Movatterモバイル変換


[0]ホーム

URL:


Aqbeż għall-kontentut
WikipedijaL-enċiklopedija l-ħielsa
Fittex

Air Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dan l-artiklu huwanebbieta.
Jekk trid, tista'tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Air Malta hija l-linja nazzjonali tal-ajru ta'Malta.

Kodiċi

[immodifika |immodifika s-sors]
  • KodiċiIATA:KM
  • KodiċiICAO:AMC
  • Callsign: Air Malta

Storja

[immodifika |immodifika s-sors]

L-Air Malta twaqqfet fil-21 ta' Marzu,1973 wara li ġiet iffurmata minn riżoluzzjoni fil-Kamra tad-Deputati, u saret kumpanija fit-30 tax-xahar. Fid-29 tal-istess xahar, din il-linja tal-ajru ġiet provduta ċertifikat li forniha bi drittijiet biex topera fuq servizzi internazzjonali minn Malta. Dan iċ-ċertifikat ġie ffirmat mill-Prim Ministru, bil-patt u l-kundizzjoni li l-Air Malta tobdi ċerti regoli imposti minnu.

Boeing 737-300 tal-Air Malta

L-Air Malta bdiet topera fl-1 ta' April,1974, b'żewġBoeing 720 mikrija, b'titjiriet lejnRuma,Tripli,Londra,Manchester,Frankfurt, uPariġi mill-Ajruport ta' Malta.

Fl-1982 l-Air Malta ffirmat kuntratt ta' xiri mal-kumpanijaBoeing biex b'hekk din il-kumpanija tal-ajruplani mill-Amerika ta' Fuq forniet tliet mudelliBoeing 737 lill-Air Malta. Dawn kienu fil-fatt l-ewwel ajruplani ġodda li kellha l-Air Malta, u tlestew lejn il-bidu tal-1983.

Fl-1986 l-Air Malta ordnat żewġBoeing 737 ġodda, u fl-1987, ordnat l-ewwelAirbus A320 filwaqt li biegħet iż-żewġBoeing 720 li kellha fil-flotta. Fl-1989, l-Air Malta xtratAirbus A320 ieħor, u iktar tard fl-1992 ordnat żewġBoeing 737 oħra. Dik is-sena ġew ordnati wkoll erba'Avro RJ-70 biex ikunu jistgħu jintużaw f'rotot minn Malta għalKatanja, għall-Ajruport Internazzjonali ta'Palermo u għal destinazzjonijiet ġodda bħalTuneż uMonastir (it-tnejn fit-Tuneżija).

Wara l-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fl-1992, l-Air Malta ħolqot il-"CargoSystems" li tikkonsisti f'servizzi li jinkludu trasport bl-ajru ta' merkanzija fuq ajruplani tal-Air Malta. Għal dan il-għan, fl-1994 l-Air Malta inawgurat ċentru apposta fl-ajruport.

Fl-aħħar tal-2010, inbeda proċess ta' restructuring fl-Air Malta, għax bdiet tagħmel it-telf u hemm biża litfalli. Ir-riżultat tal-proċess għandu ikun imħabbar lejn l-aħħar ta' Jannar 2011. Jista' jkun ikollhom jitnaqqasu xi ajruplani u anke xi ħaddiema, biex il-kumpannija tiġi profittabbli.

Minkejja kollox, wieħed ma għandux inaqqas mill-importanza ta' linja tal-ajru nazzjonali għal-gżira bħal Malta.

Servizzi

[immodifika |immodifika s-sors]

Fix-xitwa tal-2004/05, l-Air Malta operat f'iktar minn 45 destinazzjoni lejn l-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani.

FiFrar2005, l-Air Malta ħabbret żieda fid-destinazzjonijiet lejn l-Ingilterra (Cardiff,East Midlands,Bristol, uNewcastle) uFranza (Nantes, uToulouse).

Flotta

[immodifika |immodifika s-sors]

Il-flotta tal-Air Malta tikkonsisti f'dawn l-inġenji tal-ajru: (2008):

  • 6Airbus A319 (9H- AEG/H/J/L/M/N) G,H huma tal-verżjoni 'high-gross weight' b'MTOW massima ta' 73,500 kgs (Normali 70,000 kgs)
  • 6Airbus A320 (9H- AEF/I/K/O/P/Q) F,I u K huma tal-verżjoni 'high-gross weight' b'MTOW massima ta' 77,000kgs (Normali 75,500 kgs)

Ħoloq esterni

[immodifika |immodifika s-sors]
Miksub minn "https://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Air_Malta&oldid=307184"
Kategoriji:
Kategoriji moħbija:

[8]ページ先頭

©2009-2025 Movatter.jp