Orsi fl-1920 | |||
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Raimundo Bibiani Orsi | ||
| Twelid | 2 ta' Diċembru 1901(1901-12-02) Avellaneda, Arġentina | ||
| Mewt | 6 ta' April 1986 (84 sena) Santiago | ||
| Tul | 1.69 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 1920–1928 | Independiente | ||
| 1928–1935 | Juventus | ||
| 1935 | Independiente | ||
| 1936 | Boca Juniors | ||
| 1937–1938 | Platense | ||
| 1939 | Flamengo | ||
| 1939–1940 | Club Almagro | ||
| 1940 | Flamengo | ||
| 1941–1942 | Peñarol | ||
| 1943 | Santiago National | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 1924–1928 | Arġentina | ||
| 1929–1935 | Italja | ||
| 1936 | Arġentina | ||
Raimundo Bibiani "Mumo" Orsi (twieled fit-2 ta' Diċembru 1901 – miet fis-6 ta' April 1986) kien plejer tal-futbolTaljan-Arġentin li kien jilgħab bħalaattakkant.
Iddebutta fil-kampjonat Arġentin fit-30 ta' Novembru 1919 bil-flokk tal-Independiente kontra l-Estudiantes (BA) u magħhom lagħab sal-1928. Hu ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin għall-ewwel darba fl-1924, però kellu jistenna sal-1927 sabiex ikun pedina fissa mal-ewwel ħdax. Mal-Albiceleste rebaħ il-Campeonato Sudamericano li sar dik is-sena fil-Perù u s-sena ta' wara kien finalista tellief fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928 kontra l-Urugwaj.
Wara l-wirja tiegħu fl-Olimpjadi, il-familja Agnelli għamlet minn kollox biex iġġibu mal-Juventus. It-trattattiva kienet waħda kumplessa kemm minħabba l-kuntratt attwali li Orsi kellu mal-klabb tiegħu u wkoll minħabba l-qbil fis-salarju li ġie offrut lill-plejer, li kien ogħla mill-istandard ta' dak iż-żmien (bażi ta' 100,000lira Taljan u 8,000 oħra fix-xahar, karozza b'sewwieq personali u villa fuq l-għoljiet).[1] Minħabba r-regolament li kien hemm li kien jipprevjeni li plejers barranin jeworiundi milli jilgħabu, Orsi kellu jistenna sal-istaġun 1929–30 biex jinżel fil-grawnd. Mal-bianconeri Orsi lagħab 177 logħba u skorja 77 gowl.[2]
Ftit wara, xprunata mill-politika attwali tar-reġim Faxxista, Orsi rebaħ iċ-ċittadinanza Taljana u b'hekk seta' jirrappreżenta lit-tim nazzjonali Taljan. Iddebutta b'doppjetta kontra l-Portugall fis-6 ta' Diċembru 1929 f'Milan. Mat-tim nazzjonali ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 fejn f'din l-edizzjoni skorja tliet gowls hekk kif l-Italja ġew inkurunati ċampjins.
Mal-klabb tiegħu, Orsi rebaħ erba' kampjonat konsekuttivi bejn l-1931 u l-1934. Hu tilef ir-rebħ tal-ħames titlu konsekuttiv minħabba li f'April tal-1935 kellu jirritorna lura art twelidu minħabba li ommu kienet mardet serjament.[3][4] Minkejja li għall-bidu kien maħsub li t-tluq tiegħu kien se jkun wieħed temporanju, dan dar għal wieħed indefinit. Hu reġa' ngħaqad mal-Independiente biex wara ssieħeb mar-rivaliBoca Juniors. Fl-1938, mar jilgħab l-Urugwaj mal-Peñarol u għenhom jirbuħ il-kampjonat ta' dik is-sena. Hu temm il-karriera tiegħu fil-Brażil flimkien ma'Flamengo fejn rebaħ il-Campeonato Carioca.
Fost l-hekk imsejħaoriundi, Orsi għal żmien twil kien l-aktar plejer li għamel preżenzi mat-tim nazzjonali Taljan. Ir-rekord tiegħu ġie miksur wara sebgħin sena minnMauro Germán Camoranesi.[5] Man-nazzjonal Taljan lagħab 35 logħba u skorja tlettax-il gowl, bl-iktar gowl importanti jasal fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra ċ-Ċekoslovakkja. Il-gowl tad-dro tiegħu għen biex il-partita tmur għall-ħin barrani uAngelo Schiavio skorja l-gowl tar-rebħa.
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma':Raimundo Orsi (Raimundo Orsi) |