Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

ISBN

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
ISBN bi 13-il ċifra

In-Numru Internazzjonali Standard tal-Kotba (ISBN) huwa identifikatur kummerċjali numeriku tal-kotba li hu maħsub li jkun uniku. Il-pubblikaturi jixtru l-ISBNs minn entità affiljata tal-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN.[1]

ISBN jiġi assenjat lil kull edizzjoni separata u lil kull varjazzjoni (għajr stampar mill-ġdid) ta’ pubblikazzjoni. Pereżempju, edizzjoni ta’ ktieb elettroniku, ta’ ktieb b’qoxra ratba u ta’ ktieb b’qoxra iebsa tal-istess ktieb ikollha ISBN differenti għal kull format. L-ISBN ikun fih għaxar ċifri jekk ġie assenjat qabel l-2007, u tlettax-il ċifra jekk ġie assenjat fl-1 ta’ Jannar 2007 jew wara. Il-metodu tal-assenjar ta’ ISBN ivarja skont il-pajjiż u huwa speċifiku għal kull pajjiż; spiss jiddependi kemm tkun kbira l-industrija tal-pubblikazzjoni fi ħdan pajjiż.[2]

Il-format inizjali tal-identifikazzjoni tal-ISBN ġie stabbilit fl-1967, abbażi ta’ Numerazzjoni Standard tal-Kotba (SBN) li nħolqot fl-1966. Il-format tal-ISBN b’għaxar ċifri ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u ġie ppubblikat fl-1970 bħala l-istandard internazzjonali ISO 2108 (il-kodiċi SBN b’disa’ ċifri jista’ jiġi kkonvertit f’ISBN b’għaxar ċifri permezz ta’ prefissar biċ-ċifra żero “0”).[2]

Xi kotba li jiġu ppubblikati privatament xi kultant jidhru mingħajr ISBN. L-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN xi drabi tassenja ISBNs lil dawn il-kotba fuq inizjattiva proprja.[3]

Identifikatur ieħor, in-Numru tas-Serje Internazzjonali Standard (ISSN), jidentifika l-pubblikazzjonijiet perjodiċi bħar-rivisti u l-gazzetti. In-Numru Internazzjonali Standard tal-Mużika (ISMN) ikopri l-partituri mużikali.

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]

In-Numerazzjoni Standard tal-Kotba (SBN) hija sistema kummerċjali li tuża disa’ ċifri numeriċi għall-identifikazzjoni tal-kotba. Inħolqot minnGordon Foster, Professur Emeritu tal-Istatistika fit-Trinity College ta’Dublin[4], l-Irlanda, għall-bejjiegħa tal-kotba, tar-rivisti u tal-gazzetti bħal pereżempju WHSmith u oħrajn fl-1965.[5] Il-format tal-identifikazzjoni tal-ISBN inħoloq fl-1967 fir-Renju Unit minnDavid Whitaker (meqjus bħala l-“missier tal-ISBN”)[6][7] u fl-1968 fl-Istati Uniti minnEmery Koltay[8] (li iktar ’il quddiem sar id-direttur tal-aġenzija tal-ISBN fl-Istati Uniti, R. R. Bowker).[9]

Il-format tal-ISBN b’għaxar ċifri ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u ġie ppubblikat fl-1970 bħala l-istandard internazzjonali ISO 2108.[5][7] Ir-Renju Unit baqa’ juża l-kodiċi SNB b’disa’ ċifri sal-1974. L-ISO ħatret lill-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN bħala l-awtorità tar-reġistrazzjoni għall-ISBN fid-dinja kollha u l-Istandard tal-ISBN jiġi żviluppat taħt il-kontroll tal-Kumitat Tekniku 46/is-Sottokumitat 9 tal-ISO (TC 46/SC 9). Il-faċilità online tal-ISO tirreferi biss sal-1978.[10]

SBN jista’ jiġi kkonvertit f’ISBN bil-prefissar taċ-ċifra “0”. Pereżempju, it-tieni edizzjoni ta’Mr. J. G. Reeder Returns, ippubblikat minn Hodder fl-1965, għandu l-"SBN 340 01381 8", fejn "340" jindika l-pubblikatur, "01381" huwa n-numru tas-serje assenjat mill-pubblikatur, u "8" huwa ċ-ċifra ta’ verifika. Bil-prefissar ta’ żero, dan jista’ jiġi kkonvertit għall-ISBN 0-340-01381-8; iċ-ċifra ta’ verifika m’hemmx għalfejn tiġi kkalkulata mill-ġdid. Xi pubblikaturi, bħal Ballantine Books, xi kultant juża SBNs bi 12-il ċifra fejn l-aħħar tliet ċifri jindikaw il-prezz tal-ktieb;[11] pereżempju,Woodstock Handmade Houses kellu l-SBN ta’ 12-il ċifra 345-24223-8-595 (SBN validu: 345-24223-8, ISBN: 0-345-24223-8), u kien jiswa US$5.95.[12]

Mill-1 ta’ Jannar 2007, l-ISBNs ikollhom tlettax-il ċidra, format li huwa kompatibbli man-Numri tal-Prodotti Ewropej ta’ "Bookland", li għandhom 13-il ċifra.[4]

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^"The International ISBN Agency | International ISBN Agency".www.isbn-international.org. Miġbur2021-05-08.
  2. ^ab"FAQs about the ISBN (International Standard Book Number) Revision Project".web.archive.org. 2007-06-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-06-10. Miġbur2021-05-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^"Bradley, Philip (1992). "Book numbering: The importance of the ISBN" (PDF). The Indexer. 18 (1): 25–26"(PDF). Arkivjat minnl-oriġinal(PDF) fl-2021-02-21. Miġbur2021-05-08.
  4. ^ab"INTERNATIONAL STANDARD BOOK NUMBERING (ISBN) SYSTEM original 1966 report".web.archive.org. 2011-04-30. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-04-30. Miġbur2021-05-08.
  5. ^ab"History".ISBN.org (bl-Ingliż). Miġbur2021-05-08.
  6. ^"International Publishers Association - "It was an idea whose time had come." David Whitaker on the birth of ISBN".International Publishers Association (bl-Ingliż). Arkivjat minnl-oriġinal fl-2020-04-20. Miġbur2021-05-08.
  7. ^ab"Manwal ghall-Utenti tal-ISBN (PDF) (bil-Malti) (Sitt ed.). Malta: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 2016. p. 5. ISBN 978-99957-889-4-0"(PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-17. Miġbur2021-05-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^""Emery Koltay, David Whitaker Named NISO Fellows" (PDF), Information Standards Quarterly, National Information Standards Organization, 8 (3): 12–13"(PDF).web.archive.org. 2014-08-04. Arkivjat minnl-oriġinal(PDF) fl-2014-08-04. Miġbur2021-05-08.
  9. ^"Arquivo.pt".arquivo.pt. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-16. Miġbur2021-05-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^"ISO 2108:1992".ISO (bl-Ingliż). Miġbur2021-05-08.
  11. ^""SBN 345"".archive.org (bl-Ingliż). Miġbur2021-05-08.
  12. ^Haney, Robert; Ballantine, David; Elliott, Jonathan (1974).Woodstock handmade houses. New York : Ballantine Books.

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma':ISBN (ISBN)
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=ISBN&oldid=298791"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp