Fil-bidu ta' Ġunju, ix-xemx titla' fil-kostellazzjoni tal-Barri; fl-aħħar ta' Ġunju x-xemx titla' fil-kostellazzjoni tat-Tewmin. Madanakollu, minħabba l-preċessjoni tal-ekwinozji, Ġunju jibda bix-xemx fis-simbolu astroloġiku tat-Tewmin, u jispiċċa bix-xemx fis-simbolu tal-Qabru. Ġunju hu x-xahar bl-ikbar numru ta' sigħat ta' dawl tax-xemx fl-emisferu tat-Tramuntana u bl-inqas numru ta' sigħat ta' dawl tax-xemx fl-emisferu ta' Nofsinhar.
Ġunju, fl-emisferu tat-Tramuntana hu l-ekwivalenti staġjonali ta'Diċembru fl-emisferu ta' Nofsinhar u viċi-versa. Ix-xahar ta' Ġunju — fl-emisferu tat-Tramuntana — hu fir-rebbiegħa sal-21, meta s-sajf jibda.
Ġunju, illustrazzjoni minnTrès riches heures du duc de Berry
Dan ix-xahar hu magħruf għall-għad kbir ta' tiġijiet matulu. Dan in-numru kbir ta' żwiġijiet jista' jiġi attribwit lill-allaĠuno jewĦera, li Ġunju hu msemmi għaliha. Ġuno hi l-alla protetriċi taż-żwieġ, u għalhekk xi nies jaħsbu li żwieġ li jsir f'dan ix-xahar ikollu r-riżq.[1][2]
Ħafna skejjel fl-Istati Uniti jibdew il-vaganzi tas-sajf.
L-ewwelTnejn ta' Ġunju hi waħda mill-btajjel pubbliċi fl-Irlanda; fil-kalendarju Irlandiż dan ix-xahar hu msejjaħMeitheamh u hu x-xahar tan-nofs tal-istaġun tas-sajf. F'dan ix-xahar ma jkunx hemm skola għal dawk li jattendu l-iskejjel sekondarji (kif ukoll matul Lulju u Awissu), waqt li Ġunju hu l-aħħar xahar tal-iskejjel primarji.
^Napier, James (1 ta' Awissu, 2003).Folk Lore or Superstitious Beliefs in the West of Scotland within This Century (1879). Whitefish, MT: Kessinger Publishing, pġ.51.ISBN 978-0-7661-7907-3.