Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Alcalá de Henares

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alcalá de Henares
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainKomunità ta' Madrid
Kap tal-GvernJudit Piquet Flores(mul)Translate
Isem uffiċjaliAlcalá de Henares
Ismijiet oriġinaliAlcalá de Henares
Kodiċi postaliE 28800-28807
Ġeografija
Koordinati40°28′55″N3°21′51″W / 40.481815°N 3.364305°W /40.481815; -3.364305Koordinati:40°28′55″N3°21′51″W / 40.481815°N 3.364305°W /40.481815; -3.364305
Alcalá de Henares is located in Spain
Alcalá de Henares
Alcalá de Henares
Alcalá de Henares (Spain)
Superfiċjenti88 kilometru kwadru
Għoli588 m
Fruntieri ma'Anchuelo(en)Translate,Daganzo de Arriba(en)Translate,Meco(en)Translate,San Fernando de Henares(en)Translate,Torrejón de Ardoz(en)Translate,Torres de la Alameda(en)Translate,Villalbilla(en)Translate,Camarma de Esteruelas(en)Translate,Azuqueca de Henares(mul)TranslateuLos Santos de la Humosa(en)Translate
Demografija
Popolazzjoni200,702 abitanti (2024)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon91
Żona tal-ĦinUTC+1uUTC+2
bliet ġemellatiAlba Iulia,Lublin,Plaza de la Revolución,Peterborough,Talence,Belt ta' Guanajuato,Azul,Lebrija,Montauban,El TobosouEdchera
ayto-alcaladehenares.es

Alcalá de Henares (pronunzja bl-Ispanjol: [alkaˈla ðe eˈnaɾes]) hija beltSpanjola fil-Komunità ta' Madrid. Tul ix-xmaraHenares, il-belt tinsab 35 kilometru (22 mil) fil-Grigal taċ-ċentru ta'Madrid. Skont iċ-ċensiment tal-2018[1], il-belt għandha popolazzjoni ta' 193,751 ruħ, u b'hekk hija t-tielet l-iktar municipalitàm popolata fir-reġjun.

Qabilha kien hemm insedjamenti iktar bikrin (oppida) fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara Henares. Il-belt oriġinat bl-insedjament ta'Complutum stabbilit fi Żmien ir-Rumani fuq ix-xatt tal-lemin (it-Tramuntana) tax-xmara, li sar veskovat fis-seklu 5. Waħda mid-diversi ċittadelliMusulmani f'al-Andalus (għalhekk issemmietAlcalá, li huwa isem li oriġina mit-terminuGħarbi għal "ċittadella") ġiet stabbilita fuq ix-xatt tax-xellug, filwaqt li, wara l-qofol tal-ħakmaKristjana għall-ħabta tal-1118, il-biċċa l-kbira tan-nukleu urban irritorna fix-xatt tal-lemin. Għall-biċċa l-kbira tal-aħħar tal-Medju Evu u l-bidu tal-perjodu modern qabel ma saret parti mill-provinċja ta' Madrid, Alcalá de Henares kienet proprjetà sinjorili tal-arċisqfijiet ta'Toledo.

Iċ-ċentru storiku u l-università tal-belt humaSit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

Il-belt għandha tradizzjoni universitarja twila.Francisco Jiménez de Cisneros stabbilixxa l-Università Complutense f'Alcalá de Henares fl-aħħar tas-seklu 15. Il-belt attwalment tospita l-Università (stabbilita mill-ġdid) ta' Alcalá. Hija l-belt fejn twieledMiguel de Cervantes.

Etimoloġija

[immodifika |immodifika s-sors]

Lokalment, il-belt ġeneralment hija magħrufa sempliċement bħalaAlcalá, iżdade Henares ("tax-xmara Henares") tiżdied meta jkun meħtieġ biex tiġi distinta minn xi tużżana bliet Spanjoli oħra bl-isem ta' Alcalá (mill-kelma Għarbija القلعةal-qalʿa, għal "fortifikazzjoni" jew "ċittadella", tipikament kastell).

L-isemLatin tagħhaComplutum tfisser "konfluwenza"[3][4], fejn l-ilma tax-xmara (jew l-ilma tax-xita) jinġabar f'post wieħed (jiġifiericompluvium).[5][6]

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]
Mużajk Ruman tal-erba' staġuni, id-Dar ta' Bacchus, Complutum.

Il-konfini tal-belt ilhom abitati mill-fażi Kalkolitika ta' Żmien il-Bronż. Ir-Rumani ħakmu l-inħawi fis-seklu 1Q.K., u bnew il-belt ta'Complutum qrib l-insedjament preċedenti Karpetanjan,Iplacea. B'10,000 abitant, ingħatat status ta'municipium u kellha l-istituzzjonijiet governattivi tagħha stess. Kellha rwol importanti peress li kienet tinsab tul it-triq Rumana li kienet tikkollega lil Emerita Augusta u Caesaraugusta.[7] Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, taħt il-Viżigoti, marret lura, għalkemm saret ukoll destinazzjoni ta' pellegrinaġġi ta' mafkar tal-Qaddisin Justo u Pastor.

Meta waslu l-Għarab Iberiċi fis-711, ħakmu l-belt tal-Viżigoti u stabbilew sit ieħor billi bnewal-qalʿa, li tfisser "ċittadella" bl-Għarbi, fuq għolja fil-qrib, magħrufa llum il-ġurnata bħalaAlcalá la Vieja. Fit-3 ta' Mejju 1118, il-belt inħakmet mill-Arċisqof ta' ToledoBernard de Sedirac f'isemKastilja.

Ftit wara, fl-10 ta' Frar 1129[8],Alfonso VII ta l-belt lilRaymond de Sauvetât, Arċisqof ukoll ta' Toledo, u saret proprjetà arċiveskovali għal sekli sħaħ.[9] Raymond ta l-beltfuero (dokument) antik fl-1135.[10]

Il-Kristjani ppreferew il-Burgo de Santiuste ("ir-raħal ta' San Justo") fis-sit Ruman oriġinali, u s-sit Musulman ġie abbandunat.

Taħt it-tmexxija Kristjana sal-aħħar tar-Reconquista, il-belt kellha kwartier Lhudi u kwartier Musulman kif ukoll suq rinomat. Bis-saħħa tal-pożizzjoni ċentrali tagħha kienet residenza frekwenti tar-Rejiet ta' Kastilja, meta kienu jivvjaġġaw lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż.

Fl-istess żmien fis-snin 80 tas-seklu 15,Kristofru Kolombu għall-ewwel darba ltaqa' hemmhekk mar-Reyes Católicos, ir-ReFerdinandu II ta' Aragona u l-mara tiegħu r-ReġinaIsabella I ta' Kastilja, li ffinanzjaw il-vjaġġ għall-Iskoperta tal-Amerka.

Il-Kardinal Cisneros tafuero ġdid lill-belt fl-1509.[11]

Veduta tal-belt ta'Anton van den Wyngaerde (1565).

Għalkemm kienet pjuttost irvinata, ir-raħal kiseb l-istatus ta' belt fl-1687 wara negozjati twal.[12]

Fid-dekadenza minn nofs is-seklu 18, Alcalá de Henares esperjenzat żvolta demografika u ekonomika relattivament pożittiva fit-tieni nofs tas-seklu 19, ibbażata fuq il-kundizzjoni l-ġdida tagħha ta' stazzjonament militari, u magħha żdied nukleu industrijali embrijunali.[13]

Calle Mayor, għall-ħabta tal-1910.

Il-popolazzjoni żdiedet b'mod kostanti mill-1868 sal-1939. Il-popolazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira agrarja, b'livelli għoljin ta' illitteriżmu u faqar. Filwaqt li kienu qed ifittxu l-bidla soċjali, il-movimenti Repubblikani u iktar 'il quddiem Soċjalisti kibru fi ħdan il-belt. Il-figura ewlenija tal-moviment Soċjalista kienAntonio Fernández Quer, li sar l-ewwel kunsillier muniċipali mill-Partit tal-Ħaddiema Soċjalisti Spanjoli fil-provinċja ta' Madrid fl-1903. B'reazzjoni għall-avvanzi Soċjalisti, il-Kattoliċiżmu soċjali tkattar fil-belt mill-1905, u stabbilixxa għadd ta' organizzazzjoni bħaċ-Centro Católico de Acción Social Popular u l-Mutual Obrera Complutense.[14]

Wara l-kolp ta' stat tal-1936 li qanqal il-Gwerra Ċivili Spanjola, elementi putschisti ħatfu xi postijiet ewlenin madwar il-belt. Madankollu, wara l-kolp li falla f'Madrid, qawwiet ribelli f'Alcalá eventwalment arrendew quddiem il-Kurunell RepubblikanIldefonso Puigdendolas u t-truppi tiegħu fil-21 ta' Lulju.[15] Alcalá, li kienet saħansitra saret bażi tas-setgħaSovjetika matul il-kunflitt — "repubblika fi ħdan ir-repubblika" fejn il-gvern nazzjonali Repubblikan kellu ħakma qawwija — kienet il-post fejn il-mexxej tal-POUMAndrés Nin kien ġie ttrasferit u x'aktarx ittorturat u nqatel f'Ġunju 1937 minn aġenti tal-NKVD.[16][17]

Il-belt ġarrbet ħsarat estensivi matul il-Gwerra Ċivili Spanjola.

Eluf ta' priġunieri nżammew f'kampijiet differenti fil-belt wara tmiem il-gwerra. Minn Marzu 1939 sa Frar 1948, mill-inqas 264 individwu ġew ġustizzjati f'Alcalá mill-awtoritajiet ta'Franco.[18]

Storja ekkleżjastika

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-belt ta' importanza storika kienet wieħed mill-ewwel veskovati stabbiliti fi Spanja.

Il-Bibbja poliglotta magħrufa bħala l-Bibbja Poliglotta Komplutensjana, l-ewwel fost bosta Bibbji simili prodotti matul it-tqanqil mill-ġdid tal-istudji Bibbliċi li seħħew fis-seklu 16, ġiet stampata f'Alcalá taħt il-kura tal-Kardinal Cisneros.

BarriPapali tas-7 ta' Marzu 1885, għaqqad lil Alcalá mad-djoċesi ta' Madrid (effettivament kien hemm fużjoni tagħhom), li tinkludi l-provinċja ċivili ta' Madrid, ta' suffraġju tal-arċiveskovat ta' Toledo. Ir-residenza tal-isqof minn dak iż-żmien intużat għall-preservazzjoni tal-arkivji storiċi. Ġiet iddisinjata minnAlonso Berruguete u għandha taraġ famuż.

Storja tal-Lhud

[immodifika |immodifika s-sors]

Matul it-tmexxija Musulmana, il-komunitàLhudija tal-belt ingħata drittijiet ugwali bħall-Kristjani li kienu jgħixu fiha. Fil-Medju Evu, il-kongregazzjoni Lhudija tal-belt ħallset it-taxxi lill-Arċisqof ta' Toledo.[19] Il-Lhud ta' Alcalá ssemmew fis-Satira tas-seklu 14 ta'Marrano Pero Ferrús. Matul is-seklu 15, il-kongregazzjoni Lhudija tal-belt kienet waħda mill-ikbar f'Kastilja, b'madwar 200 familja Lhudija. L-istudji tal-Ebrajk fl-Università ta' Alcalá ġew imħeġġa mill-KardinalFrancisco Jimenez de Cisneros matul is-seklu 16, u ġab xi studjużi tal-Ebrajk Lhud u Marrano fil-belt. Il-pożizzjoni tal-kwartier Lhudi tal-belt hija magħrufa sew – bejn it-toroq Mayor, Santiago, Imagen u Cervantes. Kien hemmsinagoga fit-triq Carmen Calzado, nru 10 u oħra fit-triq Santiago. Wara d-Digriet ta'Alhambra tal-1492, il-Lhud kienu meħtieġa jsiru Kristjani biex ikomplu jgħixu f'Kastilja u f'Aragona; dawk li rrifjutaw kellhom jitilqu minn dawn ir-renji u l-biċċa l-kbira minnhom marru joqogħdu fit-Tramuntana tal-Afrika, f'Amsterdam u fl-Imperu Ottoman.

L-oriġini tal-familja ta' Miguel de Cervantes x'aktarx (ma hemmx ċertezza totali) kienet Lhudija. Minħabba li missieru ħadem fl-eks kwartier Lhudi, il-post fejn twieled kien qrib il-post tax-xogħol tiegħu, u anke għaliex il-kunjom Cervantes jagħmel referenza għal sit differenti fil-Majjistral ta' Spanja, u l-kunjomijiet ġeografiċi kienu komuni fost il-popolazzjoni Lhudija.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika |immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku u l-Università ta' Alcalá de Henares ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[2]

Ġeografija

[immodifika |immodifika s-sors]

Pożizzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]
Immaġni satellitari ta' Alcalá de Henares mis-Sentinel-2 tal-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Alcalá de Henares tinsab fil-parti ċentrali tal-Peniżola Iberika, fil-parti tan-Nofsinhar tal-Promontorju ta' Ġewwa. Tinsab fil-wied tax-xmara Henares, tributarju tax-xatt tax-xellug tax-xmaraJarama, li min-naħa tiegħu huwa tributarju tax-xatt tal-lemin tax-xmaraTagus. Ix-xatt tal-lemin (tat-Tramuntana) tax-xmara (li fuqu kien inbena n-nukleu urban attwali) huwa magħmul minn wita ċatta ħafna b'sensiela ta' terrazzi fluvjali kwaternarji, filwaqt li x-xatt tax-xellug (tan-Nofsinhar) fih xaqliba wieqfa ħafna ta' blat tafli mill-Mioċen, li titla' malajr sal-medda xagħri ta' La Alcarria.[20]

B'altitudni medja ta' 654 metru u b'erja ta' madwar 88 km2; il-belt għal żmien twil kienet miżmuma bejn ix-xmara Henares fin-Nofsinhar u l-linja ferrovjarja bejn Madrid uBarċellona fit-Tramuntana. Madankollu, il-popolazzjoni dejjem tikber wasslet biex iż-żona urbanizzata tikber lil hinn mil-linja ferrovjarja u l-awtostrada A-2.

Klima

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-klima ta' din il-belt fiċ-ċentru ta' Spanja hijaMediterranja kontinentali, bi xtiewi kesħin u nexfin u bi sjuf sħan u nexfin. It-temperatura medja s-sena kollha hija 14 °C (57 °F). Il-preċipitazzjoni medja s-sena kollha hija ta' madwar 420 mm (16.5-il pulzier), u tinżel l-iktar fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. It-temperatura tvarja minn ftit gradi taħt iż-0 °C (32 °F) f'Diċembru u f'Jannar għal ftit iktar minn 40 °C (104 °F) f'Lulju u f'Awwissu. L-istaġun tan-nixfa jaħbat mal-ogħla sħana fis-sajf.

Data klimatika għal Alcalá de Henares, Spanja. 1981–2010
XaharJanFraMarAprMejĠunLulAwwSetOttNovDiċSena
Medja massima kuljum °C (°F)11.0
(51.8)
13.3
(55.9)
17.5
(63.5)
19.1
(66.4)
23.5
(74.3)
29.9
(85.8)
33.8
(92.8)
33.1
(91.6)
28.2
(82.8)
21.2
(70.2)
15.0
(59.0)
11.3
(52.3)
21.4
(70.5)
Medja minima kuljum °C (°F)0.1
(32.2)
0.9
(33.6)
3.0
(37.4)
5.0
(41.0)
8.5
(47.3)
12.8
(55.0)
15.2
(59.4)
14.8
(58.6)
11.7
(53.1)
7.8
(46.0)
3.5
(38.3)
1.2
(34.2)
7.0
(44.7)
Medja tax-xita cm (pulzieri)24.8
(0.98)
25.1
(0.99)
17.7
(0.70)
35.6
(1.40)
38.2
(1.50)
19.6
(0.77)
9.6
(0.38)
8.4
(0.33)
19.8
(0.78)
38.0
(1.50)
35.6
(1.40)
34.2
(1.35)
306.6
(12.08)
Sors:Weather Channel[21]

Università

[immodifika |immodifika s-sors]
Ir-rectorado tal-Università ta' Alcalá.

L-attrazzjoni ewlenija tal-belt hija l-università li tokkupa diversi binjiet fil-belt, iżda għandha żewġ kampusijiet. L-ewwel wieħed jinsab fit-Tramuntana ta' Alcalá. Dan il-kampus jinkludi l-biċċa l-kbira tad-dipartimenti tax-xjenza u l-abitazzjonijiet tal-istudenti (kif ukoll il-binja separata ta' Renfe). It-tieni kampus ċentrali jospita l-biċċa l-kbira tad-dipartimenti tal-umanitajiet u tax-xjenzi soċjali, inkluż skola tad-dritt.

L-influwenza arkitettonika tal-università toħroġ fid-dieher f'istituzzjonijiet akkademiċi oħra tal-lum il-ġurnata. L-Università ta'San Diego hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq l-università Spanjola; il-kampus u l-indirizz tagħha huma msejħa "Park ta' Alcalá". Barra minn hekk, xi binjiet fl-Università Teknoloġika ta'Texas f'Lubbock, Texas, l-Istati Uniti ġew immudellati fuq l-arkitettura tal-Università ta' Alcalá de Henares.

Il-kjostru tal-università.

Fl-1293 f'Alcalá de Henares ir-ReSancho IV ta' Kastilja stabbilixxa l-Universidad Complutense, waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja, bħalaStudium Generale. Taħt il-patroċinju tal-Kardinal Cisneros, din ġiet irrikonoxxuta b'digrietPapali tal-1499, u malajr kisbet fama internazzjonali bħala ċentru prinċipali tat-tagħlim tar-Rinaxximent bis-saħħa tal-produzzjoni tal-Bibbja PoliglottaComplutensiana fl-1517, li hija l-bażi għall-biċċa l-kbira tat-traduzzjonijiet attwali. Bis-saħħa ta' digriet irjali, l-università ġiet ittrasferita lejn Madrid fl-1836 (inizjalment bħala l-Università ta' Madrid, u mbagħad bħala l-Università Ċentrali, li fis-snin 70 tas-seklu 20 finalment saret magħrufa bħala l-Universidad Complutense de Madrid). Università ġdida ġiet stabbilita fil-binjiet antiki tal-Universidad de Alcalá fl-1977. Partijiet mill-università l-ġdida jokkupaw il-binjiet tal-Universidad Complutense fiċ-ċentru tal-belt, inkluż il-Kulleġġ ta' San Ildefonso, flimkien ma' kulleġġi oħra, u l-istrutturi servew bħala mudell għal universitajiet oħra madwar it-territorji Spanjoli fl-Amerki u f'dipendenzi oħra.

Il-Palazz ta' Laredo.

Il-kappella tal-università ddedikata lil San Ildefonso fiha monument iddedikat lill-fundatur tal-università, il-Kardinal Cisneros, magħmul minnFancelli, skulturTaljan.

Għalkemm l-università attwali hija msejħa "Universidad de Alcalá", l-istituzzjoni antika stabbilita mill-Kardinal Cisneros hija dik imsejħa "Universidad Complutense", li ġiet ittrasferita lejn il-belt kapitali ta' Madrid (Complutensis bil-Latin tfisser "nattiv ta' Alcalá"). L-università moderna hija marbuta mal-istituzzjoni oriġinali bl-isem biss, għalkemm tokkupa l-binjiet li qabel kienu okkupati mill-universitàComplutense.

Katidral

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Katidral tas-Santos Niños.

Apparti l-binjiet assoċjati mal-università, waħda mill-iżjed binjiet storiċi importanti tal-belt huwa l-Katidral Maġistrali ta' San Justus u San Pastor, magħruf formalment bl-Ispanjol bħala s-Santa e Insigne Catedral-Magistral de los Santos Justo y Pastor jew iktar kollokjalment bħala l-Catedral de los Santos Niños. Inbena bejn l-1497 u l-1514, u jospita l-fdalijiet ta' San Justus u San Pastor, żewġ subien Kristjani tal-età tal-iskola li mietu martri qrib il-belt matul il-persegwitazzjonijiet tal-ImperaturRumanDijoklezjanu fil-bidu tas-seklu 4.

Fl-414 inbniet kappella fis-sit tal-martirju ta' Justus u ta' Pastor, u din ġiet ikkonvertita f'katidral matul il-perjodu tal-kontroll ta'Hispania min-naħa tal-Viżigoti; l-isqfijiet ta' Alcalá kienu preżenti fil-Kunsilli ta'Toledo mill-bidu tas-seklu 7. Fl-1053, iċ-ċentru storiku ta' Alcalá (Alcalá la Vieja) inħakem minnFerdinandu l-Kbir, u mbagħad inħakem mill-ġdid is-sena ta' wara mill-armati Għarab Iberiċi li dak iż-żmien kienu qed jiġġieldu għall-kontroll tal-Peniżola Iberika, li qerdu l-katidral bħala att ta' ritaljazzjoni. Ir-relikwi ta' San Justus u ta' San Pastor ittieħdu lejnHuesca biex ikunu f'post sikur sa wara l-konkwista mill-ġdid ta' Alcalá fl-1118. Għalkemm il-knisja nbniet mill-ġdid fis-sit fl-1122, il-PapaUrban II, taħt l-influwenza tal-ħabib tiegħuRaymond de Sauvetât, l-Arċisqof ta' Toledo, iddeċieda li ma jerġax jistabbilixxi d-Djoċesi ta' Alcalá f'dak iż-żmien. Minflok, de Sauvetât irnexxielu jiżgura l-inkorporazzjoni ta' Alcalá fit-territorji arċiveskovali tiegħu stess permezz ta' donazzjoni mingħand ir-ReAlfonso VII fl-1129.

Il-faċċata tal-Punent tal-Katidral tas-Santos Niños bi stil "Gotiku Isabellin".

Il-knisja nbniet mill-ġdid xi 300 sena wara minn arċisqof sussegwenti ta' Toledo,Alfonso Carrillo de Acuña, li żidilha l-istatus għal knisja kolleġjali. Finalment ġiet rikostruwita bl-istil Gotiku Isabellin attwali taħt il-Kardinal Cisneros (1495–1517), il-fundatur tal-università. Torri ġie miżjud bejn l-1528 u l-1582, u b'hekk il-katidral kiseb id-dehra moderna tiegħu fl-1618. Il-kjostru u l-Kappella ta' San Pietru ġew inkorporati fil-binja fis-seklu 17.

Il-binja ġiet iddikjarata monument nazzjonali fl-1904. Minkejja dan, ingħatat in-nar matul il-Gwerra Ċivili Spanjola (1936–1939), u prattikament kulma kien hemm ġo fiha ġie meqrud bl-eċċezzjoni ta' ftit relikwi minuri u s-sedji tal-kor.

Il-qabar tal-Kardinal Cisneros fil-katidral.

Id-Djoċesi ta' Alcalá reġgħet ġiet stabbilita fl-1991, wara li ġiet isseparata mill-Arċidjoċesi ta' Madrid, u f'dak iż-żmien il-katidral ingħata l-istatus attwali ta' katidral maġistrali. Għalkemm it-titlu "maġistrali" oriġinarjament ingħata mill-Kardinal Cisneros, il-binja teknikament kienet knisja kolleġjali biss, u mhux katidral skont it-tifsira ekkleżjastika tat-terminu.

Il-Katidral ta' Alcalá huwa notevoli għaliex huwa wieħed minn żewġ knejjes biss fid-dinja li ngħataw it-titlu speċjali ta' "maġistrali" (flimkien mal-Knisja ta' San Pietru f'Leuven, il-Belġju). It-titlu jirrifletti l-istatus preċedenti tal-katidral bħala knisja kolleġjali, u rriżulta mir-rekwiżit li l-kanoni kollha tal-katidral kellu jkollhom rikonoxximent akkademiku fit-teoloġija biex iservu hemmhekk.

Minbarra l-fdalijiet ta' San Justus u ta' San Pastor, fil-katidral hemm ukoll il-qabar tal-iskultur Spanjol rinomat tas-seklu 17Gregorio Fernández.

Binjiet oħra

[immodifika |immodifika s-sors]
Il-Knisja ta' Oidor.

Il-belt fiha wkoll il-Palazz tal-Arċisqfijiet. Dan huwa s-sit fejnKristofru Kolombu u r-Re Ferdinandu ppjanaw l-vjaġġ lejn il-Punent kif ukoll art twelid Katerina ta' Aragona, bint Ferdinandu u Isabella, li mbagħad saret l-ewwel mara tar-ReEnriku VIII tal-Ingilterra u b'hekk ir-reġina konsorti tal-Ingilterra.

Il-Corral tal-Kummiedji ta' Alcalá, li jospita programm teatrali sħiħ u li jista' jiġi viżitat, huwa l-iżjedcorral antik iddokumentat fl-istorja ta' Spanja.

Preżent

[immodifika |immodifika s-sors]

Iċ-ċentru tal-belt għadu essenzjalmentMedjevali, b'bosta toroq iserrpu u pavimentati biċ-ċagħaq, kif ukoll b'bosta binjiet storiċi. Il-qalba tal-belt hija l-Pjazza ta' Cervantes li minnha tgħaddi triq prinċipali twila aċċessibbli bil-mixi biss, li jisimhaCalle Mayor. Il-belt tinkludi l-kwartier tal-Għarab Iberiċi jew tal-Musulmani, il-kwartierLhudi, u l-kwartierKristjan. Dawn il-kwartieri distinti wasslu biex Alcalá jkollha r-reputazzjoni tal-"belt tat-tliet kulturi".

Iċ-ċentru storiku antik fil-biċċa l-kbira ġie ppreservat, għad-differenza tas-subborgi. Ma kien hemm l-ebda ppjanar ċar mill-kunsilliera tal-belt rigward l-espansjoni, u t-tkabbir urban wassal għall-kostruzzjoni ta' diversi żoni suburbani sparpaljati, kif ukoll għaż-żieda ta' blokok għoljin bi stil tas-snin 70 tas-seklu 20 f'bosta postijiet.

Waħda mill-iżjed toroq importanti tal-belt hijaCalle del Cardenal Cisneros li twassal lit-turisti mid-Daħla ta' Madrid fid-daħla tal-belt, tgħaddihom miċ-ċentru storiku antik u tibqa' sejra sal-katidral fil-Pjazza tas-Santos Niños. Il-park prinċipali ta' Alcalá,Parque Municipal O'Donnell, huwa ċentru rikreattiv ewlieni għar-residenti tal-belt u jinsab tul triq prinċipali ta' Alcalá, magħrufa bħala Vía Complutense.

L-iskavi arkeoloġiċi reċenti żvelaw il-forum Ruman tal-belt fejn jispikka kumpless kbir magħmul minn bażilika, banjijiet pubbliċi, kriptoportiku, suq u faċċata monumentali kbira. Maġenb il-forum hemm id-Domus b'kollezzjoni straordinarja ta' affreski domestiċi Rumani. Fil-periferija hemm id-Dar ta' Ippolitu li kienet skola antika. Il-Mużew Arkeoloġiku Reġjonali tal-belt fih ħafna mużajk ta' valur importanti.

Il-belt tospita popolazzjoni kbira ta' studenti internazzjonali minħabba l-preżenza tal-università, u b'mod partikolari bis-saħħa tal-programmi tal-lingwa u tal-letteratura Spanjola għall-istudenti barranin. Alcalingua, fergħa tal-Università ta' Alcalá, huwa wieħed miċ-ċentri ewlenin tat-tagħlim tal-lingwa Spanjola lill-barranin.

Ċikonji

[immodifika |immodifika s-sors]

Alcalá hija magħrufa sew għall-popolazzjoni ta' ċikonji bojod li jgħixu fiha. Il-bejtiet kbar tagħhom jistgħu jiġu osservati fuq bosta mill-knejjes u mill-binjiet storiċi fil-belt, u huma stess huma attrazzjoni turistika sinifikanti. Il-belt tinsab fl-artijiet baxxi tax-xmara Henares u hija post attraenti għaċ-ċikonji li jieqfu jistrieħu matul il-passa tagħhom minħabba d-disponibbiltà kbira ta' ikel u ta' materjal għall-kostruzzjoni tal-bejtiet fl-inħawi.

Għal iktar minn għoxrin sena, iċ-ċikonji ta' Alcalá ilhom jiġu magħduda u studjati, u skont politika uffiċjali l-bejtiet tagħhom jiġu protetti u ssirilhom manutenzjoni b'mod attiv. Għalkemm darba fl-imgħoddi kienu f'periklu li jgħebu, bi ħdax-il par biss magħduda bejn l-1986 u l-1987, il-popolazzjoni taċ-ċikonji kibret għal madwar 90 par residenti llum il-ġurnata, u bosta minnhom qassru d-distanza u d-durata tal-passa tipika tagħhom biex jibqgħu fil-belt kważi s-sena kollha.

Immigrazzjoni

[immodifika |immodifika s-sors]

Xi 18 % tal-popolazzjoni għandha oriġini barranija, skont id-data uffiċjali; parti kbira tal-migranti l-ġodda (30 %) huma immigranti mil-Lvant tal-Ewropa. Bosta negozji Ċiniżi ġew stabbiliti fil-belt. Alcalá għandha l-ikbar komunità (18 %) ta' immigrantiRumeni fi Spanja, b'iktar minn 35,000 ruħ. Fl-2007, għall-ewwel darba, l-immigranti mir-Rumanija ħolqu partitpolitiku u ħadu sehem fl-elezzjonijiet.

Trasport

[immodifika |immodifika s-sors]
L-awtostrada A-2 li tgħaddi mill-muniċipalità.

Il-kollegamenti eċċellenti tat-trasport ta' Alcalá ma'Madrid wasslu biex issir belt fejn bosta miċ-ċittadini tagħha kuljum imorru jaħdmu fil-belt kapitali ta' Madrid u jerġgħu lura. Permezz tas-Cercanias (il-ferrovija), il-linji C2 u C7 jikkollegaw lil Alcalá de Henares ma' Madrid f'35 minuta, jew ma' Guadalajara f'25 minuta. Fl-eqqel sigħat hemm ferroviji magħrufa bħala CIVIS, b'linji diretti biex it-traġitt idum 20 minuta biss. Barra minn hekk, il-belt hija kollegata bil-karozzi tal-linja ma' Madrid, ma' Guadalajara u ma' diversi rħula u villaġġi fil-qrib. Bil-karozza, Alcalá de Henares hija kkollegata sew man-network tat-toroq statali, u speċjalment bl-awtostrada A-2 fil-qrib, li tibda f'Madrid u tibqa' sejra saBarċellona u sa Franza.

Alcalá għandha sistema intensiva tal-karozzi tal-linja msejħa "Alcalá-Bus", li topera lejn il-viċinati ewlenin kollha u kull traġitt jiswa 1,30ewro.

Kultura

[immodifika |immodifika s-sors]
Belt ta' Cervantes
L-istatwi tal-bronż ta' Don Quixote u Sancho Panza quddiem il-post fejn twieled Cervantes.

Il-belt tiċċelebra jum twelid Miguel de Cervantes nhar id-9 ta' Ottubru ta' kull sena u torganizza festival annwali ta' Cervantes, magħruf bħala s-Semana Cervantina (il-Ġimgħa ta' Cervantes).

Kull sena fit-23 ta' April, l-anniversarju tal-mewt ta' Cervantes, il-belt ta' Alcalá tospita l-Premju Miguel de Cervantes, l-iżjed premju prestiġjuż tal-postijiet fejn jiġi mitkellem l-Ispanjol fid-dinja għall-kisbiet tal-għomor fil-letteratura. Il-premju jiġi ppreżentat mir-re ta' Spanja fil-Kulleġġ ta' San Ildefonso tal-Università ta' Alcalá de Henares. Normalment ir-Re, il-Ministru għall-Kultura u r-rebbieħ tal-premju jitkellmu dwar l-importanza tal-lingwa Spanjola. Iċ-ċerimonja tattira firxa wiesgħa ta' dinjitarji lejn il-belt, fosthom membri tal-familja rjali, il-Prim Ministru u oħrajn. Matul din iċ-ċerimonja, iċ-ċittadini ta' Alcalá jistgħu jinstemgħu jkantaw l-innu tal-belt li jismu "Alcalá de Henares".

Alcalá de Henares hija membru (u promotur) tan-Network tal-Bliet ta' Cervantes.

Festivals

Alcalá tospita festival annwali msejjaħNoche en Blanco (Lejl Imdawwal). Matul dan il-festival it-toroq ikunu mimlijinmużika,arti, teatru użfin, u r-residenti tal-belt jiċċelebraw il-wirt kulturali rikk ta' Alcalá. Il-festival jibqa' għaddej billejl sew u jkun iċċentrat l-iktar madwar il-Pjazza ta' Cervantes fejn ikun hemm diversi palkijiet bl-ispettakli.

Relazzjonijiet internazzjonali

[immodifika |immodifika s-sors]

Ġemellaġġi

[immodifika |immodifika s-sors]

Alcalá de Henares hija ġemellata ma':

San Didacus, magħruf bl-Ispanjol bħala San Diego, twieled f'Alcalá de Henares u ta ismu lill-belt ta' San Diego, l-Istati Uniti. Alcalá de Henares hija art twelid Katerina ta' Aragona u hija ġemellata mal-belt Ingliża ta' Peterborough, il-post fejn mietet.

Nies notevoli

[immodifika |immodifika s-sors]
  • Miguel de Cervantes (1547–1616); kittieb Spanjol li jitqies minn bosta bħala l-ikbar kittieb tal-lingwa Spanjola u wieħed mir-rumanziera prominenti fid-dinja; ix-xogħol ewlieni tiegħu,Don Quixote, jitqies bħala l-ewwel rumanz modern tal-letteratura tal-Punent.
  • Juan Ruiz (1283–1350); magħruf bħala l-Arċipriet ta' Hita, kien poeta Medjevali ta' Kastilja; huwa magħruf l-iktar għall-poeżija tiegħu "Libro de buen amor" (Il-Ktieb tal-Imħabba Tajba).
  • Katerina ta' Aragona (1485–1536); l-aħħar wild ħaj tar-Reġina Isabella I ta' Kastilja u tar-Re Ferdinandu II ta' Aragona twieldet fil-Palazz tal-Arċisqfijiet f'Alcalá de Henares fis-16 ta' Diċembru 1485; hija kienet ir-Reġina tal-Ingilterra minn Ġunju 1509 sa Mejju 1533 bħala l-ewwel mara ta' Enriku VIII;
  • Ferdinandu I, l-Imperatur Ruman Sagru (1503–1564); kien l-Imperatur Ruman Sagru mill-1558, ir-Re tal-Boemja u tal-Ungerija mill-1526, u r-Re tal-Kroazja mill-1527 samewtu;
  • Manuel Azaña (1880–1940); Prim Ministru u President tat-Tieni Repubblika Spanjola;
  • Antonio Claudio Álvarez de Quiñones (1670s–1736), ArċisqofKattoliku Ruman ta'Bogotá;
  • Pedro Obiang, plejer tal-futbol professjonali li kien jilgħab mal-klabbTaljanU.S. Sassuolo Calcio;
  • Roberto Sánchez (twieled fl-1989), plejer tal-futbol Spanjol.

Referenzi

[immodifika |immodifika s-sors]
  1. ^Instituto Nacional de Estadística (Spain) (bl-Ingliż).Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|iktar= (għajnuna)
  2. ^abċCentre, UNESCO World Heritage."University and Historic Precinct of Alcalá de Henares".UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur2022-09-09.
  3. ^Mercedes García-Arenal; et al. (2013).The Orient in Spain: Converted Muslims. Brill. p. 367. ISBN978-90-04-25029-1.
  4. ^Library, New York Public (1938).Bulletin of the New York Public Library. p. 407.
  5. ^Freund, Wilhelm (1882).Grand dictionnaire de la langue latine (bil-Franċiż). Firmin-Didot. p. 569.
  6. ^Stoughton, John (1883).The Spanish Reformers Their Memories and Dwelling-places. Religious Tract Society. p. 21.
  7. ^Méndez Madariaga, Antonio; Rascón Marqués, Sebastián (2003).La ciudad romana de Complutum. Guía arqueológica. Consejería de las Artes de la Comunidad de Madrid. p. 12. ISBN84-451-2392-0.
  8. ^García Valcárcel, Écija Moreno & Valcárcel 2001, p. 167.
  9. ^Castillo Oreja 2006, p. 34.
  10. ^Pérez-Bustamante, Rogelio (1986). "Pervivencia y reforma de los derechos locales en la época moderna. Un supuesto singular: el Fuero de Alcalá de Henares de 1509".En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense.9. ISSN 0214-3038. p. 747.
  11. ^Pérez-Bustamante, Rogelio (1986). "Pervivencia y reforma de los derechos locales en la época moderna. Un supuesto singular: el Fuero de Alcalá de Henares de 1509".En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense.9. ISSN 0214-3038. p. 745.
  12. ^Gómez López, Consuelo (1992). "La instrumentalización de los espacios urbanos en los siglos XVI y XVII: el ejemplo de la Plaza del Mercado de Alcalá de Henares".Espacio Tiempo y Forma. Serie VII, Historia del Arte. Madrid: Universidad Nacional de Educación a Distancia.5 (5). doi:10.5944/etfvii.5.1992.2204. ISSN 1130-4715. p. 180.
  13. ^Gómez Mendoza 2008, pp. 625–628.
  14. ^Vadillo Muñoz, Julián (2017). "El movimiento obrero en Alcalá de Henares (1868-1939)".Bulletin d'Histoire Contemporaine de l'Espagne (51): 279–284. ISSN 1968-3723. pp. 279-284.
  15. ^Sánchez Moltó 2014, p. 120.
  16. ^Pagès i Blanch, Pelai (2010). "El asesinato de Andreu Nin, más datos para la polémica".Ebre (38). ISSN 1696-2672.
  17. ^"El cadáver de Andreu Nin acusa".La Nueva España (bl-Ispanjol). 2008-03-18. Miġbur2022-09-09.
  18. ^Fraguas, Rafael (2008-03-24)."La fosa estaba bajo el campo de concentración" (bl-Ispanjol). Madrid. Miġbur2022-09-09.
  19. ^"Alcala De Henares".www.jewishvirtuallibrary.org. Miġbur2022-09-09.
  20. ^Aranegui & Pacheco 1927, p. 342.
  21. ^"Radar del tiempo nacional y local, pronóstico diario, huracanes e información de The Weather Channel y weather.com".The Weather Channel (bl-Ispanjol). Miġbur2022-09-09.
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Alcalá_de_Henares&oldid=315670"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp