Cristofano Allori | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Firenze, 17 Ottubru 1577 |
Nazzjonalità | Gran Dukat tat-Toskana |
Grupp etniku | Taljani |
Mewt | Firenze, 1 April 1621 |
Familja | |
Missier | Alessandro Allori |
Għalliema | Alessandro Allori |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | pittur |
Post tax-xogħol | Firenze Ruma |
Xogħlijiet importanti | Giuditta b'ras Oloferne |
Moviment | Manjeriżmu |
Moviment artistiku | ritratt pittura reliġjuża |
Cristofano Allori (twieled f'Firenze fis-17 ta' Ottubru 1577 – miet f'Firenze fl-1 ta' April 1621) kien pitturTaljan, ibenAlessandro Allori.
Allori twieled f'Firenze u kien iben Maria u l-pittur Alessandro di Cristofano Allori, student u dixxiplu tal-pittur magħrufAgnolo di Cosimo, imlaqqam il Bronzino, li huwa l-laqam li missier Allori wiret mingħandu u li għadda lil ibnu. Alessandro, li wara l-mewt tal-imgħallem tiegħu fl-1572 u ta'Giorgio Vasari fl-1574 seta' jiftaħar li kien fost l-ewwel pitturi ta' Firenze u jgawdi kunsiderazzjoni kbira mill-qorti, daħħal lil ibnu jaħdem miegħu ta' età żgħira, u saħansitra fl-1590 Cristofano ffirma l-ewwel tila tiegħu, ir-Ritratt tal-Konti Ugo di Toscana. Taħt missieru tgħallem ħafna, u ddedika ruħu jikkopja t-tili ta'Raffaello u ta'fra Bartolomeo, jistudja x-xogħlijiet ta' il Bronzino, l-imgħallem ta' missieru, u ta'Ligozzi, u jimpenja ruħu fil-ħolqien tar-ritratti: dak ta'Francesco u Caterina de' Medici huwa tal-1596.[1]
Cristofano, li kien iħares lejn l-eżempji ta'Cigoli u ta'Santi di Tito, maż-żmien u mal-evolviment tal-gosti tiegħu beda jippreferi bixra u kuluri inqas jgħajtu, u beda jħossu mhux sodisfatt bil-metodu bħal ta'Michelangelo u l-kuluri biedra ta' missieru, u beda jirrifjuta l-kritiki li beda jħoss li kienu qed jiskreditawlu xogħlu. Min-naħa tiegħu, Cristofano "kien ta' żaqqu f'ommu, u kien jgħid li missieru fl-arti tal-pittura kien eretiku". Fil-fatt, fis-sena 1600, ma baqax jaħdem taħt missieru u mar ipitter taħtGregorio Pagani (1558-1605), esponent tal-iskola ta' Firenze tal-Manjeriżmu aħħari, li kien jipprova jgħaqqad il-kulur rikk tal-Venezjani mal-attenzjoni għad-disinn tipiku tal-Fjorentini.
Il-Beatu Manetto jfejjaq lil magħtub mutu huwa l-ewwelfrott tal-attività indipendenti tiegħu mhux marbut ma' missieru, li skontBaldinucci huwa rrappreżentat fil-figura tal-Beatu Manetto, "xwejjaħ xagħru abjad u b'daqna żgħira", u għalkemm ħareġ minn taħt Pagani, "il-pittura ma fiha xejn għajr ftit traċċit tal-istil ta' Gregorio: il-partijiet essenzjali, bħall-andament tal-kompożizzjoni u s-suġġett dens u mdawwal, juru r-rwol deċiżiv u tradizzjonalment rikonoxxut li Cigoli kellu f'din l-ewwel maturazzjoni ta' Cristofano" mingħajr ma wieħed jinsa s-"severità kkonċentrata" tal-uċuħ, tipika ta'Passignano.
Ix-xogħlijiet tiegħu huma distinti għall-aderenza stretta tagħhom man-natura u għad-delikatezza u l-perfezzjoni teknika tat-twettiq tagħhom. Il-ħila teknika ta' Cristofano toħroġ fid-dieher mill-fatt li xi kopji ta' pitturi ta'Correggio jidhru qishom magħmula minn Correggio stess. Ir-reqqa estrema għad-dettall illimitat l-għadd ta' xogħlijiet li wettaq; il-maġġoranza tagħhom jinsabu f'Firenze.
Il-kapulavur tiegħu x'aktarx li huwaGiuditta b'ras Oloferne. Din l-opra teżisti fi tliet verżjonijiet: waħda f'Palazz Pitti f'Firenze, it-tieni fil-Gallerija tar-Reġina f'Londra, ir-Renju Unit, u t-tielet f'kollezzjoni privata f'Arenzano fil-provinċja ta'Genova. Il-mudella għal Giuditta kienet il-maħbuba tiegħu,Maria di Giovanni Mazzafirri magħrufa bħalaMazzafirra, kortiġjana magħrufa għas-sbuħija tagħha. Hija rrappreżentata wkoll f'Maddalena u f'ritratt li jinsab fil-Mużew tal-Arti u l-Istorja ta'Ġinevra, l-Iżvizzera. Ras Oloferne titqies bħala awtoritratt ta' Allori li metaforikament "tilef rasu" wara l-isbuħija ta' Mazzafirra.[2]
Il-kittiebMichele Mari, fir-rumanz tiegħuRondini sul filo ("Ħuttaf fuq il-ħabel") tal-1999, jagħmel kemm-il darba referenza għar-ritratt ta'Giuditta b'ras Oloferne.