L-Ewwel Diviżjoni tal-Andorra (Lliga andorrana de futbol) hija l-ogħla livell ta' kampjonat tal-futbol fl-Andorra. Il-kampjonat huwapart-time:il-maġġoranza tal-klabbs kollha għandhom plejers li huma part-time.
Il-kampjonat ġie mniedi fl-1995 sponsorjata mill-federazzjoni lokali (Andorran Football Federation) li kienet maħluqa biss sena qabel, fl-1994.
It-timijiet kollha fil-kampjonat jilagħbu fl-istess grawnds ,Estadi Comunal d'Aixovall uEstadi Comunal d'Andorra la Vella. L-istess jiġri fil-kompetizzjonijiet kollha tal-Andorra, bħalCopa Constitució uSupercopa.
FC Andorra, wieħed mill-klabbs ewlenin fil-pajjiż, bbażat fl-Andorra la Vella qatt ma lagħab f'dan il-kampjonat. Huma jilagħbu fis-sistema tal-kampjonat Spanjol, għaliex huma reġistrati mal-Federazzjoni tal-futbol Irjali ta' Spanja, iżda t-tim huwa kompost essenzjalment minn plejers b'nazzjonalità tal-Andorra.
It-8 klabbs li jilagħbu fil-kampjonat jilagħbu kontra xulxin darbtejn fl-istess post. Wara l-ewwel 14-il rawnd, l-aħjar erba 'timijiet jilagħbu f'kompetizzjoni bejniethom biex jiddeċiedu ċ-ċampjin tal-Andorra (play off per al títol), filwaqt li l-aħħar 4 jilagħbu fil-grupp tar-relegazzjoni (play off pel descens).
Ir-rebbieħ jirbaħ post fil-UEFA Champions League.
| Klabb | Rebbieħa | Runner-ups | It-tielet post | Snin ta' Rebħ | Snin ta' Runner-up | Snin ta' tielet post |
|---|
| FC Santa Colomac | 9 | 7 | 4 | 1995, 2001, 2003, 2004, 2008, 2010, 2011, 2014, 2015 | 1998, 1999, 2000, 2007, 2009, 2012, 2013 | 1996, 2002, 2005, 2006 |
| CE Principatb | 3 | 1 | 1 | 1997, 1998, 1999 | 1996 | 2009 |
| UE Sant Juliàc | 2 | 6 | 4 | 2005, 2009 | 2001, 2002, 2004, 2006, 2008, 2011 | 2003, 2007, 2010, 2014 |
| FC Encamp | 2 | 1 | 3 | 1996, 2002 | 2003 | 1997, 1998, 1999 |
| FC Rànger's | 2 | 1 | 2 | 2006, 2007 | 2005 | 2004, 2008 |
| FC Lusitanos | 2 | 1 | 1 | 2012, 2013 | 2015 | 2011 |
| Constelació Esportivab | 1 | 0 | 0 | 2000 | – | – |
| UE Santa Coloma | 0 | 2 | 3 | – | 2010, 2014 | 2012, 2013, 2015 |
| FC Andorra Veteransa | 0 | 1 | 0 | – | 1997 | – |
| Inter d'Escaldes | 0 | 0 | 2 | – | – | 2000, 2001 |
Bold: jindika klabbs li bħalissa qedgħin jilagħbu fl-ogħla diviżjoni.
a: Klabb mhux attiv fil-kompetizzjoni.
b: Klabb li m'għadux jeżisti.
c: Membri fundaturi li qatt ma ġew relegati mill-Primera Divisió.