Francisco de Goya twieled Fuendetodos, qribSaragoza, bin Gracia Lucientes (1785) u José de Goya (1781), mastru induratur f’Saragoza, impjegat tal-kanonċi tal-bażilka famuża tal-Pilar, li kienet qiegħda tiġi rrestawrata u msebbħa.
Iż-żagħżugħ Francisco kien student ta’José Luzán f’Saragoza fis-snin 1760, u għex ukollMadrid, fejn bejn l-1763 u l-1766 weħel bosta drabi fl-eżami kompetittiv biex jidħol fl-Akkademja San Fernando, imwaqqfa fl-1752.
Il-ħajja tal-pittur fil-perijodu tas-snin 1766-1771 ma tantx nafu fuqha. Matul daż-żmien Goya aktarx baqa’ Madrid biex jipperfezzjona l-formazzjoni tiegħu taħtFrancisco Bayeu (1734-1795), pittur ieħor minn Saragoza li kien igawdi l-patrunaġġ ta’Raphaël Mengs u bis-saħħa tiegħu laħaq "pittur tal-Kamra tar-Re" fl-1767. Minkejja l-praspar ta’ żogħżitu imfakkra fil-korrespondenza tiegħu iktar tard f’ħajtu, Goya ipprofitta ruħu mill-qagħda tiegħu fil-belt kapitali biex jitgħallem mill-kapulavuri fil-kollezzjonijiet irjali u wkoll mill-“freschi” ta’Tiepolo, mimlijin ħajja u dawl, fil-palazz irjali. Wara li kienRuma uParma fl-1771 (fejn ħa sehem għalxejn fl-eżami kompetittiv biex jidħol fl-akkademja; ġie ikkritikat għall-“kuluri ma jaqblux”), mar lura Saragoza, fejn kiseb l-ewwel ordni. Fil-passi ta’ missieru, daħal jaħdem mal-kanonċi tal-Pilar li qabbduh iżejjen saqaf ta’ kappella. Dan l-affresk, li tlestat f’Lulju ta’ 1772, fetaħ it-triq għal ordnijiet oħra ta’ dan it-tip.
Fl-Lulju tal-1773 iżżewweġ 'l oħt Francisco Bayeu,Josefa Bayeu, li kellha 26 sena. Kellhom bosta ulied imma kollha mietu żgħar barra t-tieni wieħed fosthom: Francisco Javier, li twieled fit-2 ta’ Dicembru 1784.
Fis-servizz tal-familja Borbón ta’ Spanja (1775-1785)
Fl-1775, Goya mar joqgħod Madrid (fejn għex bejn l-1779 u 1819, fit-triq Desengaño) u hemm kiseb, x’aktarx bl-indħil ta’ Bayeu, l-ewwel ordni importanti: xi kartuni (disinji għall-arazzi) għall-fabrika rjali ta’ Santa Barbara. Dawn l-arazzi, li kienu biex iżejnu l-kmamar tal-pranzu tal-prinċep ta’ l-Asturias (il-futurKarlu IV) fil-palazz ta’ l-Escorial u fil-Prado, ‘Il Goya ħadulu sa l-1778. Warajhom, bejn l-1778 u l-1780, kellu ordni ġdida tal-istess tip mill-istess Prinċep għall-arazzi għall-kamra tas-sodda u l-antikamra fil-Prado. Goya ġab il-permess biex jinċiża xi xogħlijiet ta’Diego Velázquez u għamel xi inċiżjonijiet bl-aquatinta li malajr sar jaf bihomKarlu III. Dan l-istudju tax-xogħlijiet tal-pittur kbir tas-Seklu tad-Deheb kellhom influwenza qawwija fuq ix-xogħol ta’ Goya.
Meta beda jaħdem għall-familja rjali, Goya sar midħla tac-ċirku ta’ l-ilustrados, l-"intellettwali" progressisti influwenzati mill-idejat tal-Illuminiżmu. Hekk sar jaf il-ġurista Jovellanos, li kellu rabtiet ma’ Pedro de Campomanes u l-Konti ta’ Floridablanca (li Goya fl-1783 pinġa ritratt tiegħu bil-wieqfa), l-inċiżur Sepulveda u l-finanzier Bask, François Cabarrus.
Il-kanonċi tal-Pilar qabbduh ipitter waħda mill-koppli tal-Bażilka u dan qajjem l-għira ta’ Bayeu li, wara li talab ‘l ħatnu li jagħmel xi bidliet u dan ma riedx, mar jgħid lill-kanonċi bir-ras iebsa ta’ Goya li ġie imġiegħel jagħmilhom (1780-1781). Minħabba dan l-inċident Goya ma riedx ikollu x'jaqsam ma' Saragoza fejn ħatnu kellu ħafna qawwa.
Fl-1783 beda jaħdem għal Don Luis, ħu r-re, u pinġilu bosta ritratti tal-familja, fosthom il-Familja ta’ Don Luis (1784), ritratt ta’ grupp imdawwal b’mod intimu “chiaro-oscuro” ispirat minnRembrandt.Don Luis miet is-sena ta’ wara, imma Goya sab patrun ieħor fil-persuna tal-markiż de Peñafiel, il-futur duka ta’ Osuna, li mpjegah bosta drabi.Bis-saħħa tal-patruni qawwijin li kellu, fl-4 ta’ Mejju 1785, laħaq direttur inkarigat tal-pittura fl-Akkademja ta’ San Fernando.
Fil-25 ta’ Ġunju 1786, Goya nħatar pittur tar-re ta’ Spanja u ftit wara kiseb ordni ġdida għal kartuni għall-arazzi tal-kamra tal-pranzu rjali u l-kamra tas-sodda tat-tfal fil-Prado. Din il-biċċa xogħol li ħadietlu sa’ 1792, tagħtu ċ-ċans li jdaħħal xi aspetti ta’ satira soċjali (dawn jidhru ċari f’It-Trajbu u fIż-Żwieġ) li kienu diġà mbegħdin sewwa mix-xeni galanti u pjaċevoli tal-kartuni mwettqa fis-snin 1770.Fl-1788, it-tlugħ fuq it-tron ta’Karlu IV u martuMaría Luisa (li għalihom ħadem sa l-1775) saħaħ il-pożizzjoni ta’ Goya fil-Qorti, u dawn gegħluh jaċċetta t-titlu ta’pittur tal-Kamra mis-sena ta’ wara.Fl-istess ħin minħabba l-inkwiet fuq ir-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1798 (li Goya u ħbiebu kienu jaqblu ma’ xi idejat tagħha), ir-re fl-1790, dar kontra l-Ilustrados: Cabarrus kien arrestat, Jovellanos eżiljat, u Goya kien temporanjament imkeċċi mill-Qorti.
F’Novembru ta’ l-1792 Goya marad gravi waqt vjaġġ lejnCadiz (jista’ jkun kienet forma ta’meninġite). Wara bosta xhur marid li ħallewh għal xi żmien parzjalment paralizzat, baqa’ dgħajjef u ttarrax għal kollox.
Wara l-mewt ta’ ħatnu Bayeu, fl-1795, li kienl-Ewwel Pittur tal-Kamra tar-Re, Goya talab li dan it-titlu jingħata lilu. Dan ma sarx imma fl-istess żmien, inħatar direttur tal-pittura fl-Akkademja San Fernando. Kellu jitlaq din il-kariga sentejn wara minħabba saħħtu. Fl-istess sena ltaqa’ mad-Dukessa t’Alba li pinġa bosta ritratti tagħha u li jgħidu li kienet il-maħbuba tiegħu (dan l-għidut hu bbażat fuq il-fatt li kienu flimkien f’Sanlúcar de Barrameda fl-Andalusja).
Kien bejn is-sekli li Goya wettaq il-kapulavuri l-iżjed magħrufa tiegħu.Fost dawn ikollna nsemmu bosta ordinijiet irjali, kif ukoll il-koppla tal-kappella rjali ta’ San Antonio de la Florida, f’Madrid (1798) u r-ritratt famuż tal-grupp tal-Familja ta’ Karlu IV (1800), fejn il-pittur jagħti tislima lilLas Meninas de Velázquez. F’dak iż-żmien kien fil-quċċata tal-karriera tiegħu u fl-aħħar ingħata t-titlu ta’L-Ewwel Pittur tal-Kamra biex jippremjawh għax-xogħol tiegħu. Kien jaħdem ukoll għall-ambizzjużGodoy, lil-maħbuba tiegħu Goya immortalizzaha fil-pittura mġammra,Maja għarwiena (lejn 1799-1800). Fl-istess ħin li kien fil-quċċata tal-karriera tiegħu, Goya kien qiegħed juża ċertu ngann: Il-Kapriċċi (Los Caprichos), ġabra ta’ inċiżjonijiet bl-aquaforte u bl-aquatinta ippublikati fi Frar ta’ l-1799, ġew ċensurati taħt il-pressjoni mill-Inkwiżizzjoni. L-artista fihom żellaq, qalb ix-xbihat sinistri u enigmatiċi, fejn ħallat id-drawwiet u l-festi tal-poplu mal-fantastiku preromantiku, attakki vjolenti kontra l-arkaiżmu tas-soċjetà Spanjola fejn l-Knisja fis-sbieħ tas-seklu XIX kienet għadha toħnoq kull libertà.
L-invażjoni Franċiża ta’ l-1808 kellha influwenza tal-qofol fuq il-ħajja ta’ l-artista. Billi kien favur l-ideat liberali li ġabu magħhom il-Franċiżi imma kien kontra tagħhom fejn jidħol il-patrijotiżmu, Goya dam jaħsibha għal xi żmien jekk iżommx mar-reżistenza immexxija mill-Ġunta ċentrali ta’Sivilja jew ma’ l-idejat ta’ l-1789 li ġab ir-reJoseph, ħuNapuljun. Fis-sena 1810, li matulha beda jinċiżaId-diżastri tal-Gwerra, akkuża ħarxa kontra l-kifrija Franċiża, kien qiegħed ipinġi ritratt ta’ Joseph I. Dan juri li-ġlieda li kien iħoss fih innifsu u li ftit snin wara kisbitlu l-fama ta’afrancesado. F’Ġunju ta’ l-1812, martu, Josefa Bayeu, mietet ta’ 65 sena. Xahrejn wara, il-forzi Ingliżi taħtWellington daħlu Madrid. Goya pinġa r-ritratt ta’ dak li rebaħ lill-Franċiżi u wera li kien kontra l-Franċiżi li kienu okkupaw 'l pajjiżu u li kien jappoġġa l-leġitimità nazzjonali (u, fuq kollox, liberali) immexxija mill-Cortes u l-Kunsill ta’Cadiz.Hekk, meta dawn l-istituzzjonijiet organizzaw konkors biex ifakkru l-qawmien tal-Madrileni fit-2 ta’ Mejju 1808, Goya malajr ipproponi lijipperpetwa permezz tal-pinzell l-atti l-iżjed notevoli u erojċi tar-rewwixta glorjuża tagħna kontra t-tirann ta’ l-Ewropa. Hekk fl-1814 pinġa ż-żewġ pitturi famużiIt-Tnejn ta’ Mejju uIt-Tlieta ta’ Mejju (1814).
It-Tnejn ta’ Mejju 1814
It-Tlieta ta’ Mejju 1814
Ir-ritorn mill-eżilju ta’ Ferdinandu VII kien fl-istess ħin ħonoq kull tama ta’ monarkija kostituzzjonali u liberali li Goya kien jappoġġa. Waqt li żamm il-post ta’L-ewwel pittur tal-Kamra tar-re, Goya ħażditu r-reazzjoni iebsa li ħraxet wara li l-korp spedizzjonarju Franċiż fl-1823 kisser il-liberali. Issikkat mill-Inkwiżizzjoni għax kien pinġa l-Maja għarwiena ta’ Godoy, milqut mill-ġdid mill-mard, qalbu maqtugħa bil-politka reazzjonarja tar-re li kien qiegħed jimpjegah, Goya esprima l-inkwiet u d-delużjonijiet tiegħu fil-famużi "Pitturi suwed" li kienu jżejnu l-ħitan tad-"Dar tat-Trux" (li kienet barra Madrid u li l-pittur kien xtara fl-1819).
Dan l-ambjent ikraħ jispjega għaliex Goya, taparsi minħabba saħħtu telaq minn Spanja fl-24 ta’ Ġunju 1824 biex imur joqgħod Bordeaux, fejn kienu eżiljatiafrancesados liberali oħra. Ma damitx ma marret toqgħod miegħu Leocadia Weiss u t-tifla tagħha, Rosario (Goya kien għex ma’ Leocadia mill-1813 u x’aktarx Rosario kienet bintu). Kien f'dan l-eżilju fi Franza li wettaq il-kollezzjoni ta’ litografi fuq is-suġġett tal-corrida bit-titluIt-Barrin ta’ Bordeaux (1825) li segwiet is-sensiela fuq il-Corrida li kienet dehret fl-1816.
Goya miet fl-età ta’ 82 sena, f’Bordeaux fil-lejl tal-15 t’April 1828.