Fes jewFez (bl-Għarbi: فاس [Fās], bil-Franċiż: Fès), hija l-belt kapitalikulturali tal-Marokk u r-raba' l-ikbar belt fil-pajjiż waraCasablanca,Rabat uMarrakesh. Skont iċ-ċensiment tal-2004, il-popolazzjoni tlaħħaq id-946,815-il ruħ. Hija wkoll il-kapitali tar-reġjun Fès-Boulemane.[1]
Fes hija waħda mill-erbat ibliet imperjali flimkien ma'Meknès, Marrakesh u Rabat. Il-belt hija separata fi tliet partijiet, Fes el Bali (il-belt l-antika jew iċ-ċentru storiku), Fes-Jdid (Fes il-Ġdida, fejn hemm il-Mellaħ), u l-Ville Nouvelle (l-iġded biċċa ta' Fes, mibnija mill-Franċiżi). Il-Medina ta' Fes el Bali, l-ikbar waħda miż-żewġ medini ta' Fes, hija probabilment l-ikbar żona urbana mingħajr karozzi.[2][3][4] Il-Medina ta' Fes titqies bħalaSit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5] L-Università ta' Al-Karaouine ġiet stabbilita fit-895W.K. u hija l-eqdem università attiva fid-dinja.
Il-Medina ta' Fes ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija,l-artimonumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoniumana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[5]
^"Ċensiment".web.archive.org. 2017-11-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-11-07. Miġbur2023-03-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
^Zeunert, Joshua (2017).Landscape Architecture and Environmental Sustainability: Creating Positive Change Through Design. Bloomsbury Publishing. ISBN978-1-350-03382-5.
^Roquet, Vincent; Bornholdt, Luciano; Sirker, Karen; Lukic, Jelena (2017).Urban Land Acquisition and Involuntary Resettlement: Linking Innovation and Local Benefits. World Bank Publications. ISBN978-1-4648-0981-1.
^The Report: Morocco 2009. Oxford Business Group. 2009. p. 253. ISBN978-1-907065-07-1.
^abċCentre, UNESCO World Heritage."Medina of Fez".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2023-03-13.