Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Palestina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Istat tal-Palestina
دولة فلسطين
دولة فلسطين – Bandieraدولة فلسطين – Emblema
Innu nazzjonali: Fida'i
Gwerriera fedayeen
Ċentru amministrattivĠerusalemm (rikonoxximent limitat)
Ramallah
[[{{{ħolqa_demografija}}}|L-ikbar belt]]Gaża
Lingwi uffiċjaliGħarbi
GvernRepubblika Unitarja semi-presidenzjali
 - PresidentMahmoud Abbas
 - Prim MinistruMohammad Mustafa
LeġislaturaKunsill Nazzjonali
Formazzjoni
 - Dikjarazzjoni ta' Indipendenza15 ta’ Novembru 1988 
 - Riżoluzzjoni tal-istat tal-osservatur tal-UNGA29 ta’ Novembru 2012 
 - Sovereignty dispute with IsraelGħaddejja 
Erja
 - Total6,020 km2 
6,020 mil kwadru 
 - Ilma (%)3.5
Popolazzjoni
 - ċensiment tal-20235 483 450 
 - Densità731/km2 
1,893.3/mili kwadri
PGD (PSX)stima tal-2023
 - Total$ 36.391 biljun (138)
 - Per capita$ 6,642 (140)
PGD (nominali)stima tal-2021
 - Total$ 18.109 biljun (121)
 - Per capita$ 3,464 (131)
Gini (2016)33.7 
IŻU (2021) 0.715 (għoli) (106)
ValutaLira Eġizzjana (EGP) (EGP)
Żona tal-ħinPalestine Standard Time(UTC+2)
Kodiċi telefoniku+970
TLD tal-internet.ps

Il-Palestina (bl-Għarbi: فلسطين‎,b’ittri Rumani:Filasṭīn), uffiċjalment rikonoxxuta bħalal-Istat tal-Palestina (bl-Għarbi: دولة فلسطين‎,b’ittri Rumani:Dawlat Filasṭīn) min-Nazzjonijiet Uniti (NU) u minn entitajiet oħra, hija stat sovrande jure[1][2] fil-Punent tal-Asja mmexxi uffiċjalment mill-Organizzazzjoni tal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) u jisħqu s-sjieda tagħhom fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta' Gaża[3], b’Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ddeżinjata[4][5]; fil-prattika, madankollu, kontroll amministrattiv parzjali biss huwa miżmum fuq il-167 "gżira" fix-Xatt tal-Punent, u Gaża hija mmexxija minn gvern rivali (Ħamas). It-territorju kollu li jisħqu s-sjieda tiegħu fl-Istat tal-Palestina ilu okkupat mill-1948, l-ewwel mill-Eġittu (l-Istrixxa ta’ Gaża) u l-Ġordan (ix-Xatt tal-Punent) u mbagħad minnIżrael wara l-Gwerra tas-Sitt Ijiem fl-1967.[6] Il-Palestina għandha popolazzjoni ta' 5,159,076 ruħ[7] (Diċembru 2020), u hija kklassifikata fil-121 post bħala kobor tal-popolazzjoni.[8][9]

Mappa tal-Awtorità Palestinjana li turi l-enklavi Palestinjani li attwalment jinsabu taħt l-amministrazzjoni Palestinjana (bl-aħmar; iż-Żoni A u B).

Warat-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1947, in-Nazzjonijiet Uniti adottaw Pjan ta’ Diviżjoni għal Palestina Mandatorja li rrakkomanda l-ħolqien ta’ stat Għarbi u statLhudi indipendenti u Ġerusalemm internazzjonalizzata.[10] Dan il-pjan tad-diviżjoni ġie aċċettat mil-Lhud iżda ġie rrifjutat mill-Għarab. L-għada tal-istabbiliment ta’ stat Lhudi f’Eretz Iżrael, li mbagħad sar magħruf bħala l-Istat ta’ Iżrael fl-14 ta’ Mejju 1948[11][12][13], armati Għarab ġirien invadew it-territorju li qabel kien immexxi mill-Brittaniċi u ġġieldu kontra l-forzi ta’ Iżrael.[14][15] Iktar ’il quddiem, il-Gvern tal-Palestina kolluġie stabbilit mil-Lega Għarbija fit-22 ta’ Settembru 1948 sabiex imexxi l-enklav ikkontrollat mill-Eġizzjani f’Gaża. F’qasir żmien ġie rrikonoxxut mill-membri kollha tal-Lega Għarbija għajr it-Transġordan. Minkejja li l-ġurisdizzjoni tal-Gvern ġiet iddikjarata li tkopri t-territorju kollu tal-eks Palestina Mandatorja, il-ġurisdizzjoni effettiva kienet limitata għall-Istrixxa ta' Gaża.[16] Iktar ’il quddiem, Iżrael ħataf l-Istrixxa ta’ Gaża u l-Peniżola tas-Sinaj mill-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent (inkluż il-Lvant ta’ Ġerusalemm) mill-Ġordan, u l-Għoljiet ta' Golan mis-Sirja f’Ġunju 1967 matul il-Gwerra tas-Sitt Ijiem.

Tfal ixejru l-bandiera Palestinjana.

Fil-15 ta’ Novembru 1988 f’Alġier, l-Alġerija,Yasser Arafat, il-President tal-OLP, ipproklama l-istabbiliment tal-Istat tal-Palestina. Sena wara l-iffirmar tal-Ftehimiet ta'Oslo fl-1993, l-Awtorità Nazzjonali Palestinjanaġiet iffurmata biex tmexxi ż-żoni A u B fix-Xatt tal-Punent, inkluż 165 "gżira", u l-Istrixxa ta’ Gaża. Wara li Ħamas sar il-partit ewlieni fil-Parlament tal-Awtorità Nazzjonali Palestinjana fl-elezzjonijiet tal-2006, faqqa' kunflitt bejnu u l-partit ta' Fataħ, li wassal biex Gaża tittieħed minn Ħamas fl-2007 (sentejn wara li Iżrael reħa l-kontroll hemmhekk).

L-Istat tal-Palestina ġie rrikonoxxut minn 138 membru tan-NU minn 193 membru u mill-2012 kellu status ta’ stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti.[17][18][19] Il-Palestina hija membru tal-Lega Għarbija, tal-Organizzazzjoni tal-KooperazzjoniIżlamika, tal-G77, tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, u ta’ korpi internazzjonali oħra.

Etimoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]

Għalkemm il-kunċett tar-reġjun tal-Palestina u d-daqs ġeografiku tiegħu varja tul iż-żminijiet, issa jitqies li huwa magħmul mill-Istat modern ta' Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża.[20] L-użu ġenerali tat-terminu “Palestina” jew termini relatati għaż-żona fir-rokna tax-Xlokk tal-Baħar Mediterran maġenb is-Sirja storikament ilu jsir minn żmien il-Greċja tal-qedem.Erodotu kien l-ewwel storiku li fis-seklu 5Q.K. kiteb f'L-Istorji dwar “distrett tas-Sirja, imsejjaħ il-Palestina” fejn il-Feniċi kienu jinteraġixxu ma' popli marittimi oħra.[21][22] It-terminu “Palestina” (bil-Latin:Palæstina) x'aktarx li kien terminu li nħoloq mill-Griegi tal-qedem għaż-żona tal-art okkupata mill-Filistini, għalkemm jeżistu spjegazzjonijiet oħra.[23]

Terminoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]

Dan l-artiklu juża t-termini “Palestina”, “Stat tal-Palestina”, “territorju Palestinjan okkupat” b'mod interkambjabbli skont il-kuntest. Speċifikament it-terminu “territorju Palestinjan okkupat” jirreferi għaż-żona ġeografika kollha tat-territorju Palestinjan li ilu okkupat minn Iżrael mill-1967. Fi kwalunkwe każ, kull referenza għal art jew territorju tirreferi għall-art tal-Istat tal-Palestina.[24]

Politika

[immodifika |immodifika s-sors]

Diviżjonijiet amministrattivi

[immodifika |immodifika s-sors]

Abbażi tal-ISO 3166-2:PS, l-Istat tal-Palestina huwa maqsum f’16-il diviżjoni amministrattiva.

IsemErja[25] (km2)PopolazzjoniDensità (għal kull km2)Muhafazah (kapitali tad-distrett)
Jenin583311,231533.8Jenin
Tubas40264,719161.0Tubas
Tulkarm246182,053740.0Tulkarm
Nablus605380,961629.7Nablus
Qalqiliya166110,800667.5Qalqilya
Salfit20470,727346.7Salfit
Ramallah & Al-Bireh855348,110407.1Ramallah
Jericho & Al Aghwar59352,15487.9Jericho
Ġerusalemm345419,108*1214.8*Ġerusalemm (de jure)
Bethlehem659216,114927.9Bethlehem
Hebron997706,508708.6Hebron
North Gaza61362,7725947.1Jabalya
Gaza74625,8248457.1il-Belt ta’ Gaza
Deir Al-Balah58264,4554559.6Deir al-Balah
Khan Yunis108341,3933161.0Khan Yunis
Rafah64225,5383524.0Rafah

*Id-data rigward Ġerusalemm tinkludi t-territorju okkupat tal-Lvant tal-Ġerusalemm bil-popolazzjoni Iżraeljana wkoll.

Fruntieri

[immodifika |immodifika s-sors]

Xatt tal-Punent

[immodifika |immodifika s-sors]

Total tal-fruntieri tax-Xatt tal-Punent: 478 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): Iżrael 330 km; Ġordan 148 km.

Medda ta' Gaża

[immodifika |immodifika s-sors]

Total tal-fruntieri tal-Medda ta' Gaża: 72 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): l-Eġittu 13 km; Iżrael 59 km.

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^Al Zoughbi, Basheer (2016-10-03)."The de jure State of Palestine under Belligerent Occupation: Application for Admission to the United Nations"(PDF).web.archive.org. Arkivjat minnl-oriġinal(PDF) fl-2016-08-29. Miġbur2021-07-20.
  2. ^Charbonneau, Louis (2012-11-29)."Palestinians win implicit U.N. recognition of sovereign state" (bl-Ingliż). Miġbur2021-07-20.
  3. ^"United Nations News Centre - Ban sends Palestinian application for UN membership to Security Council".web.archive.org. 2015-10-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-10. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^Bissio, Robert Remo, ed. (1995).The World: A Third World Guide 1995–96. Montevideo: Instituto del Tercer Mundo. p. 443. ISBN978-0-85598-291-1.
  5. ^Lapidoth, Ruth (2011)."Jerusalem: Some Legal Issues. The Jerusalem Institute for Israel Studies. p. 26"(PDF).web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-06-05. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^"The Naksa: How Israel occupied the whole of Palestine in 1967 | War & Conflict | Al Jazeera".web.archive.org. 2018-12-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-28. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^"State of Palestine Population (2021) - Worldometer".www.worldometers.info (bl-Ingliż). Miġbur2021-07-20.
  8. ^"PA Weighs 'State of Palestine' Passport - Middle East - News - Israel National News".web.archive.org. 2012-12-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-12-07. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^"State of Palestine name change shows limitations - Yahoo! News".web.archive.org. 2013-01-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-10. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^"A/RES/181(II) of 29 November 1947".web.archive.org. 2017-10-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-10. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^"Declaration of Establishment of State of Israel".web.archive.org. 2013-01-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-16. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^Brenner, Michael; Frisch, Shelley (April 2003).Zionism: A Brief History. Markus Wiener Publishers. p. 184.
  13. ^"Zionist Leaders- David Ben-Gurion".web.archive.org. 2011-11-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-11-13. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^"Milestones: 1945–1952 - Office of the Historian".web.archive.org. 2017-06-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-06-16. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^Yoav Gelber,Palestine 1948, 2006 – Chap. 8 "The Arab Regular Armies' Invasion of Palestine".
  16. ^Yoav Gelber,Palestine 1948, 2006 – Chap. 8 "The Arab Regular Armies' Invasion of Palestine".
  17. ^"Israel defies UN after vote on Palestine with plans for 3,000 new homes in the West Bank | The Independent".web.archive.org. 2017-10-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-18. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^"Palestinians win implicit U.N. recognition of sovereign state | Reuters".web.archive.org. 2014-06-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-06-05. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  19. ^"LIVE STREAM: Palestine asks United Nations for a 'birth certificate' ahead of vote - Story - World - 3 News".web.archive.org. 2013-01-16. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2013-01-16. Miġbur2021-07-20.
  20. ^Rubin, 1999,The World Encyclopedia of Contemporary Theatre: The Arab World, p. 186.
  21. ^Nur Masalha (15 August 2018).Palestine: A Four Thousand Year History. Zed Books Limited. p. 22. ISBN978-1-78699-273-4.
  22. ^Erodotu, Volum 4, p. 21, 1806, traduzzjoni ta' Rev. William Beloe.
  23. ^"Palestine".World History Encyclopedia (bl-Ingliż). Miġbur2021-07-20.
  24. ^"Common Country Analysis 2016: Leave No One Behind: A Perspective on Vulnerability and Structural Disadvantage in Palestine. United Nations Country Team Occupied Palestinian Territory. 2016. p. 9"(PDF).
  25. ^"GeoHive - Palestine population statistics".web.archive.org. 2014-07-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-14. Miġbur2021-07-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Palestina&oldid=308355"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp