Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Ivrea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ivrea
 Italja
Amministrazzjoni
PajjiżItalja
Region of ItalyPiemonte
Metropolitan city of ItalyBelt Metropolitana ta' Torino
Kodiċi postali10015
Ġeografija
Koordinati45°28′03″N7°52′29″E / 45.467379°N 7.874797°E /45.467379; 7.874797Koordinati:45°28′03″N7°52′29″E / 45.467379°N 7.874797°E /45.467379; 7.874797
Ivrea is located in Italy
Ivrea
Ivrea
Ivrea (Italy)
Superfiċjenti30.11 kilometru kwadru
Għoli255 m
Fruntieri ma'Banchette(en)Translate,Bollengo(en)Translate,Cascinette d'Ivrea(en)Translate,Fiorano Canavese(en)Translate,Pavone Canavese(en)Translate,Salerano Canavese(en)Translate,Vestignè(en)Translate,Albiano d'Ivrea(en)Translate,Burolo(en)Translate,Chiaverano(en)Translate,Montalto Dora(en)Translate,Romano Canavese(en)TranslateuStrambino(en)Translate
Demografija
Popolazzjoni22,357 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon0125
Żona tal-ĦinUTC+1uUTC+2
bliet ġemellatiMonthey(en)Translate,Rădăuți(en)Translate,Lüneburg(en)Translate,Qaladiza(en)TranslateuChaumont(mul)Translate
comune.ivrea.to.it

Ivrea (pronunzja bit-Taljan: [iˈvrɛːa]; bid-djalett ta'Piemonte:Ivrèja [iˈʋrɛja]; bil-Franċiż:Ivrée; bil-Latin:Eporedia) hija belt u komun tal-Belt Metropolitana ta'Torino fir-reġjun ta' Piemonte fil-Majjistral tal-Italja. Tinsab fit-triq li twassal sal-Wied ta'Aosta (parti mill-Via FrancigenaMedjevali), madwar id-Dora Baltea, u titqies bħala ċ-ċentru taż-żona ta' Canavese. Ivrea tinsab f'baċir li fil-preistorja kien lag kbir. Illum il-ġurnata hemm ħames lagi iżgħar — Sirio, San Michele, Pistono, Nero u Campagna — fiż-żona ta' madwar il-belt.

Fl-1 ta' Lulju 2018, Ivrea tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala l-"Belt Industrijali tas-Seklu 20".[1]

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Kastell ta' Ivrea

Ivrea u l-madwar tagħha ilhom abitati minn żmien in-Neolitiku; iċ-Ċeltiċi jingħad li kellhom villaġġ f'Ivrea għall-ħabta tas-seklu 5Q.K. Madankollu, uffiċjalment ir-raħal jidher l-ewwel darba fl-istorja bħala insedjament tar-RepubblikaRumana stabbilita fil-100 Q.K., li x'aktarx inbena biex jgħasses waħda mir-rotot tradizzjonali ta' invażjoni fit-Tramuntana tal-Italja mill-Alpi. L-isem Latin tal-insedjament kienEporedia.

Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, Ivrea saret is-sede ta' dukat taħt il-Longobardi (is-sekli 6-8). Taħt il-Franki (is-seklu 9), Ivrea kienet il-belt kapitali tal-kontea. Fl-1001, wara perjodu ta' diżgwidi mal-isqof Warmund, il-mexxej tal-belt,Arduin ħakem il-belt permezz tal-Marċ ta' Ivrea. Iktar 'il quddiem sar ir-Re tal-Italja u beda dinastija li damet sas-seklu 11, meta l-belt reġgħet spiċċat taħt is-sovranità tal-isqfijiet.

Fis-seklu 12 Ivrea saret komun ħieles, iżda fl-ewwel deċennji tas-seklu ta' wara sfat f'idejn il-ħakma tal-ImperaturFederiku II. Iktar 'il quddiem Ivrea ssieltu għaliha diversi isqfijiet, il-markiżat ta'Monferrato u l-familja Savoia.

Is-sarkofagu Ruman fil-kripta tal-Katidral ta' Ivrea

Fl-1356 Ivrea għaddiet taħt idejnAmadeo VI tal-familja Savoia. Bl-eċċezzjoni tal-konkwista Franċiża qasira fi tmiem is-seklu 16, Ivrea baqgħet taħt il-familja Savoia sal-1800. Kienet proprjetà sussidjarja tar-Re ta'Sardenja, għalkemm l-unika Markiż ta' Ivrea kien Benedetto tal-familja Savoia (li iktar 'il quddiem iġġieled fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi). Fis-26 ta' Mejju 1800,Napuljun Bonaparte daħal fil-belt flimkien mat-truppi rebbieħa tiegħu, u ħataf il-kontroll sal-1814.

Matul is-seklu 20, Ivrea kienet l-iktar famuża għall-bażi tal-operazzjonijiet ta' Olivetti, manifattur tat-typewriters, tal-kalkolaturi mekkaniċi, u iktar 'il quddiem tal-kompjuters. Il-kumpanija Olivetti ma għadhiex teżisti b'mod indipendenti, minkejja li isem il-kumpanija għadu jidher bħala marka kummerċjali rreġistrata fuq it-tagħmir tal-uffiċċji mmanifatturati minn kumpaniji oħra. Fl-1970, madwar 90,000 ruħ, inkluż ċittadini min-Nofsinhar tal-Italja, kienu jgħixu u jaħdmu fiż-żona madwar Ivrea.

Il-pjattaforma elettronika ta' Arduino nħolqot fl-Istitut tad-Disinn Interattiv ta' Ivrea, u ssemmiet hekk għal bar imsemmi għall-figura storika ta' Arduino tal-Italja.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika |immodifika s-sors]
L-arkitettura moderna ta' Olivetti

Ivrea, il-Belt Industrijali tas-Seklu 20, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1] L-UNESCO, meta l-belt ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji, stqarret li "tesprimi viżjoni moderna tar-relazzjoni bejn il-produzzjoni u l-arkitettura industrijali".[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
  • Il-Kastell ta' Ivrea (1357), li nbena matul ir-renju ta' Amadeo VI tal-familja Savoia. Għandu pjanta kwardra bil-brikks u erba' torrijiet tondi f'kull rokna. Fl-1676, torri użat bħala maħżen tal-munizzjon sploda wara li ntlaqat minn sajjetta u qatt ma reġa' nbena. Fl-imgħoddi l-kastell intuża wkoll bħala ħabs, filwaqt li llum il-ġurnata jintuża għall-wirjiet.
  • Il-Katidral ta' Ivrea, li oriġina minn knisja li nbniet hawnhekk fis-seklu 4 W.K. fis-sit ta' tempju pagan. Għall-ħabta tal-1000 W.K., ġie rikostruwit mill-isqof Warmondus bi stilRumanesk: minn dik il-binja għad fadal biss iż-żewġ kampnari, xi kolonni, u l-kripta bl-affreski. Din tal-aħħar fiha sarkofagu Ruman antik li skont it-tradizzjoni, jippreserva r-relikwi ta' San Besso (il-kopatrun tal-belt flimkien ma' San Sabino). Fl-1785, il-binja reġgħet inbniet bi stilBarokk. Il-faċċata Neo-Klassika attwali nbniet fis-seklu 19. Wieħed mill-affreski antiki fuq ġewwa huwa ta'Miraklu tal-Imqaddes Pierre de Luxembourg (it-tieni nofs tas-seklu 15). Is-sagristija għandu żewġpitturi ta' mal-artal ta'Defendente Ferrari. Il-katidral fih ukoll il-qabar tal-ImqaddesTaddew McCarthy.
  • Il-Biblijoteka Kapitolari (Biblioteca Capitolare), ħdejn il-Katidral, fiha kollezzjoni importanti ta' kodiċijiet mis-sekli 7-15.
  • Il-Knisja u l-Kunvent ta' San Bernardino: knisjaGotika żgħira li nbniet mill-Minoriti mill-bidu tal-1455. Fiha ċiklu tal-Ħajja u l-Passjoni ta'Kristu ta'Giovanni Martino Spanzotti (1480–1490).
  • Il-MużewPier Alessandro Garda fih xi sejbiet arkeoloġiċi interessanti u kollezzjoni ta' opri tal-artiĠappuniżi. Jinsab fil-pjazza l-kbira msejħaPiazza Ottinetti.
  • Il-Mużew fil-Beraħ tal-Arkitettura Moderna, inawgurat fl-2001, huwa wirja ta' binjiet prinċipali (uħud li twettqu mill-arkitetti ewlenin ta' dak iż-żmien) li nbnew minn Olivetti mis-snin 50 tas-seklu 20 'il quddiem.
  • Il-fdalijiet ta' teatru Ruman tas-seklu 1 W.K., li jinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt u li jesa' sa 10,000 spettatur.
  • Il-Pont l-Antik (Ponte Vecchio) imur lura għall-100 W.K. u jwassal sa Borghetto. Oriġinarjament kien mibni bl-injam u reġa' nbena bil-ġebel fl-1716.
  • Il-Muniċipju (Palazzo di Città), inbena fl-1758. Għandu kampnar imżejjen bi pjanti tal-qanneb, is-simbolu ta' Canavese.
  • It-Torri ta'San Stiefnu, li jmur lura għas-seklu 11. Dan it-torri huwa parti mill-fdalijiet tal-kampnar Rumanesk tal-Abbazija ta' San Stiefnu, mibnija fl-1041 mill-Ordni tal-Benedettini. Jinsab bejn il-lukanda La Serra u d-Dora Baltea.
  • Il-Knisja ta' San Gaudenzio
  • L-eks Knisja ta' Santa Marta (l-aħħar tas-seklu 15)
  • Il-Kappella tat-Tliet Rejiet

Kultura

[immodifika |immodifika s-sors]

Hemm żewġ festi prinċipali f'Ivrea, u t-tnejn li huma jiġu ċċelebrati matul festaKattolika, iżda t-tnejn għandhom għeruq fi tradizzjonijiet iktar antiki tal-belt. Waħda hija l-Karnival, u ċ-ċelebrazzjonijiet prinċipali jsiru 40 jum qabel l-Għid. L-oħra hija l-festa ta' San Savino (ta'Spoleto), li tiġi ċċelebrata l-ġimgħa tas-7 ta' Lulju. Matul din il-ġimgħa, issir fiera taż-żwiemel b'wirja tal-karozzini u spettakli taż-żwiemel.

Battalja tal-Larinġ

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Battalja tal-Larinġ fil-Karnival ta' Ivrea

Iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-Karnival ta' Ivrea hija ċċentrata mal-Battalja tal-Larinġ. Din tinvolvi xi eluf ta' ċittadini tal-belt, li jinqasmu f'disa' timijiet kontra xulxin, li jissottaw il-larinġ lejn għexieren ta' timijiet fuq il-karrijiet  — bi vjolenza konsiderevoli — matul l-aħħar tliet ijiem tal-karnival: il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta. Il-karnival iseħħ 40 jum qabel l-Għid u jintemm fil-lejla tal-"Mardi Gras" b'ċerimonja solenni li tinvolvi funeral li jfakkar tmiem il-karnival.

Mugnaia tintgħażel minn fost in-nisa miżżewġin. Il-leġġenda tgħid li bint taħħan ("Mugnaia") darba rrifjutat li taċċetta d-"dritt" tad-duka lokali li jqatta' lejla ma' kull mara li tkun għadha kemm iżżewġet u qatgħetlu rasu barra. Illum il-karozzini jirrappreżentaw il-gwardji tad-duka u dawk li jissottaw il-larinġ jirrappreżentaw ir-rivoluzzjonarji. In-nies li jkunu libsin kappell aħmar ma jitqiesux parti mir-rivoluzzjonarji, u għaldaqstant ma jissottawlhomx il-larinġ.

L-oriġini tat-tradizzjoni tal-issottar tal-larinġ ma tantx hi magħrufa sew, partikolarment għaliex il-larinġ ma jikbirx fl-għoljiet ta' qabel l-Alpi tal-Italja u jiġu ttrasportati minnSqallija. Fl-1994 ġie stmat li mal-265,000 kilogramma ta' larinġ inġabu lejn il-belt, l-iktar mill-fdalijiet tal-għelejjel tax-xitwa fin-Nofsinhar tal-Italja.

Sport

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-klabb tal-futbol tal-belt, A.S.D. Montalto Ivrea, attwalment jilgħab fid-diviżjoni tal-Promozione ta' Piemonte.

Il-Klabb tar-Rugby ta' Ivrea Club jilgħab fid-diviżjoni C1 ta' Piemonte.

Ivrea ospitat it-Tazza tad-Dinja tas-Slalom bil-Kenura fl-2016 u fl-2017.

Ġemellaġġ

[immodifika |immodifika s-sors]

Ivrea hija ġemellata ma':

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^abċdCentre, UNESCO World Heritage."Ivrea, industrial city of the 20th century".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-02-26.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Ivrea&oldid=313151"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp