Giovanna Garzoni (Ascoli Piceno,1600 –Ruma,1670) kienetpittriċiTaljan tas-seklu 17 tal-iskola Naplitana, li speċjalizzat fin-natura mejta.
Giovanna Garzoni kienet pittriċi Taljana tal-epokaBarokka. Is-suġġetti tagħha kienu primarjament dekorattivi (naturi mejtin bil-frott, ħxejjex u fjuri). Il-formazzjoni tagħha ħaditha taħt pittur mhux magħruf minn belt twelidha,Ascoli Piceno. Malajr għamlet suċċess f'Ruma,Venezja,Firenze (1642–1651),Napli uTurin. Kienet imdaħħla maċ-ċirkuCassiano dal Pozzo. F'Turin kienet fis-servizz ta'Karlu Emmanwel II ta' Savojja. Fl-1650 marret lura u fl-1666, Garzoni ħalliet ġidha kollu lill-għaqda Rumana tal-pittura, l-Accademia di San Luca, bil-kundizzjoni li jibnulha qabar fil-knisja ta' Santi Luca e Martina. Dan il-qabar monumentali, iddisinjat minnMattia de Rossi, jinsab fuq il-lemin meta tidħol fil-knisja.
X'aktarx f'Napli, kienet influwenzata min-natura mejta ta'Giovanni Battista Ruoppolo u tal-kontemporanji tagħhaJacopo Ligozzi u l-pittriċiFede Galizia.
![]() | Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Giovanna Garzoni |