Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Pangolin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pangolini
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju:Animalia
Phylum:Chordata
Sottodiviżjoni:*Manis crassicaudata
Klassi:Mammalia
Sottoklassi:Theria
Infraklassi:Eutheria
Superordni:Laurasiatheria
Ordni:Pholidota
Weber, 1904
Familja:Manidae
Gray, 1821
Ġeneru:Manis
Linnaeus, 1758

Pangolin huwamammiferuinsettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukollbunemmiela tal-qxur uwikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneruManis, fis-sottofamiljaManinae, fil-familjaManidae u fl-ordniPholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelmaMalajana"pengguling" li tfisser imkebbeb.

Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.

Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.

Klassifikazzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordniEdentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebh li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordniPholidota, bil-membri tal-ordniCarnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom.

Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordniCimolesta bħalasottordni, flimkien ma' bostasottordnijiet ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma l-aħħar rappreżentanti ħajjin tal-ordni Cimolesta.

Tassonomija

[immodifika |immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Pangolin
Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma':Pholidota
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Pangolin&oldid=310152"
Kategorija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp