Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Dolomiti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Veduta tat-Tre Cime di Lavaredo billejl

Id-Dolomiti (pronunzja: [doloˈmiːti]; bil-Ladino:Dolomites; bil-Ġermaniż:Dolomiten [doloˈmiːtn̩][1]; bid-djalett ta'Venezja:Dołomiti [doɰoˈmiti]; bid-djalett ta' Friuli:Dolomitis), magħrufa wkoll bħala l-Muntanji Dolomitiċi jew l-Alpi Dolomitiċi, huma katina muntanjuża li tinsab fil-Grigal tal-Italja. Jiffurmaw parti mill-Alpi tan-Nofsinhar tal-ġebla tal-ġir u jibqgħu sejrin mix-xmaraAdige fil-Punent sal-Wied ta' Piave (Pieve di Cadore) fil-Lvant. Il-konfini fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar huma definiti mill-Wied ta' Puster u mill-Wied ta' Sugana (bit-Taljan:Valsugana). Id-Dolomiti jinsabu fir-reġjuni ta'Veneto,Trentino-Alto Adige/Südtirol uFriuli Venezia Giulia[2], u jkopru żona kondiviża bejn il-provinċji ta'Belluno,Vicenza,Verona, Trentino, Südtirol,Udine uPordenone.[3]

Gruppi muntanjużi oħra bi struttura ġeoloġika simili huma mifruxa tul ix-xmaraPiave lejn il-Lvant – id-Dolomiti d'Oltrepiave; u 'l bogħod mix-xmara Adige lejn il-Punent – id-Dolomiti di Brenta (id-Dolomiti tal-Punent). Grupp iżgħar jissejjaħPiccole Dolomiti (id-Dolomiti ż-Żgħar), u jinsab bejn il-provinċji ta' Trentino, Verona, u Vicenza.

Il-Park Nazzjonali tad-Dolomiti ta' Belluno u bosta parks reġjonali oħra jinsabu fiż-żona tad-Dolomiti. F'Awwissu 2009, id-Dolomiti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4]

Etimoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]

Isem id-Dolomiti, magħrufa wkoll bħala l-"Muntanji Ċari", oriġina minn isem il-blat kostitwenti tagħhom, id-dolomit. Dan il-blat issemma wara l-mineraloġistaFranċiż tas-seklu 18Déodat Gratet de Dolomieu (1750-1801), li kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-mineral.[5]

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]
Sassolungo

Għal millenji sħaħ, il-kaċċaturi u l-komunitajiet tagħhom kienu avvanzaw u laħqu l-ogħla reġjuni bil-blat u x'aktarx li kienu xxabbtu sa xi qċaċet ukoll. Hemm evidenza li l-patriĠiżwitaFranz von Wulfen minnKlagenfurt ixxabbat sa fuq il-Lungkofel u d-Dürrenstein fis-snin 90 tas-seklu 18. Fl-1857, il-BrittanikuJohn Ball kien l-ewwel wieħed li xxabbat sa fuq Monte Pelmo.Paul Grohmann iktar 'il quddiem tela' fuq diversi qċaċet bħal Antelao, Marmolata, Tofana, Monte Cristallo, u Boè. Għall-ħabta tal-1860, ix-xabbatur AgordinSimone de Silvestro kien l-ewwel persuna li tela' konxjament fuq iċ-Civetta.Michael Innerkofler kien wieħed mix-xabbaturi tat-Tre Cime di Lavaredo. Iktar 'il quddiem, żewġ xabbaturi lokali importanti ħafna li rnexxielhom jixxabtu ma' diversi qċaċet għall-ewwel darba kienuAngelo Dibona uGiovanni Piaz.[6]

Il-qċaċet tat-Torrijiet ta' Vajolet

Matull-Ewwel Gwerra Dinjija, il-linja militari bejn l-armata Taljana u dik tal-Awstrija u tal-Ungerija kienet tgħaddi mid-Dolomiti, u ż-żewġ naħat użaw il-mini tal-art b'mod estensiv. F'Cinque Torri (Ħames Torrijiet), f'Monte Piana u f'Monte Lagazuoi hemmmużewijiet tal-gwerra fil-beraħ. Bosta nies iżuru d-Dolomiti biex jixxabbtu tul mogħdijiet fl-għoli ħafna magħrufa bħalavie ferrate, li jgħaddu bejn il-blat tal-qċaċet u li kienu nħolqu matul il-gwerra.

Għadd ta' mogħdijiet fuq distanza twila jgħaddu mid-Dolomiti. Dawn jissejħualte vie (bil-Ġermaniż: Dolomiten Höhenwege), jiġifieri litteralment mogħdijiet għoljin, u huma numerati minn 1 sa 10. Dawn il-mogħdijiet jieħdu xi ġimgħa biex wieħed jagħmilhom mill-bidu sat-tmiem, u fihom hemm diversirifugi (għorfiet ta' rifuġju) fejn wieħed jista' jistkenn. L-ewwel mogħdija, li hija l-iktar waħda rinomata, tissejjaħ Alta Via 1. Fir-reġjun ta' Alta Badia ntużat id-datazzjoni bir-radjukarbonju biex tintwera konnessjoni bejn l-attività taċ-ċedimenti tal-art u t-tibdil fil-klima.[7]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika |immodifika s-sors]

Id-Dolomiti ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[4]

Veduta panoramika ta' Marmolada

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[4]

Ġeografija

[immodifika |immodifika s-sors]

Ir-reġjun spiss jinqasam fid-Dolomiti tal-Punent u dawk tal-Lvant, isseparati bejniethom minn linja li tgħaddi mal-assi Val Badia – il-Mogħdija Muntanjuża ta' Campolongo – il-Wied ta' Cordevole (Agordino).

Klassifikazzjoni attwali

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Mogħdija ta' Gardena
Cristallo, Cortina d'Ampezzo
Il-Grupp ta' Sella

Id-Dolomiti jistgħu jinqasmu fil-ktajjen muntanjużi li ġejjin:

  • Sella
  • Marmolada
  • Tofane
  • il-Grupp ta' Langkofel
  • il-Grupp ta' Geisler
  • il-Grupp ta' Peitlerkofel
  • il-Grupp ta' Puez
  • il-Grupp ta' Fanes
  • il-Grupp ta' Schlern
  • Rosengarten
  • Latemar
  • Pala
  • il-Muntanji ta' Lüsen
  • Civetta
  • Pelmo
  • Marmarole
  • il-Grupp ta' Cadini
  • il-Grupp ta' Cristallo
  • Sorapiss
  • Antelao
  • Bosconero
  • Vette Feltrine
  • Schiara
  • id-Dolomiti ta'Praga
  • id-Dolomiti ta' Sexten
  • id-Dolomiti ta' Friuli

Turiżmu u sport

[immodifika |immodifika s-sors]
Skijjar f'Cortina fl-1903

Id-Dolomiti huma rinomati għall-iskijjar fix-xhur tax-xitwa u għat-tixbit, għall-mixi, għaċ-ċikliżmu u għall-qbiż mill-għoli (BASE jumping) fil-muntanji, kif ukoll għall-paragliding u għall-hang gliding fis-sajf u fl-aħħar tar-rebbiegħa/fil-bidu tal-ħarifa.[8][9] It-tixbit ilu tradizzjoni fid-Dolomiti mill-1887, metaGeorg Winkler, li kellu 17-il sena, ixxabbat waħdu għall-ewwel darba sal-quċċata tal-Vajolettürme.[10] Iċ-ċentru prinċipali jinkludu: Rocca Pietore maġenb il-Glaċier ta' Marmolada, fil-konfini bejn Trentino u Veneto, l-irħula ż-żgħar ta'Alleghe,Falcade,Auronzo uCortina d'Ampezzo, u l-villaġġi ta'Arabba,Urtijëi uSan Martino di Castrozza, kif ukoll iż-żoni kollha tal-widien ta' Fassa, Gardena u Badia.[11]

Il-Maratona dles Dolomites, tellieqa tar-roti fit-triq li ddum ġurnata sħiħa, li tkopri seba' mogħdijiet muntanjużi tad-Dolomiti, issir kull sena fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju.

