Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Pandemija tal-COVID-19

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dan l-artiklu jew sezzjonigħandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat.Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu.
Mudell atomiku bir-reqqa xjentifika tal-istruttura esterna tas-SARS-CoV-2. Kull "ballun" huwa atomu.

Il-pandemija tal-COVID-19 hijapandemija dinjija attwali kkawżata mill-virusSARS-CoV-2. L-imxija faqqgħet fil-belt ta'Wuhan, fiċ-Ċina, f'Diċembru 2019. Sad-9 ta' Mejju 2020, 'il fuq minn 3.96 miljun każ ta' COVID-19 ġie rappurtat f'187 pajjiż u territorju, u rriżulta f'aktar minn 275,000 imwiet. Iktar minn 1.33 miljun ruħ irkupraw.[1] L-ewwel każijiet f'Malta ġew irrappurtati fis-7 ta' Marzu 2020.[2] L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat l-imxija bħala pandemija fil-11 ta' Marzu 2020.[3]

Il-virus huwa trażmess bejn nies f'kuntatt mill-qrib, ġeneralment minn qtar żgħar meta wieħed jisgħol, jagħtas jew jitkellem.[4][5] In-nies jistgħu jiġu infettati wkoll billi jmissu ma' wċuħ ikkontaminati u wara jmissu wiċċhom. Is-sintomi komuni jinkludu deni, sogħla, għeja, nuqqas ta' nifs u telf tas-sens tax-xamm.[4] Iż-żmien mill-esponiment sal-ewwel sinjali tas-sintomi huma tipikament ħamest ijiem, però jistgħu jkunu bejn jumejn u erbatax-il ġurnata.[6]

Il-pandemija kkawżat bosta diżordnijiet soċjoekonomiċi globali kbar, fosthom l-ikbarriċessjoni mid-Dipressjoni l-Kbira.[7] Din wasslet għat-tħassir ta' avvenimentisportivi,reliġjużi,politiċi ukulturali,[8] u skejjel u universitajiet għalqu fuq bażi nazzjonali jew lokali f'194 pajjiż.[9]

Epidemjoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]

Nhar il-31 ta' Diċembru 2019, awtoritajiet tas-saħħa f'Wuhan, fil-provinċja ta'Hubei, iċ-Ċina, irrappurtaw numru ta' każijiet ta'polmonite mingħajr kawża oriġinali magħrufa, u investigazzjoni ġiet miftuħa fil-bidu ta' Jannar 2020.[10] Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x'jaqsmu mas-suq ta' Huanan li jbigħannimali ħajjin ufrott tal-baħar. Il-virus li kkawża l-imxija huwa magħruf bħala SARS‑CoV‑2, virus ġdid li għandu x'jaqsam ma'coronaviruses tal-farfett il-lejl,coronaviruses tal-pangolin, uSARS-CoV. Il-kunsens xjentifiku hu li l-COVID-19 kellu oriġini naturali.[11]

L-ewwel persuna magħrufa li kellha sintomi kienet skoperta li mardet fl-1 ta' Diċembru 2019, u li l-persuna ma kellha l-ebda konnessjoni mal-każijiet tas-suq. Mill-ewwel grupp ta' każijiet irrappurtati f'dak ix-xahar, żewġ terzi nstab li kellhom konnessjoni mas-suq.[12]

Każijiet

[immodifika |immodifika s-sors]
Mappa ta' każijiet ikkonfermatiper capita sad-9 ta' Mejju 2020
     Iktar minn 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun     Bejn 3,000 u 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun     Bejn 1,000 u 3,000 każ ikkonfermat għal kull miljun     Bejn 300 u 1,000 każ ikkonfermat għal kull miljun     Bejn 100 u 300 każ ikkonfermat għal kull miljun     Bejn 0 u 100 każ ikkonfermat għal kull miljun     L-ebda każ ikkonfermat jew informazzjoni mhix disponibbli

Il-każijiet jirreferu għan-numru ta' persuni li ġew ittestjati għall-COVID-19 u liema test ġie pożittiv skont il-protokolli uffiċjali. Sad-29 ta' April 2020, il-pajjiżi li ppubblikaw l-informazzjoni dwar l-ittestjar tagħhom urew li n-numru ta' testijiet li saru kienu ta' madwar 1.4 % tal-popolazzjoni tagħhom, filwaqt li l-ebda pajjiż kien għadu ma ttestja iktar minn 14 % tal-popolazzjoni.[13]

F'analiżi li saret fiċ-Ċina wriet li l-propozjon ta' każijiet li jaffettwaw individwi iżgħar minn 20 sena huwa wieħed żgħir. Għadu mhuwiex ċert jekk dan ifissirx li ż-żgħażagħ huma inqas suxxettibbli għall-infezzjoni, jew għandhom inqas ċans li jiżviluppaw sintomi serji u jirrikorru għal għajnuna medika.[14]

Imwiet

[immodifika |immodifika s-sors]

Sad-9 ta' Mejju 2020, madwar 275,000 imwiet ġew attribwiti bħala kawża tal-COVID-19. L-ewwel mewta ġiet konfermata f'Wuhan fid-9 ta' Jannar 2020,[15] u l-ewwel mewta barra ċ-Ċina seħħet fil-Filippini nhar l-1 ta' Frar 2020.[16]

L-istatistika uffiċjali tal-imwiet bil-COVID-19 ġeneralment tirreferi għal nies li mietu wara li jkunu ttestjaw pożittiv skont il-protokolli. Din tista' teskludi mwiet ta' nies li mietu mingħajr ittestjar, eżempju f'darhom jew fid-djar tal-anzjani. Min-naħa l-oħra, imwiet ta' nies li kellhom kundizzjonijiet oħra tas-saħħa jista' jwassal għal numri ikbar. Meta jitqabblu l-istatistika tal-imwiet tal-każijiet kollha mal-medja staġjonali dawn juru mwiet eċċessivi f'ħafna pajjiżi.[17]

Sintomi

[immodifika |immodifika s-sors]
Sintomi tal-COVID-19

Is-sintomi tal-COVID-19 jistgħu ma jkunux speċifiċi u persuni infettati jistgħu jkunu mingħajr sintomi. L-aktar żewġ sintomi komuni huma deni (88 %) u sogħla vojta (68 %). Sintomi oħra inqas komuni huma l-għeja, it-telf tas-sens tax-xamm, it-telf tas-sens tat-togħma, in-nuqqas ta' nifs, l-uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, l-uġigħ fil-griżmejn, l-uġigħ ta' ras, bard, remettar,emoptisi u dijarea.[18][19]

Uħud mill-infettati jistgħu ma jurux sintomi u huma biss ir-riżultati tat-test li jikkonfermaw l-infezzjoni. Għalhekk, ir-riċerkaturi avżaw li dawk li jkunu f'kuntatt qarib ma' persuni oħra infettati għandhom ikunu osservati mill-qrib u eżaminati. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni u meta jibdew jidhru s-sintomi) ivarja bejn ġurnata u erbatax-il ġurnata.[20] Aktar ma tiżviluppa l-marda, aktar iwassal għal kumplikazzjonijiet fatali fosthom polmonite,sepsi,xokk settiku uinsuffiċjenza tal-kliewi.[19]

Distribuzzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]
Numri aġġornati sat-8 ta' Awwissu 2021[21]
PostijietKażijietImwietIrkupri
226202,490,8074,291,462
Bandiera tal-Istati Uniti Stati Uniti36,274,881626,843
Bandiera tal-Indja Indja31,895,385427,37131,055,861
Bandiera tal-Brażil Brażil20,151,779562,75218,894,631
Bandiera tar-Russja Russja6,447,750164,8815,755,507
Bandiera ta' Franza Franza6,305,158112,250
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit6,069,362130,320
Bandiera tat-Turkija Turkija5,895,84152,0885,498,520
Bandiera tal-Arġentina Arġentina5,012,754107,3024,658,028
Bandiera tal-Kolombja Kolombja4,834,634122,2774,643,087
Bandiera ta' Spanja Spanja4,588,13282,006
Bandiera ta' Malta Malta34,84642633,079

Rispons internazzjonali

[immodifika |immodifika s-sors]

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar

[immodifika |immodifika s-sors]

Kawża tal-pandemija, diversi pajjiżi u reġjuni imponew kwarantina, projbizzjonijiet fuq id-dħul u restrizzjonijiet oħra għal ċittadini jew viżitaturi riċenti ta' żoni affettwati. Pajjiżi u reġjuni oħra imponew restrizzjonijiet globali li japplikaw għall-pajjiżi u għat-territorji barranin kollha, jew jipprevjenu liċ-ċittadini tagħhom milli jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom.

Flimkien man-nuqqas ta' rieda li wieħed jivvjaġġa, ir-restrizzjonijiet kellhom impatt ekonomiku u soċjali negattiv fis-settur tal-ivvjaġġar f'dawk ir-reġjuni.

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^Università Johns Hopkins (ed.)."COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  2. ^Times of Malta (ed.)."Malta's first coronavirus cases are girl and parents" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  3. ^Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (ed.)."WHO Director-General's opening remarks at the media briefing on COVID-19—11 March 2020" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  4. ^abOrganizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ed.)."Q&A on coronaviruses" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  5. ^Fuljett maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Ministru u Ministru tas-Saħħa, intitolat "Informazzjoni għal persuni li jagħmlu t-test tal-COVID-19 fil-COVID Ċentru tal-Ittestjar Ħal Luqa"
  6. ^US Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.)."Symptoms of Novel Coronavirus (2019-nCoV)" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  7. ^The New York Times (ed.)."Here Comes the Coronavirus Pandemic: Now, after many fire drills, the world may be facing a real fire" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  8. ^The New York Times (ed.)."A List of What's Been Canceled Because of the Coronavirus" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  9. ^UNESCO (ed.)."COVID-19 Educational Disruption and Response" (bl-Ingliż).
  10. ^news.cgtn.com (ed.)."27 cases of viral pneumonia reported in central China's Wuhan City" (bl-Ingliż). Arkivjat minnl-oriġinal fl-2020-03-10. Miġbur2020-05-03.Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  11. ^Scripps Research Institute (ed.)."The COVID-19 coronavirus epidemic has a natural origin, scientists say—Scripps Research's analysis of public genome sequence data from SARS‑CoV‑2 and related viruses found no evidence that the virus was made in a laboratory or otherwise engineered" (bl-Ingliż). Arkivjat minnl-oriġinal fl-2020-04-03. Miġbur2020-05-03.Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  12. ^Joseph, Andrew. Stat (ed.)."New coronavirus can cause infections with no symptoms and sicken otherwise healthy people, studies show" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  13. ^Our World in Data (ed.)."Total tests for COVID-19 per 1,000 people" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  14. ^Statista (ed.)."China: age distribution of novel coronavirus patients 2020" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  15. ^The New York Times (ed.)."Coronavirus Death Toll Climbs in China, and a Lockdown Widens" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt:|aċċess= u|date= (għajnuna)
  16. ^Ramzy, Austin. The New York Times (ed.)."Philippines Reports First Coronavirus Death Outside China" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  17. ^The Economist (ed.)."Tracking covid-19 excess deaths across countries" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  18. ^Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.)."Symptoms of Coronavirus" (bl-Ingliż).
  19. ^abCenters for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.)."Interim Clinical Guidance for Management of Patients with Confirmed Coronavirus Disease (COVID-19)" (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)
  20. ^Pan X, Chen D, Xia Y, Wu X, Li T, Ou X, Zhou L, Liu J (April 2020)."Asymptomatic cases in a family cluster with SARS‑CoV‑2 infection".The Lancet. Infectious Diseases.20: 410–411.
  21. ^"COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)".arcgis.com (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|aċċess= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Pandemija_tal-COVID-19&oldid=318296"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp