![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 18 ta' Ġunju 1981 (1981-06-18) (43 sena) Bażel, Żvizzera | ||
Tul | 1.95 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1988–1997 | FC Aesch | ||
1997–2000 | FC Arlesheim | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2000–2004 | Basel | ||
2001–2002 | →Concordia Basel (self | ||
2002–2003 | →Thun (self) | ||
2004–2007 | Stuttgart | ||
2006 | →Köln (self) | ||
2007–2015 | Basel | ||
Tim nazzjonali | |||
2003–2011 | Żvizzera |
Marco Streller (twieled fit-18 ta' Ġunju 1981) huwa eks-plejer tal-futbolŻvizzeru li jilgħab bħalaattakkant ma'Basel u mat-tim nazzjonali.
Streller beda l-karriera tiegħu ma'Basel. Iddebutta mat-tim fis-sena 2000, qabel ma fl-istaġun segwenti ġie misluf lilFC Concordia Basel fejn ħalla l-marka tiegħu b'16-il gowl minn 30 logħba. F'Jannar tal-istaġun ta' wara, għadda għal ma'FC Thun, dejjem fuq bażi ta' self. Wara prestazzjonijiet sodisfaċenti li ħalla, irritorna lura lejn Basel bil-wegħda ta' aktar spazju fit-tim.
Matul l-istaġun 2003–04, ir-ritorn tiegħu ta' 13-il gowl minn 16-il partita attira interess minn numru ta' klabbs fil-Bundesliga Ġermaniża, fosthomVfB Stuttgart, liema klabb kiseb il-firma tiegħu għall-istaġun 2004–05. Madanakollu, ftit li xejn ħalla xi forma ta' marka mat-tim u ġie msellef lit-tim ta'Köln għall-aħħar nofs tal-istaġun 2005–06. Lura ma' Stuttgart, ftit li xejn impona ruħu fis-sistema tat-tim u reġa' rritorna lura ma' Basel f'Ġunju tal-2007. Lura pajjiżu, Streller reġa' sab il-forma hekk kif kien l-aqwa skorer matul l-2007–08 bi 12-il gowl.
Plejerinternazzjonali mill-2003, hu kien jifforma parti mit-tim parteċipi fil-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008. Madanakollu kellu jirtira mill-manifestazzjoni tal-Euro 2004 minħabba uġigħ. Wara partita kontra l-Liechtenstein, ħabbar li kien se jirtira b'mod definittiv mit-tim nazzjonali minħabba nuqqas ta' sosten tal-partitarji. Imma, il-kowċOttmar Hitzfeld ikkonviċieh jerġa' pass lura mid-deċiżjoni li kien ħa.