Postijiet karatteristiċi oħra huma:

  • Monte Pasubio u Strada delle 52 Gallerie (mogħdija militari mħaffra bi 52 mina li nbniet matul l-Ewwel Gwerra Dinjija)
  • Altopiano di Asiago u Calà del Sasso, b'4,444 tarġa, l-itwal mogħdija bit-taraġ fid-dinja li hija miftuħa għall-pubbliku.

Qċaċet ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
IsemmetripiediIsemmetripiedi
Marmolada3,34310,968Pala di San Martino2,9829,831
Antelao3,26410,706Rosengartenspitze / Catinaccio2,9819,781
Tofana di Mezzo3,24110,633Cima di Fradusta2,9419,715
Sorapiss3,22910,594Cimon del Froppa2,9329,649
Cristallo3,22110,568Monte Agnèr2,8729,416
Monte Civetta3,22010,564Fermedaturm2,8679,407
Cima di Vezzana3,19210,470Cima d'Asta2,8489,344
Cimon della Pala3,18410,453Cima di Canali2,8469,338
Langkofel / Sassolungo3,18110,427Croda Grande2,8399,315
Monte Pelmo3,16810,397Vajoletturm / Torri del Vajolet (l-ogħla)2,8219,256
Dreischusterspitze3,16210,375Sass Maor2,8169,239
Boespitze / Piz Boè (Grupp ta' Sella)3,15210,342Cima di Ball2,7839,131
Hohe Gaisl (Croda Rossa d'Ampezzo)3,14810,329Cima della Madonna (Sass Maor)2,7519,026
Gran Vernel3,14510,319Rosetta2,7418,993
Piz Popena3,14310,312Croda da Lago2,7168,911
Grohmannspitze (Langkofel)3,12610,256Central Grasleitenspitze2,7058,875
Zwölferkofel3,09410,151Schlern2,5628,406
Elferkofel3,09210,144Sasso di Mur2,5548,380
Piz dles Cunturines3,06410,052Cima delle Dodici2,3387,671
Sass Rigais (Geislerspitzen)3,0259,925Monte Pavione2,3367,664
Kesselkogel (Rosengarten)3,0049,856Cima Palon2,2397,346
Tre Cime di Lavaredo (Drei Zinnen)2,9999,839Cima di Posta2,2357,333
Fünffingerspitze2,9979,833Geierwand2,0886,850

Mogħdijiet muntanjużi ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
Isemmetripiedi
Mogħdija ta' Ombretta (minn Campitello sa Caprile)2,7388,983
Langkofeljoch (mill-Wied ta' Gröden sa Campitello)2,6838,803
Tschagerjoch (minn Karersee sa Vajolet)2,6448,675
Mogħdija ta' Grasleiten (minn Vajolet sa Grasleiten)2,5978,521
Mogħdija ta' Pravitale (mill-Promontorju ta' Rosetta sa Pravitale)2,5808,465
Mogħdija ta' Comelle (l-istess bħal Cencenighe)2,5798,462
Mogħdija ta' Rosetta (minn San Martino di Castrozza sal-Promontorju ta' Rosetta)2,5738,442
Mogħdija ta' Vajolet (livelli differenti sa Vajolet)2,5498,363
Mogħdija ta' Canali (minn Primiero sa Agordo)2,4978,193
Tierseralpljoch (minn Campitello sa Tiers)2,4558,055
Mogħdija ta' Ball (minn San Martino di Castrozza sa Pravitale)2,4508,038
Forcella di Giralba (minn Sexten sa Auronzo)2,4367,992
Col dei Bos (minn Falzarego sa Travernanzes)2,3137,589
Forcella Grande (minn San Vito sa Auronzo)2,2627,422
Mogħdija ta' Pordoi (minn Arabba sa Val di Fassa)2,2507,382
Mogħdija ta' Sella (mill-Wied ta' Gröden sa Val di Fassa)2,2447,362
Mogħdija ta' Giau (minn Cortina sa Val Fiorentina)2,2367,336
Mogħdija ta' Tre Sassi (minn Cortina sa San Cassian)2,1997,215
Mogħdija ta' Valparola (minn Cortina sa San Cassian)2,1687,113
Mahlknechtjoch (minn Duron ta' Fuq sal-Alpi ta' Seiser)2,1687,113
Mogħdija ta' Gardena (mill-Wied ta' Gröden sa Colfuschg)2,1216,959
Mogħdija ta' Falzarego (minn Caprile sa Cortina)2,1176,946
Mogħdija ta' Fedaja (minn Val di Fassa sa Caprile)2,0466,713
Mogħdija ta' Valles (minn Paneveggio sa Falcade)2,0326,667
Würzjoch (minn Eisacktal sa Val Badia)2,0036,572
Mogħdija ta' Rolle (minn Predazzo sa San Martino di Castrozza u Primiero)1,9846,509
Forcella Forada (minn Caprile sa San Vito)1,9756,480
Mogħdija ta' San Pellegrino (minn Moena sa Cencenighe)1,9106,267
Mogħdija ta' Campolongo (minn Corvara sa Arabba)1,8756,152
Mogħdija ta' Forcella d'Alleghe (minn Alleghe sa Zoldo)1,8205,971
Mogħdija ta' Tre Croci (minn Cortina sa Auronzo)1,8085,932
Mogħdija ta' Furkel (minn Mareo sa Olang)1,7595,771
Mogħdija ta' Karerpass jew Costalunga (minn Welschnofen sa Vigo di Fassa)1,7535,751
Mogħdija ta' Kreuzbergpass jew Monte Croce (minn Innichen u Sexten sa Wied ta' Piave u Belluno)1,6385,374
Mogħdija ta' Ampezzo (minn Toblach sa Cortina u Belluno)1,5445,066
Mogħdija ta' Cereda (minn Primiero sa Agordo)1,3724,501
Mogħdija ta' Toblach (minn Bruneck sa Lienz)1,2093,967

Parks ewlenin

[immodifika |immodifika s-sors]
  • Park Nazzjonali tad-Dolomiti ta' Belluno (315.11 km2)
  • Park naturali reġjonali tad-Dolomiti d'Ampezzo (112.00 km2)
  • Park Naturali Fanes-Sennes-Prags (257 km2)
  • Park naturali ta' Paneveggio – Pale di San Martino (197.0 km2)
  • Park Naturali ta' Schlern-Rosengarten (68 km2)
  • Park Naturali tad-Dolomiti ta' Sexten (116.3 km2)
  • Park Naturali ta' Puez-Geisler (102 km2)
  • Park Naturali Provinċjali ta' Adamello-Brenta (620.5 km2)
  • Park Naturali Reġjonali tad-Dolomiti ta' Friuli

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^"Dolomiten - English translation in English - Langenscheidt dictionary German-English".en.langenscheidt.com (bil-Ġermaniż). Miġbur2022-03-08.
  2. ^"Dolomiti, le montagne rosa | Italia.it (Italiano)".www.italia.it (bit-Taljan). Arkivjat minnl-oriġinal fl-2022-03-08. Miġbur2022-03-08.
  3. ^"The Dolomites UNESCO World Heritage | Italy".www.dolomites.org (bl-Ingliż). Miġbur2022-03-08.
  4. ^abċCentre, UNESCO World Heritage."The Dolomites".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-03-08.
  5. ^Saussure le fils, M. de (1792): "Analyse de la dolomite".Journal de Physique, vol. 40, pp. 161–173.
  6. ^"Die Dolomitengipfel werden erobert".www.dolomythos.com. Miġbur2022-03-08.
  7. ^Borgatti, Lisa; Soldati, Mauro (2010-08-01). "Landslides as a geomorphological proxy for climate change: A record from the Dolomites (northern Italy)".Geomorphology. Landslide geomorphology in a changing environment.120 (1–2): 56–64.
  8. ^Draper, Robert (2015-08-13)."In Italy, Hiking and Haute Cuisine in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur2022-03-08.
  9. ^Williams, Ingrid K. (2018-08-30)."36 Hours in the Dolomites" (bl-Ingliż). Miġbur2022-03-08.
  10. ^"Rock and Ice Magazine: The Perfect Perfume".web.archive.org. 2008-02-15. Arkivjat minnl-oriġinal fl-2008-02-15. Miġbur2022-03-08.
  11. ^Koch, Amy Tara (2019-11-25)."Hut Skiing in the Dolomites: Storybook Scenery and Grappa Included" (bl-Ingliż). Miġbur2022-03-08.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Dolomiti&oldid=317225"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp