Giovanni Antonio Canal (twieled fit-18 ta' Ottubru 1697 – miet fid-19 ta' April 1768)[1], magħruf l-iktar bħalaCanaletto ([kanaˈletto])[2], kien pitturTaljan mir-Repubblika ta'Venezja, u huwa meqjus bħala membru importanti tal-iskola Venezjana tas-seklu 18.
Huwa kien pittur tal-veduti fil-bliet, fosthom Venezja,Ruma uLondra, u kien ipitter ukoll veduti immaġinarji (imsejħa kapriċċi), għalkemm id-demarkazzjoni fix-xogħlijiet tiegħu bejn ir-realtà u l-immaġinarju qatt mhu ċar għalkollox. Huwa kien ukoll litografu importanti u kien juża t-teknika tal-inċiżjoni. Mill-1746 sal-1756 huwa ħadem fl-Ingilterra fejn pitter bosta veduti ta' Londra u ta' siti oħra inkluż il-Kastell ta' Warwick u l-Kastell ta' Alnwick. Huwa kellu suċċess kbir fl-Ingilterra, bis-saħħa tal-merkant u l-midħla tal-qasam BrittanikuJoseph Smith "il-Konslu", li kellu kollezzjoni kbira ta' xogħlijiet ta' Canaletto li nbigħu lir-ReĠorġ III fl-1762.[3]
Canaletto twieled f'Venezja u kien iben il-pitturBernardo Canal, u għalhekk kien jissejjaħ bil-mononimuCanaletto ("iż-żgħir tal-familja Canal"), uArtemisia Barbieri.[4] Canaletto għamel apprendistat ma' missieru u ma' ħuh bħala pittur tax-xeni teatrali. Meta kien jgħix f'Ruma huwa ħadem ma' missieru fil-produzzjoni tax-xenarji għal żewġ opri tal-kompożiturAlessandro Scarlatti,Tito Sempronio Greco uTurno Aricino, li saru fit-Teatru Catranica matul l-istaġun tal-karnival tal-1720.
Canaletto kien ispirat mill-vedutista RumanGiovanni Paolo Pannini, u beda jpitter il-ħajja ta' kuljum tal-belt u tan-nies tagħha.
Wara li rritorna minn Ruma fl-1719, huwa beda jpitter bl-istil topografiku tiegħu.[5] L-ewwel xogħol magħruf bil-firma u bid-data huwa dak ta'Kapriċċ Arkitettoniku (1723,Milan, f'kollezzjoni privata). Hu u jistudja ma'Luca Carlevarijs, pittur rinomat tal-pajsaġġi urbani, malajr sar kapaċi daqs l-għalliem tiegħu.[6]
Fl-1725, il-pitturAlessandro Marchesini, li kien ukoll ix-xerrej għall-kollezzjonista tal-arti minnLucca,Stefano Conti, kien tkixxef biex jixtri żewġ "veduti ta' Venezja" oħrajn, meta l-aġent ħeġġu jikkunsidra minflok ix-xogħol ta' "Antonio Canale... li qisu bħal ta' Carlevaris, iżda tista' tara x-xemx tiżreġ fihom".[7][8]
Il-biċċa l-kbira tal-arti bikrija ta' Canaletto pittirha "min-natura", u mhux bħal prassi tas-soltu ta' dak iż-żmien fejn il-pitturi kien isiru l-iktar fl-istudjo. Minkejja dan, uħud mix-xogħlijiet tiegħu li saru iktar tard, saru fil-fatt fi studjo, kif tissuġġerixxi t-tendenza li l-figuri 'il bogħod jitpittru bħala ċapep tal-kulur – effett li possibbilment kien jinħoloq bl-użu ta'camera obscura, li ċċajpar l-oġġetti iktar 'il bogħod – għalkemm ir-riċerka li saret mill-istoriċi tal-arti tal-Kollezzjoni Rjali fir-Renju Unit uriet li Canaletto kważi qatt ma użacamera obscura.[9]
Madankollu, il-pitturi tiegħu lkoll huma magħrufin għall-akkuratezza tagħhom: huwa rrappreżenta l-marea staġonali li tgħerreq lil Venezja fl-ilma u fis-silġ.[10]
Ix-xogħlijiet bikrin ta' Canaletto huma fost l-iktar imfittxija, u skont ħafna awtoritajiet huma l-aqwa xogħlijiet tiegħu. Waħda mill-opri bikrin tiegħu hija dik ta'Campo S. Vidal e Santa Maria della Carità (bl-Ingliż:The Stonemason's Yard; għall-ħabta tal-1725, il-Gallerija Nazzjonali, Londra) li turi żona umli tax-xogħol fil-belt. Din hija meqjusa bħala waħda mill-ifjen opri tiegħu u ġiet ippreżentata minn SirGeorge Beaumont fl-1823 u fl-1828.
Iktar 'il quddiem, Canaletto pitter xeni grandjużi tal-kanali ta' Venezja u tal-Palazz Dukali. Il-pajsaġġi fuq skala kbira kienu juru l-lussu u t-tradizzjonijiet tal-belt li kienu bdew jispiċċaw, u fihom Canaletto juża effetti atmosferiċi u kuluri lokali qawwijin b'mod innovattiv. Għal dawn il-kwalitajiet, jista' jingħad li x-xogħlijiet tiegħu antiċipaw l-Impressjoniżmu.
Bosta mill-pitturi tiegħu nbigħu lill-Ingliżi fil-Grand Tour tagħhom, l-ewwel permezz tal-aġenzija ta'Owen Swiny u mbagħad permezz tal-bankier Joseph Smith. Fl-aħħar tas-snin 20 tas-seklu 18 kien Swiny li ħeġġeġ lill-artist ipitter veduti topografiċi żgħar ta' Venezja li jappellaw kummerċjalment għat-turisti u l-viżitaturi barranin tal-belt. Xi żmien qabel l-1728, Canaletto beda l-assoċjazzjoni tiegħu ma' Smith, negozjant u kollezzjonista Ingliż li kien jgħix f'Venezja u li ġie maħtur bħala l-Konslu Brittaniku f'Venezja fl-1744. Smith iktar 'il quddiem sar l-aġent u l-patrun prinċipali tal-artist, u xtara kważi ħamsin pittura, mija u ħamsin tpinġija, u ħmistax-il inċiżjoni litografika rari mingħand Canaletto; l-ikbar u l-ifjen grupp uniku ta' xogħlijiet tal-artist, li Smith imbagħad biegħ lir-Re Ġorġ III fl-1763.[11]
Fis-snin 40 tas-seklu 18, is-suq ta' Canaletto ġie mfixkel meta l-Gwerra tas-Suċċessjoni Awstrijaka wasslet għal tnaqqis fl-għadd ta' viżitaturi Brittaniċi f'Venezja. Smith organizza wkoll il-pubblikazzjoni ta' sensiela ta' inċiżjonijiet litografiċi ta' "kapriċċi" (jew fantażiji arkitettoniċi) fil-veduti ideali tiegħu, iżda l-qligħ ma kienx għoli biżżejjed, u fl-1746 Canaletto mar jgħix f'Londra, sabiex ikun eqreb tas-suq tiegħu.[12]
Fl-Ingilterra, bejn l-1749 u l-1752 Canaletto għex f'41 Beak Street fid-distrett ta' Soho f'Londra.
Huwa baqa' l-Ingilterra sal-1755, u pproduċa veduti ta' Londra (inkluż diversi veduti tal-Pont ta' Westminster, li tlesta matul is-soġġorn tiegħu) u tad-djar u tal-kastelli tal-patruni tiegħu. Dawn kienu jinkludu d-Dar ta' Northumberland għal SirHugh Smithson, li biż-żwieġ iktar 'il quddiem sar it-tieni Earl ta' Northumberland; u l-Kastell ta' Warwick għalLord Brooke, li iktar 'il quddiem sar l-ewwel Earl ta' Warwick. Smithson kien wieħed mill-kummissarji tal-Pont ta' Westminster, u ma kinitx xi ħaġa "impossibbli" li kien hu li ħeġġeġ lil Canaletto jmur l-Ingilterra biex ipitter il-bidu tal-ħajja tal-pont. Il-pittura tiegħu tal-1754 tal-Pont l-Antik ta' Walton tinkludi immaġni ta' Canaletto nnifsu.[13]
Huwa spiss kien mistenni jpitter l-Ingilterra bl-istess mod kif kien pitter il-belt fejn twieled. Il-pittura ta' Canaletto bdiet tbati mir-ripetizzjoni, bdiet titlef il-fluwidità tagħha, u bdiet issir mekkanika sal-punt li l-kritiku tal-arti IngliżGeorge Vertue ssuġġerixxa li r-raġel li kien qed ipitter bl-isem ta' "Canaletto" kien impustur. Dan seta' kien marbut mal-fatt li n-neputi ta' Canaletto,Bernardo Bellotto, kien qed juża l-laqam ta' zijuh ukoll; jew x'aktarx minħabba l-għajdut li kien infirex minn negozjanti tal-arti bla skrupli li kienu qed ibigħu kopji tax-xogħlijiet ta' Canaletto u kienu anzjużi li jarawh jerġa' lura f'Venezja. L-istorikuMichael Levey iddeskriva x-xogħol tiegħu minn dan il-perjodu bħal "inibit".[14]
Sabiex jiċħad dan l-għajdut, l-artist b'reklami f'gazzetta stieden lil "kwalunkwe Ġentlom" jispezzjona l-aħħar pittura tiegħu tal-Park ta' San Ġakbu fl-istudjo tiegħu f'Silver Street (issa Beak Street) qrib il-Golden Square; madankollu, ir-reputazzjoni tiegħu qatt ma rkuprat għalkollox matul ħajtu.[15]
Wara li reġa' lura f'Venezja, Canaletto ġie elett fl-Akkademja Venezjana fl-1763 u nħatar bħala pirjol tal-Kulleġġ tal-Pitturi (bit-Taljan:Collegio dei Pittori). Huwa kompla jpitter samewtu fl-1768. Lejn l-aħħar ta' ħajtu spiss kien jaħdem abbażi ta' skizzi antiki, iżda xi kultant kien jipproduċi kompożizzjonijiet ġodda sorprendenti. Huwa kien lest jagħmel alterazzjonijiet sottili fit-topografija biex joħloq effett artistiku.
Joseph Smith biegħ il-biċċa l-kbira tal-kollezzjoni tiegħu lir-Re Ġorġ III, u b'hekk ħoloq il-maġġoranza tal-kollezzjoni l-kbira ta' xogħlijiet ta' Canaletto f'idejn il-Kollezzjoni Rjali. Fl-1762, ir-Re Ġorġ III ħallas £20,000 għall-kollezzjoni tal-Konslu Smith ta' 50 pittura u 142 tpinġija. Hemm bosta eżempji tax-xogħlijiet tiegħu f'kollezzjonijiet Brittaniċi oħra, inkluż 19 fil-Kollezzjoni ta' Wallace u sett ta' 24 fil-kamra tal-pranzu fl-Abbazija ta' Woburn. Sett kbir ta' xogħlijiet ta' Canaletto kien parti wkoll mill-kollezzjoni tal-Earls ta'Carlisle, madankollu ħafna ntilfu fin-nirien tal-1940 li ħakmu l-Kastell ta' Howard u oħrajn inbigħu matul l-aħħar seklu. Fost dawk li qabel kienu fil-kollezzjoni ta' Carlisle hemmIl-Baċir ta' San Mark: lejn il-Lvant, li issa jinsab fil-Mużew tal-Belle Arti ta'Boston, l-Istati Uniti (inbigħ fl-1939) u l-parDaħla sal-Canal Grande mill-Moll, Venezja uIl-Pjazza ta' San Mark, Venezja, li issa jinsab fil-Gallerija Nazzjonali tal-Arti ta'Washington DC (inbigħ fl-1938). L-aħħar veduta Venezjana importanti fil-Kastell ta' Howard saret minn Bernardo Bellotto,Veduta tal-Canal Grande min-Nofsinhar tal-Palazzo Foscari, li nbigħet minn Sotheby's f'Lulju 2015 għal £2.6 miljun.
Il-veduti ta' Canaletto dejjem inbiegħu għal prezzijiet għoljin, u diġà fis-seklu 18Katarina l-Kbira u monarkiEwropej oħra kienu jikkompetu għall-aqwa pitturi tiegħu. Il-prezz rekord f'irkant għal pittura ta' Canaletto huwa ta' £18.6 miljun għall-Veduta tal-Canal Grande minn Palazzo Balbi lejn ir-Rialto, li nbigħet minn Sotheby's f'Londra f'Lulju 2005.
^Haldane MacFall (20 September 2004).A History of Painting: Later Italians and Genius of Spain Part Three. Kessinger Publishing. ISBN978-1-4179-4508-5.
^Betsy Dru Tecco.Pk:how to Draw Italy. PowerKids Press. ISBN978-0-8239-6686-8.
^Constable, W.G (1962).Canaletto, Giovanni Antonio Canal 1697-1768, Volume One: Life and Work, The Plates. Oxford, Clarendon Press. p. 9. ISBN0198173245.
^J.G. Links,Canaletto and his patrons, Granada Publishing/Paul Elek Ltd., London 1977, p. 1.
^Hannah Furness, 'Royal Collection uses infrared to prove Canaletto did not trace his drawings' inThe Daily Telegraph
^C. A. Fletcher; T. Spencer (14 July 2005).Flooding and Environmental Challenges for Venice and its Lagoon: State of Knowledge. Cambridge University Press. ISBN978-0-521-84046-0.