Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Rudolf Clausius

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rudolf Clausius
rettur

1884 - 1885
Joseph Langen(en)Translate -Karl Binz(en)Translate
Ħajja
Isem propjuRudolf Julius Emanuel Clausius
TwelidKoszalin(mul)Translate, 2 Jannar 1822
NazzjonalitàRenju tal-Prussja
MewtBonn, 24 Awwissu 1888
Post tad-dfinAlter Friedhof Bonn(en)Translate
Familja
Konjuga/iAdelheid Rimpau(mul)Translate (1859 -  1875)
Sophie Sack(mul)Translate (1886 -  1888)
Ulied
Edukazzjoni
Alma materFriedrich-Wilhelms-Gymnasium(mul)Translate1840)
Università ta' Halle-Wittenberg1847)Dottore
Università Friedrich-Wilhelms
(1840 -1844)
Livell tal-edukazzjoniPhD fil-filosofija
honorary doctorate(en)Translate
TeżiDe iis atmosphaere particulis quibus lumen reflectitur
Direttur tat-teżiJohann Schweigger(en)Translate
Studenti dottoraliCarl von Linde
LingwiĠermaniż
GħalliemaJohann Schweigger(en)Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjonigħalliem fl-università
matematiku
fiżiku teoriku
fiżiku
Post tax-xogħolBonn
Würzburg
ImpjegaturiUniversità ta' Zurich
Università Friedrich-Wilhelms (1850 - 1855)
ETH Zurich(en)Translate (1855 - 1867)
Università ta' Würzburg (1867 - 1869)
Università ta' Bonn (1869 - 1888)
Xogħlijiet importantiClausius theorem(en)Translate
Clausius–Clapeyron relation(en)Translate
Clausius–Mossotti relation(en)Translate
Clausius number(en)Translate
Clausius–Duhem inequality(en)Translate
Clausius's postulate(en)Translate
heat death paradox(en)Translate
Q131699758Translate
Premjijiet
SħubijaSoċjetà Rjali
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Accademia dei Lincei
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Soċjetà Rjali ta' Edinburgu
Akkademja tax-Xjenzi ta' Göttingen
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino
Servizz militari
Iġġieldugwerra Franko Prussjana
Battle of Mars-la-Tour(en)Translate
Battle of Gravelotte(en)Translate

Rudolf Julius Emanuel Clausius (imwieled Rudolf Gotitlieb[1]) (2 ta' Jannar, 1822 - 24 ta' Awissu 24, 1888), kienfiżiku umatematikuĠermaniż u hu meqjus bħala wieħed mill-fundaturi ċentrali tax-xjenza tat-termodinamika[2]. Permezz tal-formolazzjoni ġdida tiegħu tal-prinċipju ta'Sadi Carnot magħrufa bħala ċ-Ċiklu ta' Carnot, poġġa t-teorija tas-sħana fuq bażi aktar veru u soda. Fl-artiklu l-aktar importanti tiegħu,Dwar it-teorija mekkanika tas-sħana, ippubblikat fl-1850, ifformola ghall-ewwel darba l-ideat bażiċi tat-tieni liġi tat-termodinamika. Fl-1865 introduċa l-kunċett tal-entropija.

Ħajja

[immodifika |immodifika s-sors]

Clausius twieled f'Köslin (issa tissejjaħ Koszalin) fil-Provinċja tal-Pomeranja. Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta' missieru. Wara ftit snin, beda jmur il-Ġinnażju fiStettin (issa Szczecin). Clausius ħa l-lawrja mill-Università ta'Berlin fl-1844 fejn studja l-matematika u l-fiżika taħt, fost oħrajn,Heinrich Magnus,Johann Dirichlet uJakob Steiner. Studja wkoll l-istorja taħtLeopold von Ranke. Fl-1847, ħa dottorat mill-Università ta'Halle b'tezi dwar l-effetti ottiċi fl-atmosfera tal-Art. Imbagħad laħaq professur tal-fiżika fl-iSkola Rjali tal-Artilerija u l-Inġinerija f'Berlin u Privatdozent fl-Università ta' Berlin. Fl-1855 huwa sar professur fl-ETH Zürich, l-Istitut Federali Żvizzeru tat-Teknoloġija f'Zürich, fejn baqa' sal-1867. Matul dik is-sena, telaq biex isir professur fl-Università ta'Würzburg u sentejn wara, fl-1869 fl-Università ta'Bonn.

Ix-xogħol tiegħu

[immodifika |immodifika s-sors]

It-teżi tad-Dottorat ta' Clausius dwar ir-rifrazzjoni tad-dawl ipproponiet li naraw is-sema kaħla matul il-jum, u gradi differenti ta' aħmar fi tlugħ u nżul ix-xemx (fost fenomeni oħra) minħabba r-rifrazzjoni u r-riflessjoni tad-dawl. Aktar tard,Lord Rayleigh kellu juri li fil-fatt dan kien minħabba t-tifrix tad-dawl, imma madankollu, Clausius kien uża approċċ ferm aktar matematiku milli kien użaw xi wħud.

L-artiklu l-aktar famuż tiegħu, "Über die bewegende Kraft der Wärme" ("Dwar il-qawwa li tmexxi tas-sħana")[3] ġie ppubblikat fl-1850, u ttratta t-teorija mekkanika tas-sħana. F'dan id-dokument, wera li kien hemm kontradizzjoni bejn il-prinċipju ta'Carnot u l-kunċett tal-konservazzjoni tal-enerġija. Clausius ifformola mill-ġdid iż-żewġliġijiet tat-termodinamika biex titneħħa din il-kontradizzjoni (it-tielet liġi ġiet żviluppata minnWalther Nernst, matul is-snin 1906-1912). Dan id-dokument għamlu famuż fost ix-xjenzjati.

Matul l-1857, Clausius ikkontribwixxa għall-qasam tat-teorija ċinetika wara li rfina l-mudell ċinetiku sempliċi ħafna tal-gassijiet ta'Awissu Krönig biex jinkludi movimenti translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali. F'dan l-istess xogħol introduċa l-kunċett tal-"Mogħdija ħielsa medja" ta' partiċella.[4][5][6].

Clausius iddeduċa r-relazzjoni ta' Clausius-Clapeyron mit-termodinamika. Din ir-relazzjoni, li hi mod kif tista' tiġi kkaratterizzata l-tranżizzjoni tal-fażi bejn żewġ stati tal-materja bħalsolidu ulikwidu, oriġinarjament kienet ġiet żviluppata fl-1834 minnÉmile Clapeyron.

L-entropija

[immodifika |immodifika s-sors]

Fl-1865, Clausius ta l-ewwel verżjoni matematika tal-kunċett tal-entropija, u taha isimha wkoll. Użat l-unità ‘Clausius' issa abbandunata (simbolu: "'Cl"') għall-entropija. Clausius ħa l-kelma "entropija" mill-Grieg, en + tropein, jiġifieri "kontenut ta' bidla" ("Verwandlungsinhalt")[7][8],

1 Cl = 1kal/°C = 4.1868joule għal kullkelvin (J/K)

Dawn huma żewġ frażijiet famużi li qal Clausius fl-1865:

L-enerġija tal-univers hi kostanti.

L-entropija tal-univers dejjem tersaq lejn il-massimu.

Unuri

[immodifika |immodifika s-sors]

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^Atkins, P.W.The Second Law (It-Tieni Liġi ), New York, Scientific American Library, 1984, isbn 0-7167-5004-X)
  2. ^Cardwell, D.S.L.From Watt to Clausius: The Rise of Thermodynamics in the Early Industrial Age (Minn Watt sa Clausius: Il-Bidu tat-Termodinamika fl-Età Industrijali bikrija ), Londra, Heinemann, 1971, isbn 0-435-54150-1
  3. ^Clausius, R.Über die bewegende Kraft der Wärme,Parti I,Parti II, Annalen der Physik, vol. 79, paġni 368–397, 500–524, 1850
  4. ^Clausius, R.Über die Art der Bewegung, die wir Wärme nennen, Annalen der Physik, vol. 100, paġni 353–379, 1857
  5. ^Clausius, R.Über die Wärmeleitung gasförmiger Körper, Annalen der Physik, vol. 15, paġni 1–57, 1862
  6. ^Clausius, R. (1864),Abhandlungen über die Mechanische Wärmetheorie. Manuskritt elettroniku minnBibliothèque nationale de France
  7. ^Clausius, R.Über die Wärmeleitung gasförmiger Körper, Annalen der Physik, vol. 125, paġni 353–400, 1865
  8. ^ Clausius, R. (1865).The Mechanical Theory of Heat – with its Applications to the Steam Engine and to Physical Properties of Bodies. London: John van Voorst, 1 Paternoster Row. MDCCCLXVII

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
  • Revival of Kinetic Theory by Clausius
  • [1] bijografija ta' Clausius fuq MacTutor
  • Chisholm, Hugh, ed (1911). "Clausius, Rudolf Julius Emmanuel". Encyclopædia Britannica (Il-ħdax l-ed.). Cambridge University Press.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Rudolf_Clausius&oldid=260993"
Kategoriji:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp