Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Charles J. Scicluna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Charles J. Scicluna
Assistant Secretary(en)Translate

13 Novembru 2018 -
President

20 Awwissu 2016 -
Mario Grech
arċisqof metropolitan ta ’Malta

27 Frar 2015 -
Pawlu Cremona
Dioceses:Arċidjoċesi ta' Malta
amministratur appostoliku

18 Ottubru 2014 - 27 Frar 2015
Dioceses:Arċidjoċesi ta' Malta
isqof titulari

6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015
Prosper Grech -George Bugeja(en)Translate
Dioceses:San Leone titular see(en)Translate
isqof awżiljarju

6 Ottubru 2012 - 27 Frar 2015
Dioceses:Arċidjoċesi ta' Malta
Ħajja
TwelidToronto, 15 Mejju 1959 (65 sena)
NazzjonalitàMalta
Grupp etnikuMaltin
Edukazzjoni
Alma materPontifical Gregorian University(en)Translate
LingwiTaljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoniteologu
għalliem fl-università
saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku
ImpjegaturiPontifical Gregorian University(en)Translate
Dicastery for the Doctrine of the Faith(en)Translate (13 Novembru 2018 -
Premjijiet

L-IsqofCharles Jude Scicluna (Toronto, il-Kanada, 15 ta’ Mejju 1959) huwa l-Arċisqof ta'Malta u membru fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015.

Bin Emanuel u Maria Carmela mwielda Falzon, Charles Jude wasal mal-familja tiegħu Malta fl-1960 u għal diversi snin kien joqgħod Ħal Qormi sakemm mar joqgħod Ħal Lija fl-1976.

Studji

[immodifika |immodifika s-sors]

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja San Sebastjan, Ħal Qormi, fl-Iskola Teknika San Ġużepp, Raħal Ġdid u fil-Kulleġġ Saint Edward’s, fil-Kottonera. Daħal għal kors tal-liġi fl-Università ta' Malta fl-1976 u iggradwa avukat fl-1984. Wara l-formazzjoni meħtieġa fis-Seminarju Maġġuri u l-Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali mill-Fakultà tat-Teoloġija, Tal-Virtù, ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons.Ġużeppi Mercieca, fil-11 ta’ Lulju1986.

Fl-istess sena Mons. Scicluna ntbagħat jistudja id-Dritt Kanoniku ġewwa l-Pontificia Università Gregoriana, f’Ruma u kiseb id-Dottorat fid-Dritt Kanoniku bi speċjalizazzjoni fil-Ġurisprudenza fl-1991.

Ħidma fil-Knisja

[immodifika |immodifika s-sors]

Wara l-istudji f’Ruma Mons Scicluna ħadem fuq it-Tribunal Metropolitan ta’ Malta bhala Difensur taż-Żwieg u kienukoll lecturer fit-Teoloġija Pastorali u fid-Dritt Kanoniku fl-Università ta’ Malta. Wettaqħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Ħ’Attard, San Girgor, Sliema, u fl-Iklin, Lija. Kien Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri bejn l-1994 u l-1995.

Fl-1995 ġie msejjaħ biex jaħdem fil-Vatikan fuq it-Tribunal Suprem tas-Sinjatura Apostolika bħala Promotur tal-Ġustizzja Sostitut.

Fl-1996 ġie nominat Postulatur fil-kawza tal-beatifikazzjoni u tal-kanonizzazjoni ta’ Dun Ġorġ Preca.

F’Ottubru2002 Mons. Scicluna inħatar Promotur tal-Gustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga u jkun prosekutur fuq il-każi l-iżjed gravi riżervati lill-Kongregazzjoni. Vjaġġa ħafna biex jagħti seminars dwar il-protezzjoni tal-minuri f’diversi komunitajiet lokali fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika, fl-Amerika u fl-Awstralja.

Mons. Scicluna kien lecturer fil-proċedura penali fil-Pontificia Università Gregoriana u kien jgħin bħala kappillan tas-Sorijiet ta’ Santa Briġida (Piazza Farenese, Ruma) u bħala konfessur fil-Venerabbli Kulleġġ Ingliż.

Isqof

[immodifika |immodifika s-sors]
Stemma

Fl-24 ta' Novembru2012 huwa kien ikkonsagrat Isqof mill-ArċisqofPawlu Cremona. Huwa Isqof Titulari ta' Leone, u Isqof Awżiljarju ta' Pawlu Cremona.

Sitt ijiem wara huwa ntgħażel mill-Vatikan biex jagħmel ħames snin oħra fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

F'April 2014 tqabbad mill-Vatikan biex jiġbor ix-xhieda tal-kleru f'allegati abbużi li saru fid-djoċesi Skoċċiża ta' St Andrews and Edinburgh.

Fit-18 ta' Ottubru 2014, inħatar Amministratur Appostoliku minn Papa Franġisku, responsabbli mit-tmexxija tal-Arċidjocesi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid wara r-riżenja ta' Mons. Pawlu Cremona.

F'Jannar 2015, inħatar President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jistudja l-appelli dwar offiżi serji minn reliġjużi. Il-Kulleġġ immexxi mill-Isqof Scicluna se jkollu erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet bħala membri, li se jistudjaw l-appelli imressqa quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

Arċisqof

[immodifika |immodifika s-sors]

Huwa nħatar Arċisqof ta' Malta minn Papa Franġisku fis-27 ta' Frar 2015. Huwa għamel l-Ingress solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina fil-21 ta' Marzu 2015.

L-Isqof Scicluna jidher spiss fuq it-televiżjoni Maltija u xi drabi anke dik barranija u għandu blogg. B'differenza miż-żewġ predeċessuri tiegħu, huwa jesprimi ruħu fuq diversi temi. Fir-Referendum tal-Kaċċa tal-2015 huwa esprima l-fehma tiegħu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Fil-kwistjoni tal-Iskema proposta mill-Gvern fejn barranin jixtru ċ-ċittadinanza huwa wera wkoll in-nuqqas ta' qbil tiegħu.

Ħoloq Esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Predeċessur
Pawlu Cremona
Arċisqof ta' Malta
2015–

Suċċessur
preżenti

Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Charles_J._Scicluna&oldid=304277"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp