Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Bitcoin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Bitcoin (simbolu:฿; kodiċi:BTC jewXBT) hu munita elettronika maħluqa fl-2009 minn persuna jew persuni anonimi magħrufin bil-laqamSatoshi Nakamoto. L-isem Bitcoin jirreferi wkoll għas-software bis-sors miftuħ iddisinjat biex jimplementa l-protokol ta' komunikazzjoni u għax-xibkapeer-to-peer li tirriżulta minnu.

Kontra l-parti l-kbira tal-valuti tradizzjonali, il-Bitcoin ma tużax awtorità ċentrali. Tuża bażi ta' dejta mifruxa fost in-nodi tax-xibka li jżommu kont tat-tranżazzjonijiet u tuża l-krittografija biex timplementa l-karatteristiki l-iżjed importanti pereżempju: sid leġitmu biss jista' jonfoq, u ma jistax jonfoq l-istess bitcoins iżjed minn darba.

Il-Bitcoin hi maħsuba biex ikun hemm pussess u trasferiment anonimu tal-muniti. Il-bitcoins jistgħu jiġġemmgħu fuq kompjuter personali taħt forma ta' "portafoll" jew jinżammu minn terzi parti li jagħmluha ta' bank. F'kull każ il-bitcoins jistgħu jiġu trasferiti fuq l-Internet bejn kull min għandu "indirizz tal-bitcoin". Minħabba l-istrutturapeer-to-peer tax-xibka tal-bitcoin u nuqqas ta' entità ċentrali l-ebda awtorità, governattiva jew le, ma tista' timmanipula l-valur tal-bitcoin jew iddaħħal l-inflazzjoni.

Ekonomija

[immodifika |immodifika s-sors]
Grafiku tar-rata tal-kambju mad-dollaru American

Il-valur totali tal-ekonomija tal-Bitcoin, ikkalkulat f'Diċembru tal-2012 kien ta' madwar 140 miljun dollaru Amerikan[1], f'April tal-2013 1.4 biljun dollaru[2], f'Novembru tal-2013, bil-kambju 1Bitcoin=540USD, il-valur reġa' tela' għal iżjed minn 6 biljun dollaru[3].

L-ekonomija bbażata fuq il-bitcoin għadha żgħira ħafna, imqabbla mal-ekonomiji li ilhom stabbiliti għal żmien twil, u s-software għadu fi stat ta'verżjoni beta, ma dan kollu hemm xi bejgħ u servizzi reali li diġà jaħdmu bil-bitcoin, pereżempju, karozzi użati jew kuntratti għall-iżvillup tas-software. Il-bitcoins jiġu aċċettati kemm għal servizz fuq-il-linja u kemm għal merkanzija tanġibbli[4].

Diġà hemm xi kumpanniji kbar li jaċċettaw ħlas bil-Bitcoin, pereċempju CheapAir.com, WordPress, Reddit, u OkCupid u wieħed jista' wkoll jixtri minn siti kbar bħalAmazon ueBay permezz ta' xi intermedjarji. Hemm ukoll għadd kbir ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jaċċettaw donazzjonijiet bil-bitcoin; fosthom insibu l-Electronic Frontier Foundation[5],The Pirate Bay[6], is-Singularity Institute[7]u l-Associazione Luca Coscioni[8]. Xi negozjanti, bl-użu ta' siti speċjali ta' skambju, jippermettu il-bdil tal-Bitcoin f'diversi muniti, fosthom id-dollaru Amerikan, l-ewro, ir-rublu Russu u l-jen Ġappuniż[9].

Kulħadd jista' jivverifika l-katina ta' blokki u josserva it-tranżazzjonijiet f'ħin reali. Hemm diversi servizzi disponibbli biex jiffaċilitaw dawn l-operazzjonijiet.[10][11]

Differenzi mal-muniti legali

[immodifika |immodifika s-sors]
Proġezzjoni tal-Bitcoins totali maż-żmien

Bil-kontra tal-valuti legali, il-Bitcoin għandha l-karatteristika li ħadd ma jista' jikkontrolla l-valur tagħha minħabba n-natura deċentralizzata ta' kif inħalqet.[12][13]. Fil-każ tal-Bitcoin l-għadd tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni hi limitata minn qabel, għalhekk hi għall kollox prevedibbli u mela magħrufa minn dawk li jinqdew biha minn qabel[14]. L-inflazzjoni tal-valuta fiċ-ċirkulazzjoni għalhekk ma tistax tintuża minn entità ċentrali biex tirridistribwixxi il-ġid bejn l-utenti.

It-trasferimenti huma definiti bħala bdil tal-proprjetà tal-valuta, u jsiru mingħajr il-ħtieġa ta' entità esterna li tagħmilha ta' kontrollatur bejn il-parti. Dan il-mod ta' interskambju jagħmilha impossibbli li xi ħadd jannulla t-tranżazzjoni u hekk jerġa' jieħu lura l-flus li jkunu saru ta' ħadd ieħor. Il-klijent tal-bitcoin jittrażmetti għan-nodi l-iżjed qribu u dawn min-naħa tagħhom jippropagaw il-ħlas max-xibka. Tranżazzjonijiet invalidi jew bil-qerq jiġu imċaħħda min-nodi onesti. It-tranżazzjonijiet huma bażikament b'xejn, iżda hu maħsub li se jkun hemm ħlas ta' kummissjoni meta wieħed ikun irid jiġi l-ewwel fl-ipproċessar tat-tranżazzjoni min-nodi differenti.[14]

L-għadd totali tal-bitcoins jersaq asintotikment għal-limtu ta' 21 miljun. Id-disponibbiltà ta' flus ġodda tikber bħalserje ġeometrika kull 4 snin; fl-2013 kien hemm ġenerat nofs il-flus li jista'jkun u sal-2017 ħa jkun hemm tliet kwarti. Meta noqorbu lejn dik id-data, jekk nassumu li t-talba għall-bitcoin tikber iżjed minn proporzjonalment b'rispett tad-disponibbiltà tagħha, il-bitcoin x'aktarx ikollha deflazzjoni fil-valur (jiġifieri żieda fil-valur reali) bis-saħħa tal-iskarsità tal-munita l-ġdida. Iżda il-bitcoins huma diviżibbli sat-tmiem ċifra deċimali (u mela b'total ta' 2.1 x 1015 unità), u hekk jista' jkun hemm aġġustamentm komplet tal-valur f'ambjent deflazzjonistiku.[15]. Skont l-iżviluppaturi, f'ambjent ta' skarsità ta' bitcoins in-nodi minflok jiffinanzjaw ruħhom bil-ħolqien ta' bitcoins ġodda u jaqalgħu mill-ħila tagħhom li jagħmlu t-tranżazzjonijiet u hekk jikkompetu fuq il-prezzijiet u jżommuhom baxxi.[14]

Jipprevedu tliet xenarji fejn il-Bitcoin tista' tfalli: l-iżvalutazzjoni tal-munita, tnaqqis kbir fin-numru ta' utenti, jew attakk frontali fuq is-sistema minn xi gvernijiet. Mhux possibbli li jiġu pprojbiti l-flus diġitali bħall-Bitcoin kollha.[16]>Id-deċentralizzazzjoni u l-anonimità li jagħmlu parti intrinsika mill-Bitcoin nistg]u narawhom bħala reazzjoni kontra l-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-azjendi li jaħdmu fl-ambitu tal-flus elettroniċi bħale-gold uLiberty Dollar.[17] L-artiklu ta' Danny O'Brien ippubblikat fl-The Irish Times jgħid li "Meta 'l xi ħadd turih il-Bitcoin, jistaqsik 'Imma din legali?'" u 'Dan x'imbroll?' Nimmaġina li hemm avukati u ekonomisti li qegħdin ifittxu li jagħtu risposta għal din il-mistoqsija li mhijiex sempliċi. Nissusspetta li l-lista tan-nies li qegħdin ifittxu tweġiba għal din-domanda dalwaqt inżidu magħha l-leġiżlaturi."[16]

Fi Frar tal-2011, wara li ssemmiet fuqSlashdot u l-effett Slashdot li kkawża dan kien riperkussjonijiet fuq il-valur tal-Bitcoin u fuq il-funzjonament tajjeb ta' xi siti prinċipali marbution magħha.[18][19]

Teknoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]
Programm tal-Bitcoin jaħdem fuq Windows 7

IlBitcoin hi implementazzjoni peer-to-peer tal-b-money proposta minn Wei Dai u minnBitgold proposta minn Nick Szabo. Il-prinċipji tas-sistema huma deskritti fid-dokument ta' Satoshi Nakamoto, ippubblikat fl-2008.[14]

Il-Bitcoin hi bbażata fuq it-trasferiment tal-flus bejn kontijiet pubbliċi permezz tal-krittografija asimmetrika (b'ċavetta pubblika). It-tranżazzjonijiet huma kollha pubbliċi u jiġu memorizzati f'bażi tad-dejta mifruxa li tintuża biex tikkomfermahom u biex tiżgura li wieħed jonfoq l-istess flus darbtejn.

Kull persuna li tieħu sehem fix-xibka tal-Bitcoin ikollha portafoll li jkun fih numru arbitrarju ta' pari ta' ċwievet krittografiċi. Iċ-ċwievet pubbliċi, jew "indirizzi tal-bitcoin", iservu ta' punti tal-ħruġ u dħul għall-pagamenti kollha. Iċ-ċavetta privata li tikkorispondi magħhom tawtorizza l-pagament għal ċertu utent biss. L-indirizzi ma fihomx informazzjoni dwar il-proprjetarji tagħhom u huma min-natura tagħhom anonimi.[15] L-indirizzi huma sensiela każwali ta' numri u ittri b'tul medju ta' 33 karattru, li dejjem tibda bin-numru 1, bil-forma175tWpb8K1S7NmH4Zx6rewF9WQrcZv245W. L-utenti jistgħu jkollhom numru arbitrarju ta' indirizzi tal-Bitcoin, u infatti wieħed jista' jiġġenera kemm irid billi l-ġenerazzjoni tagħhom ma tqumx ħafna żmen tal-kalkolu (ekwivalenti għall-ġenerazzjoni ta' par ċwievet pubblika/privata) u ma teħtieġ l-ebda kuntatt ma' nodi oħra tax-xibka. Il-ħolqien ta' par ċwievet ġdid għal kull tranżazzjoni jgħin biex jinżamm l-anonimat.

It-tranżazzjonijiet

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-bitcoins għandhom magħhom iċ-ċavetta pubblika ta' sidhom (jiġifieri l-indirizz). Meta utentA jrid jittrasferixxi l-flus lill-utentB jagħtihom iċ-ċavetta pubblika ta' B (l-indirizz tiegħu) u jiffirmahom biċ-ċavetta privata tiegħu.[20] Imbagħad jittrażmetti dawn il-flus max-xibka peer-to-peer f'messaġġ apposta, it-"tranżazzjoni". Il-bqija tan-nodi jivvalidaw il-firem krittografiċi u l-ammont tal-flus qabel jaċċettawhom.

Il-katina ta' blokki u konfermi

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-katina prinċipali (bl-iswed) tikkonsisti fl-itwal sensiela ta' blokki mill-ewwel (bl-aħdar) sal-blokka kurrenti. Il-blokki orfni (bil-vjola) jeżistu barra mill-katina prinċipali.

Biex ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-istess flus jintefqu iżjed minn darba, ix-xibka timplementa dik li Satoshi Nakamoto jiddeskrivi bħala "server ta' markatura orarja peer-to-peer",[21], li jassenja identifikaturi sekwenzjali lil kull waħda mit-tranżazzjonijiet li imbagħad jissaħħu kontra attentati ta' bdil bl-użu tal-idea ta' katina ta' xhieda ta' xogħol (li jidhru fil-Bitcoin bħala "konfermi").

Kull darba li ssir tranżazzjoni, din tibda billi tidher bħala "mhux konfermata". Dan l-iststus jirrifletti l-probabbiltà li tista' titreġġa' lura b'suċċess fil-każ ta' attentat apposta. Kull tranżazzjoni mxandra lin-nodes l-oħra ma ssirx "konfermata" sakemm ma tiġix verifikata f'lista ta' markatura orarja, immaneġġatat kollettivament tat-tranżazzjonijiet magħrufa kollha, il-"katina tal-blokki".

B'mod partikolari, kull nodu "ġeneratur" jiġbor it-trażazzjonijiet mhux konfermati kollha li jaf bihom ġo fajl magħruf bħala "blokk",[22] li jirreferi għat-tranżazzjonijiet riċenti kollha kif ukoll għall-aħħar blokk validu li jaf bih dak in-nodu. Imbagħad jipprova joħloq hash krittografiku ta' dak il-blokk b'ċerti karatteristiki, sforz li jeħtieġ fil-medja numru definibbli ta' provi. Meta nodu jsib soluzzjoni, iħabbarha lill-bqija tan-nodi. Il-peers li jirċievu il-blokk ġdid riżolt, jivvalidawh qabel ma jaċċettawh u jżiduh mal-katina.

Meta tranżazzjoni tiġi ammessa għall-ewwel darba fi blokk, tirċievi konferma. Kull darba li mill-blokk jinħolqu blokki ulied oħra marbutin miegħu, jirċievi konferma oħra għal kull blokk. Meta l-blokk li fih it-tranżazzzjoni jkollu sitt konfermi, jiġiefi jkunu nħolqu sitt blokki marbutin miegħu, il-client Bitcoin jibdel l-istat tat-tranżazzjoni minn "mhux konfermata" għal "konfermata". Il-motivazzjoni għal din il-proċedura hi li ma' kull konferma tat-tranżazzjoni, jiġifieri ma kull blokk ġdid li jinħalaq barra l-blokk bit-tranżazzjoni stess, ftit ftit isir iżjed diffiċli u jqum iżjed biex wieħed ixxejjen it-tranżazzjoni. Attakkant ipotetiku, biex jannulla tranżazzjoni b'ċertu numru ta' konfermi, ikollu jiġġenera katina parallela mingħajr it-tranżazzjoni li jrid ixejjen u magħmula min-numru ta' blokki daqs jew ogħla mill-konfermi rċevuti mit-tranżazzjoni.

Fl-aħħar, il-katina tal-blokki jkun fiha l-istorja tal-movimenti kollha tal-bitcoins kollha ġenerati mill-indirizz ta' min ħalaqhom sal-indirizz tal-propjetarju attwali.[23] Allura, jekk xi utent jipprova jerġa' juża muniti li diġà intużaw, ix-xibka tirrifjuta t-tranżazzjoni.

L-istorja kollha tat-tranżazzjonijiet trid tinħażen ġewwa il-bażi tad-dejta tal-katina tal-blokki, li tikber kontinwament iżjed ma jiżdiedu r-records li qatt ma jitħassru. Is-sistema hi mfassla b'ċertu mod li xi utenti jeħtieġu il-bazi tad-dejta sħiħ biex jużaw il-Bitcoin - xi utenti jkollhom bżonn biss il-parti mill-bażi tad-dejta li għandha x'taqsam mal-muniti li għandhom jew jista' jkollom fil-ġejjieni. Bħalissa il-bażi għadha żgħira (less than 200 MB as of April 2011) u l-utenti kollha tas-software tal-Bitcoin jirċievu l-bażi sħiħa fuq ix-xibka peer-to-peer malli jħaddmu s-software għall-ewwel darba.

Nakamoto fassal is-sistema b'mod li, minkejja li l-bażi tad-dejta tikber maż-żmien, ikun possibbli li jkollu verżjoni ridotta li tħares fid-dettal lejn xi ftit tranżazzjoniet biss, imma li tibqa' kompletament verifikabbli b'mod indipendenti. Pereżempju, għal utent privat jista' jkun interessanti li jkollu il-katina tal-blokki bit-tranżazzjonijiet li għandu x'jaqsam magħhom biss. Jew inkella jkun jixtieq inaddaf mill-bażi it-tranżazzjonijiet kollha li r-riżultati tagħhom jkunu diġà intużaw f'tranżazzjonijiet oħra, u hekk inaqqas ħafna id-daqs tal-bażi.

Il-ġenerazzjoni tal-Bitcoin

[immodifika |immodifika s-sors]

Ix-xibka tal-Bitcoin toħloq u tqassam b'mod kompletament każwali ċertu ammont ta' flus xi sitt darbiet fis-siegħa, lil dawk li jħallu miftuħa l-għażla "iġġenera l-Bitcoin" fil-client tagħhom. L-attività tal-ġenerazzjoni tal-Bitcoin spiss tissejjaħ "mining", terminu analogu għalgold mining (estrazzjoni tad-deheb).[14]

Il-probabbiltà li ġertu utent jirċievi l-flus jiddependi mal-qawwa komputazzjonali li jżid lix-xibka, mqabbla mal-qawwa komputazzjonali tax-xibka sħiħa.[24] Fil-bidu il-client uffiċjali kien jippermetti l-estrazzjoni tal-Bitcoin, billi wieħed jisfrutta s-CPU biex jaħdem il-kalkoli; meta żdiedet il-qawwa totali tal-kalkolu, din il-possibbiltaà ma baqgħetx meħtieġa, u anki mhux ekonomika, u tneħħiet. Illum jeżistu programmi li fil-bidu kienu jifruttaw il-qawwa tal-GPU (Graphics Processing Unit) biex jaħdmu l-kalkoli, u issa iżjed u iżjed jiddependu saru jiddependu minn sistemi dedikati (Field Programmable Gate Array, FPGA, u Application specific integrated circuit, ASIC).

In-numru ta' bitcoins maħluqin għal kull blokk fil-bidu kien 50; dan in-numru hu pprogrammat biex jonqos maż-żmien, isir nofs madwar kull 4 snin, sa kemm jasal sa żero, b'mod li qatt ma jkunu nħalqu iżjed minn 21 bitcoin b'kollox.[15] Mill-28 ta' Novembru 2012, il-ħlas niżel għal 25 BTC kull blokk[25], u hekksar għaal-4 snin ta' wara. Iżjed mal-ħlas jonqos maż-żmien, l-utenti jsiru iżjed motivati li jikkontribwixxi bil-ħila tagħhom għall-kalkoli tan-nodi li jiġġenerw blokki u jaqilgħu mill-flus tat-tranżazzjoni.

In-nodi kollha tax-xibka jikkompetu biex ikunu l-ewwel li jsibu soluzzjoni g]all-problema krittografika li tirrigwarda blokk kandidat, problema li teħtieġ numru kbir ta' tentattivi. Meta nodu jsib soluzzjoni valida, iħabbarha lil bqija tax-xibka u jitlob il-proprjetà ta' blokk ġdid ta' bitcoins. Il-peeers li jirċievu s-soluzzjoni tal-blokk ġdid jivverifikawha qabel ma jaċċettawha u mbagħad iżiduha mal-katina. In-nodi jistgħu jużaw is-CPU tal-client jew jipprofittaw mis-CPU tagħhom permezz ta' software iżjed sofistikat.[15][26][27] L-utenti jistgħu ukoll jiġġeneraw bitcoin b'mod kollettiv billi jissieħbu f'mining pool.[28]

Mill-punto di vista operattiv, il-mining mhux ħlief operazzjoni li tikkonsisti fis-sejba ta' soluzzjoni ta' problema matematika: identifika numru li l-hash SHA-256[29] tal-blokk hu inqas minn livell mogħti (diffikultà varjabbli). Infatti biex blokk jiġi ġġenertat kull 10 minuti, kull nodu b'mod individwali jimmodifika d-diffikultà tal-problema li jipprova jssolvi kull ġimgħatejn, skont il-kapaċità komputazzjonali tax-xibka peer-to-peer.

Spejjeż tat-tranżazzjonijiet

[immodifika |immodifika s-sors]

Billi n-nodi mhumiex obbligati li jinkludu t-tranżazzjoniet fil-blokki li jiġġeneraw, min jibgħat bitcoin jista' jħallas minn jeddu taxxa ta' trasferiment. Meta jagħmel hekk il-veloċità tat-trasferiment tiżdied u toffri inċentiv lill-utenti biex iżommu n-nodi attivi, speċjalment meta d-diffikultà fil-ġenerazzjoni tan-nodi tiżdied jew il-kwantità fil-premju għal kull blokk jonqos maż-żmien. In-nodi jiġbru t-taxxi tat-tranżazzjoni assoċjati mat-tranżazzjonijiet kollha preċenti fil-blokk dedikat tagħhom.[15]

Il-Bitcoin fuq il-media

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-Bitcoin isemmiet fuq siti mferrxin fil-wisa' bħalSlashdot[30] u r-rubrika teknika ta'Time.[31]

L-aħbar li il-kolossu tal-bloggsAutomattic adotta, mill-15 ta' Novembru 2012, il-Bitcoin bħala metodu ta' ħlas biex jevita l-imblokk għal iżjed minn 60 pajjiż adottat minnPayPal u mill-karti tal-kreditu, kellha ħafna prominenza fuq il-media internazzjonali[32].

Fit-Tribeca Film Festival ta' New York fit-23 ta' April 2014 inwera għall-ewwel darba il-film dokumentarjuThe Rise and Rise of Bitcoin, kronaka tal-Bitcoin mit-twelid tagħha sal-esplużżjoni fil-kobor tagħha fl-2013.[33]

Xi kandidati politiċi fl-Istati Uniti, fosthom il-kandidat Kongressjonali Demokratiku għal New York City, Jeff Kurzon qalu li jaċċettaw donazzjonijiet għall-kampanja tagħhom bil-Bitcoin.[34]

Implementazzjonijiet alternattivi

[immodifika |immodifika s-sors]

Minħabba l-karatteristikimiftuħin tal-protokol u tas-software oriġinali miktub mill-kreatur tas-sistema Bitcoin, maż-żmien inħolqu programmi u libreriji li jimplementaw il-protokol tal-Bitcoin b'mod indipendenti. Dawn l-implementazzjonijiet sikwit ikunu maħsubin biex jissemplifikaw l-użu tal-Bitcoin, pereżempju biex tħalli 'l-utent li jirċievi tranżazzjonijiet mingħajr ma jkollu jħott il-katina sħiħa tal-blokki, jew iħottha f'verżjoni ridotta. Xi tipi ta' software oħra qegħdin biex jaqbdu mal-client oriġinali biex jestendulhu l-funzonijiet jew jagħmluh iżjed faċli għall-użu. ħginale per estenderne le funzioni o per agevolarne l'uso. Oħrajn huma maħsuba biex jintużaw fuq sistemi li fuqhom il-client oriġinali ma jistax jiġi eżegwit.

Din hi lista ta' tipi ta' software li jimplementaw f'varji forom il-protokol tal-Bitcoin:

  • Armory: Dan il-programm jaqbad mal-klient oriġinali u jestendilhu l-funzjonalità, u hekk jiggarantixxi livell ogħla ta' kontroll fuq it-tranżazzjonijiet.
  • MultiBit: Dan client jniżżel verżjoni ridotta tal-katina tal-blokki, li tnaqqas ħafna iż-żminijiet ta' sinkronizzazzjoni u l-ispazju ta' arkivjazzjoni tal-client oriġinali b'kompromess minimu fil-livell ta' sikurezza.
  • Bitcoin Wallet: Bħala prinċipju simili għal MultiBit, imma miktub għall-ismartphones li għandhom is-sistema operattivaAndroid uBlackBerry.
  • Electrum: Din tirreferi għal par programmi bbażat fuq approċċ client/server. L-utenti jużaw programm tal-client li bih meta jaqbdu ma' server f'eżekuzzjoni fuq magna differenti jkunu jistgħu jaraw it-tranżazzjonijiet tagħhom u joħolqu oħrajn ġodda. B'differenza mill-approċċi l-oħra, din is-sistema teħtieġ li min jesegwixxi l-client ikollu ċertu livell ta' fiduċja fis-server li jqabbad miegħu.
  • BitCoinJ: Dan implementazzjoni bil-lingwaġġ Java żviluppat minn Mike Hearn, inġinier ma'Google.[35]
  • bitcoin-js-remote, hu interfaċċja għall-uttenti permezz tal-web żviluppata bil-JavaScript għad-daemon uffiċjali tal-Bitcoin.[36]
  • libbitcoin: komunità, librerija u għodda b'sors miftuħ għall-iżvilupp ħieles tal-Bitcoin

Noti u referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. Statistika fuq Blockchain.info
  2. Bloomberg, Bitcoin Really Is an Existential Threat to the Modern Liberal State
  3. Live Bitcoin market capitalization by Bitstamp
  4. Bitcoin Trade
  5. Pagina delle donazioni per EFF
  6. The Pirate Bay Now Accepts Bitcoin Donations daTorrentFreak
  7. "SIAI donation page". Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-03-17. Miġbur2013-11-23.
  8. "Archive copy". Arkivjat minnl-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur2013-11-23.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  9. "Bitcoin Charts". Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-06-04. Miġbur2013-11-23.
  10. bitcoinwatch.com
  11. bitcoinmonitor.com
  12. "Bitcoin FAQ Italiano". Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-05-10. Miġbur2013-11-23.
  13. Bitcoin FAQ
  14. 12345Nakamoto Satoshi,Bitcoin: A Peer-to-Peer Electronic Cash System
  15. 12345=Nathan Willis,Bitcoin: Virtual money created by CPU cycles
  16. 12Danny O'Brien,Imagine your computer as a wallet full of Bitcoins, The Irish Times
  17. Observations on the Digital Currency Industry Herpel, Mark, 2010
  18. Online-Only Currency Bitcoin Reaches Dollar Parity viaSlashdot.
  19. "Bitcoin Charts". Arkivjat minnl-oriġinal fl-2011-02-02. Miġbur2013-11-23.
  20. Transactions - Bitcoin
  21. Fil-white paper tiegħu, Nakamoto kiteb: ".... nipproponu soluzzjoni għall-problema tal-infiq dobbju premezz ta' server ta' markatura orarja peer-to-peer biex tiġi ġġenerata prova komputazzjonali tal-kronoloġika ta-tranżazzjonijiet".
  22. Bitcoin Wiki: Block Hashing Algorithm
  23. Bitcoin Block Explorer
  24. The FED’s Real Monetary Problem, Thomas Luongo,
  25. DiabloMiner, OpenCL miner for BitCoin
  26. poclbm, Python OpenCL bitcoin miner
  27. Bitcoin Pooled Mining
  28. Secure Hash Algorithm
  29. Online-only currency reached Dollar parity
  30. Online Cash Bitcoin Could Challenge Governments, Banks
  31. Kanal teknoloġiku ta'Le Monde
  32. Google Engineer Releases Open Source Bitcoin Client
  33. bitcoin-js-remote

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Bitcoin&oldid=316466"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2026 Movatter.jp