Mozarteum".web.archive.org. 2012-05-06. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2012-05-06. Miġbur2022-04-21.
  20. ^"Architekturpreisträger".web.archive.org. 2013-06-30. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2013-06-30. Miġbur2022-04-21.
  21. ^"flow - der VERBUND Blog".archive.ph. 2013-02-09. Miġbur2022-04-21.
  22. ^"Visit Salzburg - Red Bull′s Hangar-7 at Salzburg Airport".www.visit-salzburg.net. Miġbur2022-04-21.
  23. ^"FH Salzburg".www.fh-salzburg.ac.at (bl-Ingliż). Miġbur2022-04-21.
  24. ^"Joseph Mohr (1792 – 1848)".SalzburgerLand.com (bl-Ingliż). 2021-09-30. Miġbur2022-04-21.
  25. ^"Theodor Herzl (1860-1904)".web.archive.org. 2009-01-07. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2009-01-07. Miġbur2022-04-21.
  26. ^Klaaß, Daniel (2009).Untersuchungen zu ausgewählten Aspekten des Konsonantismus bei österreichischen Nachrichtensprechern. Frankfurt am Main: Peter Lang. p. 38. ISBN9783631585399.
  27. ^"Salzburger Mundart: Stirbt der Dialekt in naher Zukunft aus? | weekend.at".www.weekend.at (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-04-21.
  28. ^Salzburg24 (2020-06-18).""Dialekte in ihrer heutigen Form sterben aus": Salzburger Hannes Scheutz im Interview".www.salzburg24.at (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-04-21.
  29. ^"Germanist: "Kinder vor Dialekt bewahren zu wollen ist absurd"".DER STANDARD (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-04-21.
  30. ^"City of Dresden - Twin cities".web.archive.org. 2008-10-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-10-16. Miġbur2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Salzburg&oldid=314490"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp